IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.7.2021
COM(2021) 562 final
ANNESSI
tal-
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE
{SEC(2021) 562 final} - {SWD(2021) 635 final} - {SWD(2021) 636 final}
ANNESS I
METODOLOĠIJA GĦALL-ISTABBILIMENT TAL-LIMITU TAL-INTENSITÀ TAL-GASSIJIET SERRA FUQ L-ENERĠIJA UŻATA ABBORD MINN VAPUR
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord vapur, għandha tapplika l-formula li ġejja, imsejħa l-Ekwazzjoni (1):
|
Indiċi tal-intensità tal-gassijiet serra
|
WtT
|
TtW
|
|
=
|
|
|
Ekwazzjoni (1)
fejn il-formula li ġejja tissejjaħ l-Ekwazzjoni (2):
Ekwazzjoni (2)
|
Terminu
|
Spjegazzjoni
|
|
i
|
Indiċi li jikkorrispondi għall-fjuwils ikkonsenjati lill-vapur fil-perjodu ta’ referenza
|
|
j
|
Indiċi li jikkorrispondi għall-unitajiet tal-kombustjoni tal-fjuwils abbord il-vapur. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-unitajiet li jitqiesu huma l-magna ewlenija/magni ewlenin, il-magna awżiljarja/magni awżiljarji u l-bojlers taż-żejt imħaddma
|
|
k
|
Indiċi li jikkorrispondi għall-punti ta’ konnessjoni (c) fejn l-elettriku huwa fornut għal kull punt ta’ konnessjoni.
|
|
c
|
Indiċi li jikkorrispondi għan-numru ta’ punti tal-iċċarġjar elettriċi
|
|
m
|
Indiċi li jikkorrispondi għan-numru ta’ konsumaturi tal-enerġija
|
|
|
Massa tal-fjuwil speċifiku i ossidizzat fil-konsumatur j [gFuel]
|
|
|
L-elettriku kkonsenjat lill-vapur għal kull punt ta’ konnessjoni k jekk ikun aktar minn wieħed [MJ]
|
|
|
Fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT tal-fjuwil i [gCO2eq/MJ]
|
|
|
Fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT assoċjat mal-elettriku kkonsenjat lill-vapur fl-irmiġġ għal kull punt ta’ konnessjoni k [gCO2eq/MJ]
|
|
|
Valur Kalorifiku Aktar Baxx tal-fjuwil i[MJ/gFuel]
|
|
|
Telf ta’ fjuwil tal-magna (fjuwil mhux maħruq) bħala perċentwal tal-massa tal-fjuwil i użat mill-unità ta’ kombustjoni j [%]
|
|
|
Fatturi tal-emissjoni tal-gassijiet serra TtW mill-fjuwil maħruq fl-unità tal-kombustjoni j [gGHG/gFuel]
|
|
|
Emissjonijiet ta’ CO2 ekwivalenti TtW tal-fjuwil maħruq i fl-unità tal-kombustjoni j [gCO2eq/gFuel]
|
|
|
Fatturi tal-emissjoni tal-gassijiet serra TtW mill-fjuwil mitluf fl-unità tal-kombustjoni j [gGHG/gFuel]
|
|
|
Emissjonijiet ta’ CO2 ekwivalenti TtW tal-fjuwil mitluf i fl-unità tal-kombustjoni j[gCO2eq/gFuel]
|
|
|
Il-Potenzjal tat-Tisħin Globali fuq 100 sena tas-CO2, tas-CH4 , tal-N2O
|
Fil-każ tal-fjuwils fossili, għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti fl-Anness II.
Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament it-terminu fin-numeratur tal-Ekwazzjoni (1) għandu jiġi ssettjat għal żero.
Metodu għad-determinazzjoni ta’ [Mi]
Il-massa tal-fjuwil [Mi] għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-ammont irrappurtat skont il-qafas tar-rapportar tar-Regolament (UE) 2015/757 għall-vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ magħżula mill-kumpanija.
Metodu għad-determinazzjoni tal-fatturi tal-gassijiet serra WtT
Għall-fjuwils mhux fossili, kull fejn jintużaw valuri differenti mill-valuri prestabbiliti fl-Anness II, dawn għandhom ikunu bbażati fuq in-Noti ta’ Konsenja tal-Bunker (BDNs) rilevanti, għall-fjuwils ikkonsenjati lill-vapur fil-perjodu ta’ referenza, għal mill-inqas kwantitajiet ugwali ta’ fjuwils għal dawk iddeterminati bħal ikkunsmati fl-ambitu tal-vjaġġ irregolat skont il-punt A.
Il-gassijiet serra WtT () tal-fjuwils (li mhumiex fjuwils fossili) huma stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-valuri reali, li jinsabu f’dik id-Direttiva li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skont il-metodoloġija, huma dawk mingħajr kombustjoni. Għal dawk il-fjuwils li l-mogħdijiet tagħhom mhumiex inklużi fid-Direttiva u għall-fjuwils fossili, il-valuri prestabbiliti tal-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra WtT () jinsabu fl-Anness II.
Nota ta’ Kunsinna tal-Bunker tal-Fjuwil (BDN)
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BDNs rilevanti tal-fjuwils użati abbord għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
–l-identifikazzjoni tal-prodott
–il-massa tal-fjuwil [t]
–il-volum tal-fjuwil [m3]
–id-densità tal-fjuwil [kg/m3]
–il-fattur tal-emissjoni tal-gassijiet serra WtT għas-CO2 (fattur tal-karbonju) [gCO2/gFuel] u għas-CO2eq [gCO2eq/gFuel] u ċ-ċertifikat relatat
–Valur Kalorifiku Aktar Baxx [MJ/g]
BND tal-Elettriku
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BDNs rilevanti għall-elettriku kkonsenjat lill-vapur għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
–il-fornitur: l-isem, l-indirizz, it-telefon, l-email, ir-rappreżentant
–il-vapur riċeventi: in-numru tal-IMO (MMSI), l-isem tal-vapur, it-tip tal-vapur, il-bandiera, ir-rappreżentant tal-vapur
–il-port: l-isem, il-post (LOCODE), it-terminal/l-irmiġġ
–il-punt ta’ konnessjoni: il-punt ta’ konnessjoni OPS-SSE, id-dettalji tal-punt ta’ konnessjoni
–il-ħin ta’ konnessjoni: id-data/il-ħin tal-bidu/tal-finalizzazzjoni
–il-provvista tal-enerġija: il-frazzjoni tal-elettriku allokata lill-punt tal-provvista (jekk applikabbli) [kW], konsum tal-elettriku (kWh) għall-perjodu ta’ fatturar, informazzjoni dwar l-ogħla potenza (jekk disponibbli)
–il-metraġġ
Metodu għad-determinazzjoni tal-fatturi tal-gassijiet serra TtW
L-emissjonijiet TtW huma ddeterminati abbażi tal-metodoloġija li tinsab f’dan l-Anness kif previst fl-Ekwazzjoni (1) u fl-Ekwazzjoni (2)
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-fatturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra TtW ( ) għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jinsabu fl-Anness II. Il-fatturi tas-CO2 Cf għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/757 u huma rrapportati fit-Tabella għall-faċilità tar-referenza. Għal fjuwils li l-fatturi tagħhom mhumiex inklużi fir-regolament imsemmi għandhom jintużaw il-fatturi prestabbiliti kif jinsabu fl-Anness II.
F’konformità mal-pjan ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 6 u wara l-valutazzjoni mill-verifikatur, jistgħu jintużaw metodi oħra, bħall-kejl dirett ta’CO2eq, l-ittestjar fil-laboratorju, jekk dan itejjeb l-akkuratezza ġenerali tal-kalkolu.
Metodu għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet TtW li jaħarbu
Emissjonijiet li jaħarbu huma emissjonijiet ikkawżati mill-ammont ta’ fjuwil li ma jilħaqx il-kompartiment tal-kombustjoni tal-unità tal-kombustjoni jew li ma jiġix ikkunsmat mill-konvertitur tal-enerġija minħabba li jkun mhux maħruq, ivventjat jew imnixxi mis-sistema. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-emissjonijiet li jaħarbu huma meqjusa bħala perċentwal tal-massa tal-fjuwil użat mill-magna. Il-valuri prestabbiliti jinsabu fl-Anness II.
Metodi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta’ premju marbuta ma’ sorsi alternattivi tal-enerġija
F’każ li jiġu installati sorsi ta’ enerġija abbord, jista’ jiġi applikat fattur ta’ premju għas-sorsi alternattivi tal-enerġija. Fil-każ tal-enerġija mir-riħ, tali fattur ta’ premju jiġi ddeterminat kif ġej:
|
Fattur ta’ premju għas-sorsi alternattivi tal-enerġija - RIĦ (fwind)
|
|
|
0,99
|
0,1
|
|
0,97
|
0,2
|
|
0,95
|
⩾ 0,3
|
L-indiċi tal-intensità tal-gassijiet serra tal-vapur imbagħad jiġi kkalkulat billi r-riżultat tal-Ekwazzjoni (1) jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ premju.
Verifika u Ċertifikazzjoni
|
Klassi tal-Fjuwil
|
WtT
|
TtW
|
|
Fossili
|
Il-valuri prestabbiliti għandhom jintużaw kif previst fit-Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament.
|
Il-fatturi tal-karbonju tas-CO2 tar-Regolament MRV għandhom jintużaw għal fjuwils li għalihom jiġi pprovdut tali fattur
Għall-fatturi tal-emissjonijiet l-oħra kollha, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti kif previst fit-Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament, alternattivament
Il-valuri ċċertifikati permezz tal-ittestjar fil-laboratorju jew kejl tal-emissjonijiet diretti
|
|
Fjuwils Rinnovabbli Sostenibbli
(Bijolikwidi, Bijogassijiet, e-Fjuwils)
|
Il-valuri tas-CO2eq kif ipprovduti fl-RED II (mingħajr kombustjoni) jistgħu jintużaw għall-fjuwils kollha li l-mogħdijiet tagħhom huma inklużi fl-RED II, alternattivament
Tista’ tintuża l-iskema ta’ ċertifikazzjoni approvata tal-RED II.
|
Il-fatturi tal-emissjonijiet l-oħra kollha, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti kif ipprovdut fit-Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament, alternattivament
Il-valuri ċċertifikati permezz tal-ittestjar fil-laboratorju jew kejl tal-emissjonijiet diretti.
|
|
Oħrajn (inkluż l-elettriku)
|
Il-valuri tas-CO2eq kif ipprovduti fl-RED II (mingħajr kombustjoni) jistgħu jintużaw għall-fjuwils kollha li l-mogħdijiet tagħhom huma inklużi fl-RED II, alternattivament
Tista’ tintuża l-iskema ta’ ċertifikazzjoni approvata tal-RED II.
|
Il-fatturi tal-emissjonijiet l-oħra kollha, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti kif ipprovdut fit-Tabella 1 ta’ dan ir-Regolament, alternattivament
Il-valuri ċċertifikati permezz tal-ittestjar fil-laboratorju jew kejl tal-emissjonijiet diretti.
|
ANNESS II
Il-fatturi tal-emissjonijiet għall-fjuwils fossili li jinsabu f’dan l-Anness għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-indiċi tal-gassijiet serra msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Il-fatturi tal-emissjonijiet tal-bijofjuwils, bijogass, il-fjuwils rinnovabbli ta’ natura mhux bijoloġika u l-fjuwils tal-karbonju riċiklat għandhom jiġu ddeterminati skont il-metodoloġiji stabbiliti fl-Anness 5 parti C tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Fit-tabella:
–TBM tfisser To Be Measured (Irid jitkejjel)
–N/A tfisser Not Available (Mhux disponibbli)
–Is-sing ifisser mhux applikabbli
Tabella 1 – Fatturi prestabbiliti
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
7
|
8
|
9
|
|
|
WtT
|
TtW
|
|
Klassi /
Materja Prima
|
Isem tal-Mogħdija
|
|
|
Konvertitur tal-Klassi tal-Enerġija
|
|
|
|
Bħala % tal-massa tal-fjuwil użat mill-magna
|
|
Fossili
|
HFO
Gradi tal-ISO 8217 RME għal RMK
|
0,0405
|
13,5
|
L-ICEs KOLLHA
|
3,114
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
|
|
|
Turbina tal-Gass
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Turbini u Bojlers tal-Istim
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Magni Awżiljarji
|
|
|
|
|
|
|
LSFO
|
0,0405
|
13,2, grezz
13,7 imħallat
|
L-ICEs KOLLHA
|
3,114
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
|
|
|
Turbina tal-Gass
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Turbini u Bojlers tal-Istim
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Magni Awżiljarji
|
|
|
|
|
|
|
ULSFO
|
0,0405
|
13,2
|
L-ICEs KOLLHA
|
3,114
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
VLSFO
|
0,041
|
13,2
|
L-ICEs KOLLHA
|
3,206
MEPC245 (66)
Ir-Regolament MRV
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
LFO
Gradi tal-ISO 8217 RMA għal RMD
|
0,041
|
13,2
|
L-ICEs KOLLHA
|
3,151
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
MDO
MGO
Gradi tal-ISO 8217 DMX għal DMB
|
0,0427
|
14,4
|
L-ICEs KOLLHA
|
3,206
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
LNG
|
0,0491
|
18,5
|
LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità medja)
|
2,755
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
0
|
0,00011
|
3,1
|
|
|
|
|
|
LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità baxxa)
|
|
|
|
1,7
|
|
|
|
|
|
LNG Diesel (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità baxxa)
|
|
|
|
0,2
|
|
|
|
|
|
LBSI
|
|
|
|
N/A
|
|
|
LPG
|
0,046
|
7,8
|
L-ICEs kollha
|
3,03 Butan
3,00 Propan
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
TBM
|
TBM
|
|
|
|
H2
(gass naturali)
|
0,12
|
132
|
Ċelloli tal-Fjuwil
|
0
|
0
|
-
|
-
|
|
|
|
|
|
ICE
|
0
|
0
|
TBM
|
|
|
|
NH3
(gass naturali)
|
0,0186
|
121
|
L-ebda magna
|
0
|
0
|
TBM
|
-
|
|
|
Metanol (gass naturali)
|
0,0199
|
31,3
|
L-ICEs kollha
|
1,375
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
TBM
|
TBM
|
-
|
|
Bijofjuwils likwidi
|
Etanol E100
|
0,0268
|
Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001
|
L-ICEs kollha
|
1,913
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
TBM
|
TBM
|
-
|
|
|
Biodiżil
Prodotti / skart / Taħlita ta’ għalf ewlenin
|
0,0372
|
Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001
|
L-ICEs KOLLHA
|
2,834
|
0,00005
TBM
|
0,00018
TBM
|
-
|
|
|
HVO
Prodotti / skart / Taħlita ta’ għalf ewlenin
|
0,044
|
Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001
|
L-ICEs KOLLHA
|
3,115
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
Bijo-LNG
Prodotti / skart / Taħlita ta’ għalf ewlenin
|
0,05
|
Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001
|
LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità medja)
|
2,755
MEPC245 (66),
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
0,00005
|
0,00018
|
3,1
|
|
|
|
|
|
LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità baxxa)
|
|
|
|
1,7
|
|
|
|
|
|
LNG Diesel (żewġ tipi ta’ fjuwils)
|
|
|
|
0,2
|
|
|
|
|
|
LBSI
|
|
|
|
N/A
|
|
Bijofjuwils tal-gass
|
Bijo-H2
Prodotti / skart / Taħlita ta’ għalf ewlenin
|
0,12
|
N/A
|
Ċelloli tal-Fjuwil
|
0
|
0
|
0
|
-
|
|
|
|
|
|
ICE
|
0
|
0
|
TBM
|
|
|
Fjuwils Rinnovabbli ta’ Oriġini mhux Bijoloġika (RFNBO)
-
(e-Fjuwils)
|
e-Diżil
|
0,0427
|
Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001
|
L-ICEs KOLLHA
|
3,206
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
e-Metanol
|
0,0199
|
Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001
|
L-ICEs kollha
|
1,375
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
0,00005
|
0,00018
|
-
|
|
|
e-LNG
|
0,0491
|
Ref. għad-Direttiva (UE) 2018/2001
|
LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità medja)
|
2,755
MEPC245 (66)
Ir-Regolament (UE) 2015/757
|
0
|
0,00011
|
3,1
|
|
|
|
|
|
LNG Otto (żewġ tipi ta’ fjuwils b’veloċità baxxa)
|
|
|
|
1,7
|
|
|
|
|
|
LNG Diesel (żewġ tipi ta’ fjuwils)
|
|
|
|
0,2
|
|
|
|
|
|
LBSI
|
|
|
|
N/A
|
|
|
e-H2
|
0,12
|
3,6
|
Ċelloli tal-Fjuwil
|
0
|
0
|
0
|
-
|
|
|
|
|
|
ICE
|
0
|
0
|
TBM
|
|
|
|
e-NH3
|
0,0186
|
0
|
L-ebda magna
|
0
|
N/A
|
TBM
|
N/A
|
|
Oħrajn
|
Elettriku
|
-
|
106,3
TAĦLITA TAL-UE 2020
72
TAĦLITA TAL-UE 2030
|
OPS
|
-
|
-
|
-
|
-
|
Il-Kolonna 1 tidentifika l-klassi tal-fjuwils b’mod partikolari l-Fjuwils Fossili, il-Bijofjuwils Likwidi, il-Bijofjuwils Gassużi, l-e-Fjuwils;
Il-Kolonna 2 tidentifika l-isem jew il-mogħdija tal-fjuwils rilevanti fi ħdan il-klassi. Għall-Bijofjuwils Likwidi, il-Bijofjuwils Gassużi, l-RFNBO (e-Fjuwils) il-valuri tas-sezzjoni WtT għandhom jittieħdu mid-Direttiva (UE) 2018/2001 (mingħajr kombustjoni); għall-fjuwils fossili għandhom jintużaw biss il-valuri prestabbiliti fit-tabella.
Il-Kolonna 3 fiha l-Valur Kalorifiku Aktar Baxx tal-Fjuwils espress f’[MJ/g].
Il-Kolonna 4 fiha l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2eq f’[gCO2eq/MJ]. Għall-fjuwils fossili għandhom jintużaw biss il-valuri prestabbiliti fit-tabella. Għall-fjuwils l-oħra kollha, (minbarra fejn jiġi espressament indikat), il-valuri għandhom jiġu kkalkulati billi tintuża l-metodoloġija jew il-valuri prestabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 imnaqqsa mill-emissjonijiet tal-kombustjoni filwaqt li titqies l-ossidazzjoni sħiħa tal-fjuwil.
Il-Kolonna 5 tidentifika t-tipi/klassijiet ewlenin ta’ konvertituri tal-enerġija bħal Magni ta’ Kombustjoni Interna (ICE) 2 jew 4 stroke Diesel jew b’ċiklu Otto, it-turbini tal-gass, iċ-ċelloli tal-fjuwils, eċċ.
Il-Kolonna 6 fiha l-fattur tal-emissjoni Cf għas-CO2 f’[gCO2/gfuel]. Għandhom jintużaw il-valuri tal-fatturi tal-emissjonijiet kif speċifikati fir-Regolament (UE) 2015/757 (jew IMO MEPC245 (66) kif emendat). Għal dawk il-fjuwils kollha li ma jinsabux fir-Regolament (UE) 2015/757, għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti li jinsabu fit-tabella. Il-valuri ċċertifikati minn ċertifikatur fdat (skont id-dispożizzjonijiet rilevanti magħmula fid-Direttiva (UE) 2018/2001) jistgħu jintużaw minflok il-valuri prestabbiliti.
Il-Kolonna 7 fiha l-fattur tal-emissjoni Cf għall-metan f’[gCH4/gfuel]. Għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti kif jinsabu fit-tabella. Il-valuri ċċertifikat permezz tal-ittestjar jistgħu jintużaw minflok il-valuri prestabbiliti. Għall-fjuwils tal-LNG is-Cf għall-metan huma stabbiliti għal żero.
Il-Kolonna 8 fiha l-fattur tal-emissjoni Cf għall-ossidu nitruż f’[gN2O/gfuel]. Għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti kif jinsabu fit-tabella. Il-valuri ċċertifikat permezz tal-ittestjar jistgħu jintużaw minflok il-valuri prestabbiliti.
Il-Kolonna 9 tidentifika l-parti tal-fjuwil li tintilef bħala emissjonijiet li jaħarbu (Cslip) bħala % tal-massa tal-fjuwil użata mill-konvertitur tal-enerġija speċifiku. Għandhom jintużaw il-valuri prestabbiliti kif jinsabu fit-tabella. Il-valuri ċċertifikat permezz tal-ittestjar jistgħu jintużaw minflok il-valuri prestabbiliti. Għall-fjuwils bħal-LNG li għalihom jeżistu l-emissjonijiet li jaħarbu (slip), l-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu huma ppreżentati fit-Tabella 1 f’% tal-massa tal-fjuwil użata (Kolonna 9). Għandhom jintużaw il-valuri li jinsabu fil-Kolonna 9, f’konformità mal-ekwazzjoni (1). Il-valuri ta’ Cslip fit-Tabella (1) huma kkalkulati bħala 50 % tat-tagħbija tal-magna.
ANNESS III
KRITERJI GĦALL-UŻU TAT-TEKNOLOĠIJA B’EMISSJONIJIET ŻERO KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 5(3)(b) u 7(3), punti (d) u (f)
It-tabella li ġejja tipprovdi lista ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero kif imsemmi fl-Artikolu 5(3)(b), kif ukoll kriterji speċifiċi għall-użu tagħhom kif applikabbli.
|
Teknoloġija b’emissjonijiet żero
|
Kriterji għall-użu
|
|
Ċelloli tal-fjuwil
|
Iċ-ċelloli tal-fjuwil użati abbord għall-ġenerazzjoni tal-enerġija waqt l-irmiġġ għandhom jitħaddmu kompletament b’fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju.
|
|
Ħżin tal-Elettriku Abbord
|
L-użu tal-ħżin tal-elettriku abbord huwa permess irrispettivament mis-sors tal-enerġija li jkun ipproduċa l-enerġija maħżuna (il-ġenerazzjoni abbord jew fuq l-art f’każ ta’ tpartit ta’ batteriji).
|
|
Il-produzzjoni tal-elettriku abbord mill-enerġija mir-riħ u mix-xemx.
|
Kwalunkwe vapur li jkun kapaċi jsostni l-ħtiġijiet tal-enerġija tiegħu fl-irmiġġ permezz tal-użu tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx.
|
L-użu ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero għandu kontinwament jikseb emissjonijiet li huma ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinkiseb bl-użu ta’ provvista tal-enerġija fuq l-art.
ANNESS IV
ĊERTIFIKAT LI GĦANDU JINĦAREĠ MILL-KORP MANIĠERJALI TAL-PORT TAL-WAQFA F’KAŻIJIET FEJN IL-VAPURI MA JISTGĦUX JAGĦMLU UŻU MILL-OPS GĦAL RAĠUNIJIET ĠUSTIFIKATI (L-ARTIKOLU 5(5) - ELEMENTI MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FIĊ-ĊERTIFIKAT
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5(5) għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(1)L-identifikazzjoni tal-vapur
(a)In-numru tal-IMO
(b)L-isem tal-vapur
(c)Is-sinjal tas-sejħa
(d)It-tip tal-bastiment
(e)Il-bandiera
(2)Il-port tal-waqfa
(3)Il-post/l-isem tat-terminal:
(4)Id-data u l-ħin tal-wasla (ATA)
(5)Id-data u ħin tat-tluq (ATD)
Il-konferma mill-korp maniġerjali tal-port li l-vapur instab f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:
–il-vapur għamel waqfa f’port mhux skedata għal raġunijiet ta’ sikurezza jew salvataġġ tal-ħajja fuq il-baħar (Artikolu 5(2), punt (c))
–il-vapur ma setax jikkonnettja mal-provvista tal-enerġija fuq l-art minħabba li ma kienx hemm punti ta’ konnessjoni disponibbli fil-port (l-Artikolu 5(2), punt (d))
–it-tagħmir abbord tal-provvista tal-enerġija fuq l-art instab li kien inkompatibbli mal-installazzjoni max-xatt fil-port (l-Artikolu 5(2), punt (e))
–li l-vapur uża, għal perjodu limitat ta’ żmien il-ġenerazzjoni tal-enerġija abbord, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jirrappreżentaw riskju immedjat għall-ħajja, għall-vapur, jew għall-ambjent (l-Artikolu 5(2) punt (f)).
(6)Dettalji tal-korp maniġerjali tal-port
(a)Isem
(b)Kuntatt (telefon, email)
(7)Data tal-ħruġ
ANNESS V
FORMULI GĦALL-KALKOLU TAL-BILANĊ TAL-KONFORMITÀ U TAL-PENALI stabbiliti fl-Artikolu 20(1)
Formula għall-kalkolu tal-bilanċ tal-konformità tal-vapur
Għal-finijiet tal-kalkolu tal-bilanċ tal-konformità ta’ bastiment, għandha tapplika l-formula li ġejja:
|
Bilanċ tal-konformità [gCO2eq/MJ] =
|
(GHGIEtarget - GHGIEactual) x []
|
Fejn:
|
|
Grammi ta’ ekwivalent ta’ CO2
|
|
GHGIEtarget
|
Limitu tal-intensità tal-gassijiet serra użati abbord vapur skont l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament
|
|
GHGIEactual
|
Medja annwali tal-intensità tal-gassijiet serra tal-enerġija użata abbord vapur ikkalkulata għall-perjodu ta’ rapportar rilevanti
|
Formula għall-kalkolu tal-penali stabbiliti fl-Artikolu 20(1)
L-ammont tal-penali stabbiliti fl-Artikolu 20(1) għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
|
Penali =
|
(Bilanċ tal-konformità / GHGIEactual) x fattur tal-konverżjoni minn MJ għal tunnellati ta’ VLSFO (41.0 MJ / kg) x EUR 2400
|