|
12.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1411
tat-2 ta’ Marzu 2020
dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 64/99 (ex NN 68/99) implimentata mill-Italja għall-kumpaniji tat-tbaħħir Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (il-Grupp Tirrenia)
(notifikata bid-dokument C(2020) 1108)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) imsemmija aktar ’il fuq (1) u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti,
Filwaqt li:
1. PROĊEDURA
1.1. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE
|
(1) |
Wara bosta lmenti, fl-1999 il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward ta’ għajnuna mħallsa lil sitt kumpaniji tal-ex Grupp Tirrenia, jiġifieri Saremar di Naviazione S.p.A. (“Tirrenia”), Adriatica di Navigazione S.p.A. (“Adriatica”), Caremar - Campania Regionale Maritima S.p.A. (“Caremar”), Saremar - Sardegna Regionale Marittima S.p.A (“Saremar”), Toremar – Toscana Regionale Marittima S.p.A. (“Toremar”) u Siremar – Sicilia Regionale Maritima S.p.A. (“Siremar”). F’dak iż-żmien dawn il-kumpaniji kienu kkontrollati mill-kumpanija pubblika Finmare li kellha l-kapital azzjonarju ta’ Tirrenia, li min-naħa tagħha kienet is-sid tal-kumpaniji reġjonali Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar. |
|
(2) |
L-għajnuna ħadet il-forma ta’ sussidji mħallsa direttament lil kull waħda mill-kumpaniji fil-grupp biex isostnu s-servizzi tat-trasport marittimu li dawn il-kumpaniji pprovdew taħt sitt ftehimiet ta’ servizz pubbliku konklużi mal-Istat Taljan fl-1991 (“il-Konvenzjonijiet Inizjali”). L-għan tal-Konvenzjonijiet Inizjali kien li jiggarantixxu l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport marittimu, bil-maġġoranza tagħhom jipprovdu konnessjoni bejn l-Italja kontinentali ma’ Sqallija, Sardinja u gżejjer oħra Taljani iżgħar. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra datata s-6 ta’ Awwissu 1999, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali (“id-Deċiżjoni tal-Ftuħ”). Permezz tal-ittra tat-28 ta’ Settembru 1999, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ. |
|
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (2) diversi operaturi privati ssottomettew il-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-awtoritajiet Taljani biex jingħataw l-opportunità li jirreaġixxu. |
|
(5) |
Fit-18 ta’ Ottubru 1999, l-Italja ressqet rikors għal annullament kontra d-Deċiżjoni tal-Ftuħ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward tal-parti li tistipula li l-għajnuna għandha tiġi sospiża. Il-kawża kienet irreġistrata taħt in-numru C-400/99. Barra minn hekk, fid-19 ta’ Ottubru 1999 Tirrenia, Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar ressqu quddiem il-Qorti Ġenerali rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ kollha kemm hi, skont l-Artikolu 230(4) tat-Trattat tal-KE [issa l-Artikolu 263(4) TFUE]. Din l-applikazzjoni ġiet irreġistrata taħt in-numru T-246/99. |
|
(6) |
Permezz tas-sentenza tal-10 ta’ Mejju 2005 fil-kawża C-400/99, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-Deċiżjoni ta’ Ftuħ “safejn din kienet tinvolvi s-sospensjoni tat-trattament fiskali applikat għall-provvista ta’ karburant u żejt lubrifikanti għall-bastimenti tal-Grupp Tirrenia”, sakemm l-awtoritajiet Taljani jiġu nnotifikati bid-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura fir-rigward tal-impriża kkonċernata (3). Għall-bqija, l-applikazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(7) |
Permezz tas-sentenza tal-20 ta’ Ġunju 2007 fil-kawża T-246/99, (4) il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-applikazzjoni ppreżentata minn Tirrenia u Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Ftuħ b’mod ġenerali. |
|
(8) |
Matul il-fażi tal-investigazzjoni, l-awtoritajiet Taljani talbu li l-każ tal-Grupp Tirrenia jinqasam sabiex tingħata prijorità biex tintlaħaq deċiżjoni finali dwar Tirrenia. Din it-talba kienet motivata mix-xewqa tal-awtoritajiet Taljani li jipprivatizzaw il-grupp, li jibda bil-kumpanija Tirrenia, u l-intenzjoni tagħhom li jħaffu l-proċess fir-rigward ta’ din il-kumpanija. |
|
(9) |
Fir-rigward ta’ din it-talba, il-Kummissjoni nnotat li, filwaqt li Tirrenia aġixxiet bħala mexxej tal-grupp f’termini tal-istrateġija finanzjarja u kummerċjali tal-Grupp, is-sitt kumpaniji membri ta’ dak iż-żmien kienu legalment indipendenti u operati f’segmenti tas-suq ġeografikament distinti soġġetti għal gradi differenti ta’ kompetizzjoni, kemm minn operaturi Taljani privati kif ukoll minn operaturi minn Stati Membri oħra. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li s-sussidji mħallsa mill-awtoritajiet Taljani, skont il-Konvenzjonijiet Inizjali msemmija fil-premessa 2, kienu kkalkulati li jkopru t-telf operatorju nett fuq ir-rotot servuti minn kull waħda mill-kumpaniji msemmija u li kienu ngħataw direttament lil dawk il-kumpaniji mingħajr ma għaddew minn taħt idejn Tirrenia. Fl-aħħar nett, il-miżuri l-oħra ta’ għajnuna koperti mill-proċedura – għajnuna għall-investiment u għajnuna ta’ natura fiskali – kienu jeħtieġu analiżi separata fir-rigward ta’ kull kumpanija tal-Grupp. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li setgħet taderixxi mat-talba tal-awtoritajiet Taljani, u bid-Deċiżjoni 2001/851/KE għalqet il-proċedura mibdija fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lil Tirrenia (“id-Deċiżjoni tal-2001”) (5). |
|
(10) |
Il-proċedura baqgħet miftuħa fir-rigward tal-għajnuna mogħtija mill-Italja lill-ħames kumpaniji li kien fadal fil-Grupp Tirrenia (jiġifieri Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar, “il-Kumpaniji Reġjonali”). Matul diversi laqgħat bilaterali bejn l-2001 u l-2003, l-awtoritajiet Taljani pprovdew informazzjoni dwar kull waħda mir-rotot operati minn dawn il-kumpaniji, li tindika l-karatteristiċi partikolari tas-swieq inkwistjoni, ix-xejra tat-traffiku, il-preżenza ta’ kumpaniji privati kompetituri, jekk ikun hemm, u bidliet fl-ammont tal-finanzjament pubbliku mogħti lil kull waħda mill-kumpaniji. |
|
(11) |
Barra minn hekk, f’Jannar, Frar u Settembru 2003 numru ta’ ilmentaturi, b’mod partikolari ċerti operaturi privati li jikkompetu ma’ Caremar fil-Golf ta’ Napli, ippreżentaw informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni, li fiha data ġdida li trid titqies fil-proċedura ta’ investigazzjoni. L-awtoritajiet Taljani ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-kwistjonijiet addizzjonali. Saret laqgħa bilaterali fl-20 ta’ Ottubru 2003, li b’riżultat tagħha l-awtoritajiet Taljani ħadu ċerti impenji fir-rigward ta’ għadd ta’ konnessjonijiet ta’ veloċità għolja operati minn Caremar fil-Golf ta’ Napli. Dawn l-impenji ġew formalizzati permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ottubru 2003, li waslet għand il-Kummissjoni fil-31 ta’ Ottubru 2003, u li ġiet ikkonfermata permezz ta’ ittra datata s-17 ta’ Frar 2004. Fir-rigward ta’ Adriatica, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni b’fax datata t-23 ta’ Frar 2004. |
|
(12) |
Fl-aħħar nett, permezz tad-Deċiżjoni 2005/163/KE (6) (“id-Deċiżjoni tal-2005”), il-Kummissjoni ddikjarat li l-kumpens mogħti mill-Italja lill-Kumpaniji Reġjonali kien parzjalment kompatibbli mas-suq intern, parzjalment kompatibbli mal-osservanza ta’ ċerti impriżi mill-awtoritajiet Taljani, u parzjalment inkompatibbli. Il-Kummissjoni imponiet l-irkupru tal-parti tal-għajnuna, li kienet iddikjarata inkompatibbli mas-suq intern. |
|
(13) |
B’mod partikolari, l-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-2005 jiddikjaraw:
|
1.2. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tannulla d-Deċiżjoni tal-2005
|
(14) |
Tliet azzjonijiet li jisfidaw id-Deċiżjoni tal-2005 tressqu quddiem il-Qorti Ġenerali, rispettivament minn (i) Tirrenia, li fl-2004 kienet akkwistat in-negozju li kien għaddej ta’ Adriatica (il-Kawża T-265/04), (ii) Caremar, Saremar, Siremar, u Toremar (il-Kawża T-292/04), u (iii) kompetitur partikolari, Navigazione Libera del Golfo S.p.A. (il-Kawża T-504/04). |
|
(15) |
Bis-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2009 fil-Kawżi Konġunti T-265/04, T-292/04 u T-504/04 (“is-Sentenza tal-2009”) (7) il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-2005. |
|
(16) |
B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx iddikjarat b’mod adegwat ir-raġunijiet biex l-għajnuna tikkwalifika bħala waħda ġdida, aktar milli eżistenti, kif iddikjarat mill-applikanti. B’mod partikolari, hija kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kinitx iġġustifikat b’mod adegwat għalfejn qieset li l-għajnuna ma kinitx waslet qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE fl-Italja, kif kienu sostnew l-awtoritajiet Taljani matul il-proċedura li l-għajnuna inkwistjoni kienet ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet ta’ Digrieti Amministrattivi adottati fl-1936. Barra minn hekk, il-Qorti kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat biżżejjed l-allegazzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani li saru matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, b’tali mod li l-emendi sussegwenti għall-qafas legali rilevanti esklużivament irriżultaw fi tnaqqis fl-ammont globali tal-għajnuna (8). |
|
(17) |
It-tieni, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet naqset milli tapplika l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 (9) (“ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu”) li jistipula li l-kuntratti pubbliċi eżistenti ta’ servizzi jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data ta’ skadenza tagħhom. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-kumpens imħallas lill-Kumpaniji Reġjonali tal-Grupp Tirrenia skont il-Konvenzjonijiet Inizjali għall-operat tar-rotot ta’ kabotaġġ kien jikkostitwixxi għajnuna eżistenti, safejn il-Kummissjoni kienet diġà kkonkludiet li tali kumpens ma kienx jaqbeż dak li kien meħtieġ biex jiġu ffinanzjati l-obbligi ta’ servizz pubbliku (10). |
1.3. Proċedura wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005
|
(18) |
B’ittra tas-7 ta’ April 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Taljani biex iressqu l-kummenti tagħhom dwar l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005 u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-miżuri inkwistjoni jiġu vvalutati b’mod eżawrjenti. B’mod partikolari, hija talbet lill-awtoritajiet Taljani biex jipprovdu (i) kjarifiki dwar l-operat minn Adriatica u Saremar tar-rotot internazzjonali, jiġifieri l-perjodu ta’ operat, l-att legali li jistabbilixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-karatteristiċi tas-servizz: regolarità, kapaċità, frekwenza, tip ta’ bastiment, kif ukoll kwalunkwe modifika sussegwenti fl-obbligi tas-servizz pubbliku u (ii) deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens u tal-modifiki sussegwenti kollha tal-metodu ta’ kalkolu tal-kumpens u r-redditu fuq il-kapital investit, barra mill-effett ta’ tali modifiki fuq il-livell tal-kumpens. |
|
(19) |
Fl-istess data, il-Kummissjoni talbet ukoll lill-partijiet interessati għall-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005, biex jipprovdu l-kummenti tagħhom f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni rċeviet biss kummenti mill-benefiċjarji tal-miżuri soġġetti għad-Deċiżjoni tal-2005. Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-awtoritajiet Taljani biex jingħataw l-opportunità li jirreaġixxu. |
|
(20) |
Billi l-awtoritajiet Taljani ma tawx risposta għall-ittra tas-7 ta’ April 2010, ta’il-Kummissjoni fakkret lill-awtoritajiet Taljani b’ittra datata t-22 ta’ Ġunju 2010, biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba. |
|
(21) |
Permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Lulju 2010, l-awtoritajiet Taljani pprovdew ċerti kjarifiki dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għar-reġimi tas-servizz pubbliku fis-settur marittimu fl-Italja. |
|
(22) |
B’ittra datata t-22 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani biex jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
|
|
(23) |
B’ittra datata d-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni reġgħet stiednet lill-awtoritajiet Taljani biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Il-Kummissjoni b’mod espliċitu avżat lill-awtoritajiet Taljani li, jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet sottomessa sa dik l-iskadenza, hija toħroġ inġunzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (12) (“ir-Regolament proċedurali”). |
|
(24) |
Permezz ta’ ittra datata d-19 ta’ Lulju 2011, l-awtoritajiet Taljani pprovdew ċerti kjarifiki, dwar il-punti a, c u d tat-talba tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2010. B’mod partikolari, huma pprovdew il-kumpens annwali mogħti lil Adriatica matul il-perjodu 2001–2004, u lil Saremar, Toremar, Siremar u Caremar matul il-perjodu 2001–2008, ikkonfermaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet imposti mid-Deċiżjoni tal-2005, u spjegaw li, aktar milli l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħames snin għall-perjodi 2000-2004 u 2005-2008, kienu ttieħdu miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni ad hoc, bil-għan li s-servizzi jinġiebu f’konformità aktar mill-qrib mal-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, madankollu mingħajr ma jsiru bidliet sostantivi fis-sistema tas-servizz pubbliku. Fir-rigward tal-livell ta’ profitt, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li, minħabba ż-żmien konsiderevoli li għadda mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005, u b’mod partikolari, il-perjodu ta’ żmien u l-kumplessità tal-informazzjoni mitluba, ma setgħux faċilment jirkupraw din l-informazzjoni mill-arkivji tal-Ministeru. Għalhekk, ma ġiet sottomessa l-ebda tweġiba sħiħa għall-ittra tal-Kummissjoni datata t-22 ta’ Diċembru 2010. |
|
(25) |
F’Ġunju 2012, saret laqgħa mal-awtoritajiet Taljani sabiex jitlesta l-fajl tal-każ u sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiffinalizza l-valutazzjoni tal-miżuri inkwistjoni. Matul din il-laqgħa, il-Kummissjoni talbet data dettaljata, b’mod partikolari biex tistabbilixxi li l-kumpaniji kkonċernati ma kinux ibbenefikaw minn kumpens żejjed. |
|
(26) |
Minħabba li l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani wara din il-laqgħa ma kinitx biżżejjed biex tippermetti lill-Kummissjoni tlesti l-valutazzjoni tagħha, intbagħtet talba ġdida għall-informazzjoni lill-Italja fis-7 ta’ Novembru 2012, dwar:
|
|
(27) |
B’ittra datata s-7 ta’ Diċembru 2012, l-awtoritajiet Taljani taw tweġibiet mhux kompluti għall-mistoqsijiet li tqajmu mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, l-Italja wieġbet dawn il-mistoqsijiet b’dan il-mod:
|
|
(28) |
Tfakkira oħra intbagħtet lill-awtoritajiet Taljani fit-28 ta’ Jannar 2013 fejn intalbu jippreżentaw l-informazzjoni kollha mitluba qabel mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni reġgħet poġġiet lill-awtoritajiet Taljani fl-avviż tagħha li jekk l-informazzjoni kollha mitluba ma tiġix sottomessa sa dik l-iskadenza, hija toħroġ inġunzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Proċedurali. |
|
(29) |
Fil-11 ta’ Marzu 2013 il-Kummissjoni ddeċidiet li tordna lill-Italja skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Proċedurali, biex tagħti l-informazzjoni mitluba mill-ittri tat-22 ta’ Diċembru 2010 u tas-7 ta’ Novembru 2012. |
|
(30) |
Fl-10 ta’ April 2013 l-Italja wieġbet għall-inġunzjoni ta’ informazzjoni. L-Italja pprovdiet l-ispejjeż/id-dħul operattivi u s-sussidju annwali (bħala differenza bejn l-ispiża u d-dħul, l-ebda marġni għall-operatur) għall-kumpaniji kollha wara l-2004. L-Italja ma indirizzatx it-talbiet li kien fadal fid-deċiżjoni ta’ inġunzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(31) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2015 il-Kummissjoni talbet lill-Italja biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali rigward l-amalgamazzjoni ta’ Adriatica ma’ Tirrenia, jiġifieri dettalji dwar il-bejgħ tal-assi ta’ Adriatica u l-kundizzjonijiet marbuta mal-amalgamazzjoni. Fl-4 ta’ Novembru 2015, b’ittra datata t-22 ta’ Ottubru 2015, l-awtoritajiet Taljani wieġbu li permezz ta’ deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2004, Tirrenia akkwistat in-negozju li kien għaddej tas-sussidjarja tagħha u li l-amalgamazzjoni la affettwat l-attivitajiet imwettqa minn Adriatica taħt il-Konvenzjonijiet Inizjali u lanqas ma ġabet bidla fil-kumpensi previsti fihom. |
|
(32) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2018 il-Kummissjoni talbet lill-Italja biex tipprovdi kjarifiki fir-rigward tal-kumpens imħallas għar-rotta Bari/Durrës u l-ammont eżatt ta’ għajnuna (kapital u imgħax) irkuprat mill-awtoritajiet Taljani għall-operat tar-rotta Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras fis-snin bejn l-1992 u l-1994. L-Italja wieġbet fil-21 ta’ Diċembru 2018, fejn iċċarat li ma tħallas l-ebda kumpens għas-servizzi pprovduti fir-rotta Bari/Durrës fis-snin bejn l-2002 u l-2008 u kkonfermat li l-irkupru ta’ EUR 8 651 600 ta’ għajnuna inkompatibbli mogħtija lil Adriatica minn Jannar 1992 sa Lulju 1994 għall-operazzjoni ta’ Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras ma kienx jinkludi l-imgħax għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sas-26 ta’ Marzu 2007. |
1.4. Każijiet ta’ għajnuna mill-Istat wara l-iskadenza tal-Konvenzjonijiet Inizjali
|
(33) |
Minn Jannar 2009, Tirrenia, Siremar, Saremar, Toremar u Caremar ipprovdew servizzi ta’ trasport marittimu taħt il-Konvenzjonijiet Inizjali estiżi kif ġej:
|
|
(34) |
Bis-saħħa tal-Liġi tal-2009, l-akkwirenti tal-kumpaniji kellhom jiġu fdati b’Konvenzjonijiet/kuntratti ta’ servizz pubbliku ġodda. |
|
(35) |
Fil-5 ta’ Ottubru 2011, wara li rċeviet diversi lmenti, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-Istat Taljan favur il-kumpaniji tal-Grupp preċedenti ta’ Tirrenia, inkluż il-kumpens imħallas lill-kumpaniji taħt it-titwil tal-Konvenzjonijiet Inizjali kif imsemmi hawn fuq, u l-għajnuna potenzjali involuta fil-privatizzazzjonijiet (15). Fid-19 ta’ Diċembru 2012 ġiet adottata estensjoni tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali (16). Dawk il-miżuri qed jiġu investigati separatament fil-każijiet SA.32014, SA.32015 u SA.32016 u għalhekk mhumiex koperti minn din id-deċiżjoni. |
1.5. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni attwali
|
(36) |
Din id-deċiżjoni tkopri biss is-sussidji li rċevew il-Kumpaniji Reġjonali matul il-perjodu bejn l-1992 u l-2008 u hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe każ ieħor ta’ għajnuna mill-Istat li għadu għaddej, inkluża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-kumpens għal servizz pubbliku mħallas lil dawk il-kumpaniji mill-2009 skont l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet Inizjali (ara l-każijiet SA.32014, SA.32015 u SA.32016). |
|
(37) |
Din id-deċiżjoni tikkonċerna biss l-aspetti tal-għajnuna mill-Istat u hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat, b’mod partikolari rigward il-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi u l-konċessjonijiet tas-servizzi. |
2. DESKRIZZJONI DDETTALJATA TAL-MIŻURI
2.1. Il-benefiċjarji u s-swieq li joperaw fihom
2.1.1. Adriatica
|
(38) |
Adriatica operat rotot internazzjonali bejn l-Italja u l-Greċja, l-Albanija u l-ex Jugoslavja, flimkien ma’ network ta’ konnessjonijiet ta’ kabotaġġ lokali ma’ Sqallija (merkanzija biss) u l-gżejjer tal-arċipelagu ta’ Tremiti. |
|
(39) |
Il-parti l-kbira tat-traffiku tal-passiġġieri ta’ Adriatica kienet ikkonċentrata fuq il-konnessjonijiet internazzjonali mal-Albanija u fuq il-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ mal-gżejjer tal-arċipelagu ta’ Tremiti (17). F’termini ta’ traffiku tal-merkanzija, aktar minn 90 % tal-volum globali ta’ Adriatica kien meqjus mill-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ ma’ Sqallija u l-konnessjonijiet internazzjonali (dawn tal-aħħar jirrappreżentaw 67 % tat-traffiku totali tal-merkanzija tal-kumpanija) (18). |
|
(40) |
Adriatica ffaċċjat livelli differenti ta’ kompetizzjoni fuq id-diversi rotot li kienet topera. |
|
(41) |
Fir-rigward tal-konnessjonijiet internazzjonali:
|
|
(42) |
Fir-rigward tal-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ:
|
2.1.2. Saremar
|
(43) |
Saremar operat rotot ta’ kabotaġġ lokali mal-gżejjer lejn ix-Xlokk u l-Lbiċ ta’ Sardinja, flimkien mar-rotta internazzjonali Santa Teresa di Gallura/Bonifacio bejn Sardinja u Korsika. |
|
(44) |
Fuq dawn ir-rotot, l-operat ta’ Saremar kien jammonta għal 64 % tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri u 70 % tas-suq tal-merkanzija. |
|
(45) |
Minbarra r-rotta Santa Teresa di Gallura/Bonifacio (li tkejjel 10 mili nawtiċi), ir-rotot operati minn Saremar (La Maddalena/Palau, Carloforte/Calasetta, Carloforte/Portovesme) kienu pjuttost qosra, u b’hekk ikejlu medja ta’ ħames mili nawtiċi. Dawn, flimkien mal-frekwenza tal-vjaġġi ta’ kuljum, irrendew dawn il-konnessjonijiet marittimi mhux differenti mis-sistema tat-trasport suburban maħsuba biex tipprovdi lill-abitanti tal-gżejjer ġirien bit-trasport u l-provvista (20). In-natura speċjali ta’ dan is-suq ġejja wkoll mill-ġeografija lokali u l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fuq il-baħar, li kienu jitolbu l-użu ta’ tip partikolari ta’ bastiment mhux adattat għall-użu xi mkien ieħor għal tipi oħra ta’ tbaħħir. |
|
(46) |
Saremar kellha l-kompetizzjoni minn operaturi oħra Taljani fuq tlieta mill-erba’ rotot li kienet topera, inkluż fuq il-konnessjoni bejn Sardinja u Korsika. |
2.1.3. Toremar
|
(47) |
Toremar operat ir-rotot ta’ kabotaġġ marittimu bejn il-kontinent u l-gżejjer tat-Toskana (Elba, Gorgona, Capraia, Pianosa u Giglio). Il-kumpanija essenzjalment mexxiet network ta’ servizzi lokali li l-frekwenza u l-iskedi tagħhom kellhom l-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-provvista u l-mobbiltà tal-popolazzjonijiet tal-gżejjer. Il-karatteristiċi tan-network tas-servizzi pprovduti minn Toremar għamluha paragunabbli ma’ network tas-servizzi tat-trasport lokali suburban. |
|
(48) |
Tnejn mis-sitt rotot operati minn Toremar kienu operati wkoll minn operaturi Taljani oħrajn matul is-sena kollha. |
2.1.4. Siremar
|
(49) |
Siremar operat konnessjonijiet lokali bejn il-portijiet ta’ Sqallija u l-gżejjer minuri madwar Sqallija (il-gżejjer Eoliċi, il-gżejjer Pelaġi, il-gżejjer Egadi, Ustica u Pantelleria). |
|
(50) |
Il-konnessjonijiet mal-arċipelagu tal-gżejjer Eoliċi lejn it-Tramuntana ta’ Sqallija ġew estiżi sal-peniżola (Napli). Dan kien network ta’ rotot purament lokali. Il-vjaġġi ġeneralment qosra, il-frekwenza tas-servizz u l-iskeda kienu maħsuba biex jaqdu r-rekwiżiti tal-mobbiltà tar-residenti tal-gżejjer. Il-gżejjer Eoliċi, li fihom jabitaw 12 000 resident permanenti, li 9 000 minnhom jgħixu fuq il-gżira ewlenija ta’ Lipari, dak iż-żmien kienu moqdija minn ħames konnessjonijiet imħaddma minn Siremar mill-port ta’ Milazzo fi Sqallija. Siremar ipprovdiet s-servizz matul is-sena kollha bl-użu ta’ bastimenti mħallta (tal-passiġġieri/tal-vetturi) u inġenji tal-baħar ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri. Operatur Taljan wieħed ikkompeta ma’ Siremar f’erbgħa mill-ħames rotot, bl-użu ta’ bastimenti mħallta ta’ kapaċità żgħira, filwaqt li ieħor kien f’kompetizzjoni mas-servizzi ta’ veloċità għolja fuq tliet rotot fl-istaġun kalm u erbgħa fl-eqqel tal-istaġun. |
|
(51) |
Fir-rigward tal-konnessjoni mat-tliet gżejjer tal-arċipelagu Egadi, Siremar operat madwar is-sena kollha mill-port ta’ Trapani fi Sqallija, permezz ta’ bastiment wieħed imħallat (tal-passiġġieri/tal-vetturi) u żewġ inġenji b’veloċità għolja. Żewġ operaturi privati Taljani kienu preżenti f’dan is-suq: l-ewwel wieħed ipprovda servizz ta’ trasport tal-merkanzija biss filwaqt li t-tieni wieħed ipprovda servizzi ta’ veloċità għolja. |
|
(52) |
Siremar ma ffaċċjat l-ebda kompetizzjoni minn operaturi privati fuq ir-rotot l-oħra li kienet topera mill-portijiet ta’ Palermo u Agrigento. Siremar kienet għalhekk l-uniku trasportatur li jservi ta’ servizz għall-ħtiġijiet ta’ mobbiltà tal-abitanti tal-gżejjer inkwistjoni. |
2.1.5. Caremar
|
(53) |
Caremar operat network ta’ konnessjonijiet marittimi lokali bejn il-portijiet kontinentali tal-Golf ta’ Napli (Napli, Sorrento u Pozzuoli) u l-gżejjer Partenopee (Capri, Ischia, Procida) u bejn il-portijiet kontinentali ta’ Formia u Anzio (Lazio) u l-gżejjer minuri ta’ Ponza u Ventotene. Is-servizzi li pprovdiet kienu essenzjalment maħsuba biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-mobilità tal-komunitajiet lokali u kienu komparabbli ma’ network tat-trasport suburban f’termini ta’ frekwenza u skeda, b’mod partikolari fir-rigward tal-Golf ta’ Napli. |
|
(54) |
Fil-Golf ta’ Napli, Caremar operat f’kompetizzjoni ma’ operaturi Taljani privati oħra fuq ir-rotot Capri/Napli, Capri/Sorrento, Ischia/Napli u Procida/Napli. |
|
(55) |
Għall-kuntrarju, Caremar ma ffaċċjat l-ebda kompetizzjoni fir-rigward tal-konnessjonijiet li kienet topera mal-gżejjer ta’ Ponza u Ventotene, li serviet is-sena kollha bl-użu ta’ bastimenti mħallta għall-passiġġieri u għall-vetturi. Madankollu, hija ffaċċjat kompetizzjoni minn operatur privat għas-servizzi ta’ veloċità għolja li pprovdiet fuq ir-rotot ta’ Ponza/Formia u Ventotene/Formia. |
2.2. Kumpens tas-servizz pubbliku
2.2.1. Il-qafas leġiżlattiv
|
(56) |
Sabiex ikun hemm konformità mas-Sentenza tal-2009, il-qafas legali applikabbli fil-livell nazzjonali huwa deskritt fid-dettall fil-premessi 57-93. |
2.2.1.1.
— Digrieti Amministrattivi Nru 2081 u Nru 2082 tas-7 ta’ Diċembru 1936
|
(57) |
Digrieti Amministrattivi Nru 2081 u Nru 2082 tas-7 ta’ Diċembru 1936 (“id-Digrieti tal-1936”) stabbilixxew għadd ta’ rotot ta’ interess nazzjonali (Linee di interesse nazionale) u stipulaw dispożizzjonijiet dwar l-interventi finanzjarji meħtieġa biex jimplimentaw l-operat tagħhom. |
|
(58) |
Sabiex jiġi żgurat livell meħtieġ ta’ servizz fuq ir-rotot ta’ interess nazzjonali, id-Digriet Amministrattiv Nru 2081 tas-7 ta’ Diċembru 1936 (“Digriet Amministrattiv 2081/1936”) stabbilixxa erba’ kumpaniji: Italia (ibbażata f’Ġenova), Lloyd Triestino (ibbażata fi Trieste), Tirrenia (ibbażata f’Napli) u Adriatica (ibbażata f’Venezja). Skont id-Digriet Amministrattiv Nru 2082 tas-7 ta’ Diċembru 1936 (“Digriet Amministrattiv 2082/1936”), kumpanija li tkun għadha kemm inħolqot u li hija proprjetà pubblika (Finmare) jkollha l-maġġoranza tal-ishma f’dawn il-kumpaniji. |
|
(59) |
Ir-rotot ta’ interess nazzjonali kienu miġbura f’erba’ setturi fuq il-bażi ta’ kriterju ġeografiku. Għalkemm xi rotot ta’ interess nazzjonali kienu konnessjonijiet nazzjonali bejn il-kontinent u l-gżejjer Taljani ewlenin, il-biċċa l-kbira minnhom kienu rotot internazzjonali li jgħaqqdu lill-Italja mal-kontinenti Amerikani u Afrikani. Skont l-Artikolu 3(4) tad-Digriet 2081/1936, il-forniment ta’ servizzi marittimi f’kull wieħed minn dawn l-erba’ setturi ġie fdat għal perjodu ta’ għoxrin sena (mill-1 ta’ Jannar 1937) lill-erba’ kumpaniji ġodda stabbiliti kif ġej:
|
|
(60) |
Artikolu 6 tad-Digriet 2081/1936 stipula l-possibbiltà li sussegwentement tiġi estiża l-lista tar-rotot ta’ interess nazzjonali permezz ta’ Digriet Ministerjali, sakemm kull rotta ġdida tkun ġiet allokata lill-kumpaniji stabbiliti fid-Digriet tal-1936. |
|
(61) |
L-istessl-Artikolu stabbilixxa li, fejn meħtieġ għall-forniment ta’ servizzi marittimi fuq ir-rotot inkwistjoni, tista’ tingħata kontribuzzjoni pubblika lill-kumpaniji msemmija hawn fuq abbażi ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku b’durata ta’ għoxrin sena. Għalhekk ġie stabbilit li l-livell tas-sussidji pubbliċi għandu jiġi stabbilit f’kuntratti ta’ servizz pubbliku b’durata ta’ għoxrin sena. |
|
(62) |
Skont l-Artikolu 7 tad-Digriet 2081/1936, il-kontribuzzjoni pubblika tista’ tiġi riveduta kull erba’ snin taħt għadd ta’ kundizzjonijiet. Din id-dispożizzjoni kellha l-għan li tiżgura li l-kumpaniji kienu joperaw aktar minn 75 % tar-rotot fdati lilhom, u li l-marġni ta’ profitt medju mogħti għall-operat tagħhom kien ivarja bejn 4 % u 8 % Id-Digrieti tal-1936 ma jispeċifikawx b’mod ċar il-baġit totali tal-iskema ta’ finanzjament. |
|
(63) |
Id-Digriet Amministrattiv Nru 781 tat-12 ta’ Mejju 1938 stabbilixxa l-possibbiltà li l-lista tar-rotot nazzjonali ta’ interess prevista fl-Artikolu 2 tad-Digriet Ministerjali 2081/1936 tiġi emendata permezz ta’ Digriet Ministerjali (u approvat permezz tad-Digriet Ministerjali tat-5 ta’ Jannar 1937). Id-Digriet Ministerjali tal-20 ta’ Diċembru 1938 introduċa ċerti modifiki fil-lista tar-rotot. |
|
(64) |
Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi skont id-Digriet 2081/1936 skadew fil-31 ta’ Diċembru 1956. Il-leġiżlatur Taljan sussegwentement estenda l-kuntratti sat-30 ta’ Ġunju 1962 (21). |
— il-Liġi Nru 34 tal-5 ta’ Jannar 1953 u l-Liġi Nru 178 tas-26 ta’ Marzu 1959
|
(65) |
Il-Liġi Nru 34 tal-5 ta’ Jannar 1953 (“Liġi 34/1953”) u l-Liġi Nru 178 tas-26 ta’ Marzu 1959 (“il-Liġi 178/1959”), li tirregola s-servizzi lokali tat-trasport bil-baħar postali u kummerċjali, awtorizzaw lill-Ministeru tat-Trasportazzjoni Merkantili sabiex iniedi sejħiet għall-offerti pubbliċi għall-inkarigu ta’ kumpaniji privati tas-servizzi ta’ trasport ta’ posta u ta’ pakketti postali u l-forniment ta’ servizzi kummerċjali ta’ natura purament lokali. |
|
(66) |
Il-Liġi 34/1953 stabbiliet erba’ setturi sussidjati biex jiġu fdati b’sejħiet għall-offerti pubbliċi separati: (a) l-arċipelagu Toskan; (b) il-gżejjer Partenopee u Pontine; (c) il-gżejjer Eoliċi, (d) il-gżejjer Egadi, il-gżejjer Pelaġi, Ustica u Pantelleria. Il-Liġi 178/1959 żiedet is-setturi ssussidjati li ġejjin: (e) il-Baħar Adrijatiku Medjan: (f) il-Baħar Adrijatiku Għoli. |
|
(67) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Liġi 34/1953, is-sussidji mogħtija mill-Istat għat-tħaddim tas-servizzi msemmija hawn fuq kellhom jiġu miftiehma f’kuntratti ta’ servizz pubbliku li damu għoxrin sena. L-istess dispożizzjoni kienet tapplika wkoll għar-rotot koperti mil-Liġi 178/1959. |
— il-Liġi Nru 600 tat-2 ta’ Ġunju 1962
|
(68) |
Il-Liġi Nru 600 tat-2 ta’ Ġunju 1962 (“Liġi 600/1962”) organizzat mill-ġdid is-sistema tas-servizz pubbliku marittimu fl-Italja. |
|
(69) |
B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 2 tal-Liġi 600/1962 stabbilixxa li kuntratti ġodda ta’ servizz pubbliku kellhom jiġu konklużi bejn il-Ministeru tal-Marina Merkantili u l-kumpaniji Italia, Lloyd Triestino, u Adriatica. Dawn il-kuntratti jkollhom tul ta’ għoxrin sena u jinkludu: (i) il-lista ta’ rotot ta’ interess nazzjonali, (ii) l-obbligi ta’ servizz pubbliku dettaljati imposti fuq il-kumpaniji li joperaw ir-rotot, u (iii) regoli dettaljati dwar il-kumpens li l-Istat jista’ jagħti għall-operat tar-rotot inkwistjoni. Dawn jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1962. |
|
(70) |
L-ammont totali ta’ kumpens pubbliku li kellu jingħata lill-operaturi kollha inkarigati bl-operat tar-rotot kien stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Liġi 600/1962. Il-kontribuzzjoni li għandha tingħata lil kull operatur tista’ tiġi riveduta kull sentejn f’każ ta’ tibdil fid-dħul u l-ispejjeż tal-operatur, wara li jiġu kkunsidrati l-kriterji indikati fl-Artikolu 8 tiegħu. Sabiex jiġi introdott inċentiv ta’ effiċjenza, kien previst li l-kontribuzzjoni tista’ tiġi riveduta ’l fuq jew ’l isfel sakemm il-varjazzjonijiet f’ċerti oġġetti ta’ dħul u nfiq, imsemmija fil-liġi, jaqbżu l-valur assolut 1 % tad-dħul gross. Ir-reviżjoni tista’ taffettwa biss il-parti żejda ta’ dak l-ammont. |
2.2.1.2.
— il-Liġi Nru 684/1974 u Digriet Presidenzjali Nru 501/1979
|
(71) |
Il-Liġi Nru 684 tal-20 ta’ Diċembru 1974 dwar ir-ristrutturar tas-servizzi marittimi ta’ interess nazzjonali ewlieni (“il-Liġi 684/1974”) ħassret id-Digriet 2081/1936 u l-Liġi Nru 600/1962, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja jew inkompatibbli, u kienet tipprovedi t-terminazzjoni mill-31 ta’ Diċembru 1974 tal-ftehimiet konklużi skont il-Liġi 600/1962. |
|
(72) |
Il-Liġi 684/1974 introduċiet distinzjoni bejn il-linji tal-merkanzija (Artikolu 4), il-linji tal-passiġġieri (Artikolu 6), u l-konnessjonijiet ma’ gżejjer Taljani maġġuri u minuri (Artikolu 8). |
|
(73) |
B’referenza għall-konnessjonijiet marittimi ma’ gżejjer Taljani kbar u żgħar, l-Artikolu 8 kien jeħtieġ il-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni kkonċernati, b’mod partikolari l-Mezzogiorno. Għal dan il-għan, l-istessl-Artikolu kien jipprevedi li l-kumpaniji tal-Grupp Finmare ta’ dak iż-żmien fdati bil-forniment ta’ servizzi bħal dawn jingħataw sussidji skont kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ tul ta’ għoxrin sena. |
|
(74) |
Skont l-Artikolu 9, il-kuntratti ta’ servizz pubbliku kellhom jinkludu lista tar-rotot li għandhom jiġu moqdija, il-frekwenza tas-servizz, it-tip ta’ bastimenti li għandhom jiġu ddedikati għal kull rotta u l-ammont tal-kontribuzzjoni pubblika. Dan l-ammont jista’ jkun soġġett għal rieżami annwali jekk mill-inqas wieħed mill-elementi tal-kost li jitqies għall-kalkolu tiegħu jkun irreġistra varjazzjoni ogħla minn 5 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. |
|
(75) |
Fir-rigward tal-linji tal-passiġġieri, l-Artikolu 6 stabbilixxa t-terminazzjoni tal-konnessjonijiet tal-passiġġieri operati minn Italia, Lloyd Triestino, Adriatica u Saremar fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-liġi (dawn is-servizzi marittimi ġew ikklassifikati mil-liġi bħala Gestione stralcio dei servizi passeggeri). L-Artikolu 7 irrikonoxxa l-possibbiltà li jingħata kumpens li jiżgura l-ekwilibriju ekonomiku ta’ dawk l-erba’ kumpaniji fir-rigward ta’ dawk is-servizzi matul il-perjodu msemmi ta’ tliet snin, abbażi ta’ konvenzjonijiet annwali. |
|
(76) |
Fir-rigward tal-linji tal-merkanzija, l-Artikolu 4 tal-Liġi 684/1974 awtorizza lill-Ministru tat-Trasportazzjoni Merkantili biex jagħti sussidji lil kumpaniji tal-Grupp Finmare jew biex iniedu rotot marittimi ġodda (l-Artikolu 4(a)), jew joperaw rotot eżistenti (l-Artikolu 4(b)), f’każ ta’ impossibbiltà li dawn tal-aħħar jiksbu bilanċ ekonomiku. Iż-żewġ tipi ta’ sussidji setgħu jingħataw għal perjodu massimu ta’ ħames snin u s-sussidju fir-rigward ta’ rotot eżistenti kellu jingħata fuq il-bażi ta’ konvenzjonijiet annwali. |
|
(77) |
Il-Liġi 684/1974 ma pprovdietx allokazzjoni baġitarja globali għall-iskemi differenti ta’ finanzjament li kienet waqqfet. |
|
(78) |
Id-Digriet Presidenzjali Nru 501 tal-1 ta’ Ġunju 1979, li jimplimenta il-Liġi 684/1974 kif emendata (“Digriet Nru 501/1979”), (22) ipprovda regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-Liġi 684/1974. L-Artikolu 3 tad-Digriet 501/1979 jiċċara li, għall-finijiet tal-għoti tal-kumpens previst fl-Artikolu 7 tal-Liġi 684/1974, ir-rotot kollha tal-passiġġieri nazzjonali u internazzjonali mmexxija mill-Italja, Lloyd Triestino, u Adriatica kellhom jiġu kkunsidrati. |
|
(79) |
L-Artikolu 26 tad-Digriet 501/1979 stabbilixxa li l-kumpens annwali għal-linji tal-passiġġieri (Gestione stralcio dei servizi passeggeri) kellu jiġi stabbilit abbażi tal-ispejjeż u d-dħul mistennija. Skont l-Artikolu 35 ta’ dan id-Digriet, il-kumpens għal-linji tal-merkanzija jista’ jiġi rivedut sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena sabiex jiġi żgurat il-bilanċ ekonomiku ta’ kull linja. L-Artikolu 9 tad-Digriet 501/1979 jispeċifika d-diversi elementi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tas-sussidju mħallas lill-kumpaniji skont l-Artikoli 4(b), 7 u 8 tal-Liġi 684/1974. |
|
(80) |
Id-Digriet 501/1979 stipula wkoll li l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla għal kull waħda mir-rotot moqdija mill-kumpaniji kellhom jiġu approvati permezz ta’ digriet ministerjali u talab lill-kumpaniji biex jissostitwixxu l-bastimenti tagħhom li kellhom aktar minn 18-il sena, sakemm dan l-obbligu ma jiġix espressament rinunzjat mill-Ministeru. Barra minn hekk, il-bastimenti użati kellhom jiġu assenjati individwalment għal kull rotta ta’ servizz pubbliku. Din ir-restrizzjoni, li obbligat lill-kumpaniji li jġeddu l-flotta tagħhom perjodikament, kienet tikkostitwixxi obbligu speċifiku għall-kumpaniji. |
|
(81) |
Minbarra s-servizzi ordinarji, l-Artikolu 40 tad-Digriet 501/1979 ta s-setgħa lill-Ministru tal-Marina Merkantili biex jagħmel arranġamenti biex il-forniment ta’ servizzi addizzjonali jissodisfa rekwiżiti straordinarji fl-interess pubbliku jew biex jagħmel tajjeb għal żidiet fit-traffiku. |
— il-Liġi Nru 169 tad-19 ta’ Mejju 1975
|
(82) |
Il-Liġi Nru 169 tad-19 ta’ Mejju 1975 dwar ir-riorganizzazzjoni tas-servizzi lokali tat-trasport bil-baħar postali u kummerċjali (“il-Liġi 169/1975”) organizzat mill-ġdid is-sistema lokali tas-servizz pubbliku postali u kummerċjali. |
|
(83) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 1 stabbilixxa t-twaqqif ta’ tliet Kumpaniji Reġjonali, jiġifieri Caremar, Siremar u Toremar, u inkariga lil dawn tal-aħħar bl-obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rigward tat-trasport ta’ posta u pakketti postali, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi kummerċjali ta’ natura purament lokali. L-Artikolu 1 kien jirrikjedi wkoll li Tirrenia żżomm parteċipazzjoni ta’ mill-inqas 51 % fil-kapital azzjonarju ta’ kull waħda minn dawn il-kumpaniji. L-Artikolu 2 tal-Liġi 169/1975 awtorizza lill-Ministru tal-Marina Merkantili biex jagħti sussidji lill-Kumpaniji Reġjonali kif miftiehem f’kuntratti ta’ servizz pubbliku għal tul ta’ għoxrin sena. |
— il-Liġi Nru 856 tal-5 ta’ Diċembru 1986
|
(84) |
Il-Liġi Nru 856 tal-5 ta’ Diċembru 1986 dwar ir-regolamenti għar-ristrutturazzjoni tal-flotta pubblika (Grupp Finmare) u miżuri rigward it-tbaħħir privat (“il-Liġi 856/1986”) ipprovdew għal ċerti bidliet fir-reġim tas-servizz pubbliku marittimu. |
|
(85) |
B’mod partikolari, l-Artikolu 1 stabbilixxa li linji tat-trasport tal-merkanzija essenzjali għall-ekonomija nazzjonali li jagħmlu telf kellhom ikunu soġġetti għal programm ta’ ristrutturar u appoġġ finanzjarju mill-Istat. L-Artikolu 2 ippreveda l-għoti ta’ sussidju tal-bidu għal perjodu massimu ta’ ħames snin (li jibda fl-1 ta’ Jannar 1985) għal dawk ir-rotot. Fil-każ tal-akkwist ta’ bastiment ġdid ingħata sussidju ta’ bidu ta’ ħames snin, limitat għall-ammont tal-investiment (l-imposta tad-deprezzament u l-imgħax). |
|
(86) |
Fir-rigward tar-rabtiet ma’ gżejjer minuri u maġġuri, l-Artikolu 11 emenda l-kriterji għall-kalkolu tas-sussidji. B’mod partikolari, is-sussidju ta’ bbilanċjar kellu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn id-dħul u l-ispejjeż imġarrba fl-għoti tas-servizz, iddeterminat b’referenza għal parametri medji u oġġettivi, u kellu jinkludi redditu raġonevoli fuq il-kapital investit. Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku kellhom jinkludu dettalji speċifiċi dwar l-elementi li jridu jitqiesu fil-kalkolu tas-sussidju, flimkien mal-lista sħiħa tar-rotot sussidjati, il-frekwenzi u l-bastiment li jrid jintuża. Is-sussidji kellhom jiġu approvati mill-Ministri tal-Marina Merkantili, tal-Parteċipazzjonijiet Pubbliċi u tat-Teżor. Il-Paragrafu 7 stabbilixxa li sussidju addizzjonali jista’ jingħata għall-ewwel perjodu ta’ ħames snin sabiex jiġi żgurat il-bilanċ ekonomiku tal-benefiċjarji. |
|
(87) |
Skont l-Artikolu 13, l-operazzjoni minn Lloyd Triestino tal-konnessjonijiet marittimi fil-Baħar Adrijatiku ta’ Fuq mal-kosta tal-Istria kellha tiġi trasferita lil Adriatica. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, ir-rabtiet imħallta eżistenti fl-1 ta’ Jannar 1986 u sfruttati minn Adriatica (23) saru soġġetti għar-regoli li jinsabu f’Artikoli 8 u 9 tal-Liġi 684/1974 u l-emendi sussegwenti (li jikkonċernaw ir-rabtiet ma’ gżejjer Taljani maġġuri u minuri). B’riżultat ta’ dan,l-Artikolu 11 tal-Liġi 856/1986 sar applikabbli wkoll għall-konnessjonijiet internazzjonali operati minn Adriatica. |
|
(88) |
L-Artikolu 15 tal-Liġi 856/1986 jipprevedi t-twaqqif ta’ kumpanija reġjonali li hija proprjetà pubblika (Saremar) li ġiet inkarigata bil-forniment ta’ servizzi postali u kummerċjali bejn Sardenja, Korsika u l-gżejjer minuri ġirien li qabel kienu operati minn Tirrenia. |
|
(89) |
L-Artikolu 12 tal-Liġi 856/1986 stipula li t-tariffi tas-servizz kellhom jiġu stabbiliti permezz ta’ Digriet Ministerjali fuq proposta mill-kumpaniji nfushom. Ir-residenti u l-ħaddiema migranti gawdew minn rati preferenzjali. |
|
(90) |
Bħal-Liġi 684/1974, il-Liġi 856/1986 ma stabbilietx allokazzjoni baġitarja globali għall-iskemi ta’ finanzjament interessati. |
— id-Digriet Amministrattiv Nru 77 tal-4 ta’ Marzu 1989 kif ikkonvertit f’liġi bil-Liġi Nru 160 tal-5 ta’ Mejju 1989
|
(91) |
L-aħħar innovazzjonijiet fil-qafas legali applikabbli għall-Konvenzjonijiet Inizjali, kemm fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tat-trasport tal-merkanzija, ġew introdotti permezz tad-Digriet Amministrattiv Nru 77 tal-4 ta’ Marzu 1989 dwar dispożizzjonijiet urġenti rigward it-trasport marittimu u l-konċessjonijiet (“id-Digriet Amministrattiv 77/1989”), kif ikkonvertit f’liġi bil-Liġi Nru 160 tal-5 ta’ Mejju 1989. |
|
(92) |
B’mod partikolari,l-Artikolu 9 tad-Digriet Amministrattiv 77/1989 stabbilixxa li mill-1 ta’ Jannar 1990 il-linji meqjusa bħala essenzjali biex jiggarantixxu t-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija setgħu jibbenefikaw minn sussidju ta’ bilanċ. Ir-rotot li kellhom jiġu moqdija u l-frekwenza tas-servizz kellhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-bażi ta’ proposti tekniċi mill-kumpaniji inkarigati bl-operat tas-servizz, li għal dan l-għan kellhom jissottomettu pjan ta’ servizz kull ħames snin. |
|
(93) |
Fir-rigward tar-rabtiet mal-gżejjer,l-Artikolu 9(3) kien jistipula wkoll li l-ammont tas-sussidju ta’ bbilanċjar kellu jiġi stabbilit fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku li jieħdu bħala referenza l-parametri medji u oġġettivi li jirriżultaw mit-tariffi applikati mill-kumpanija ferrovjarja nazzjonali (Ferrovie dello Stato) għal servizzi u distanzi ekwivalenti. |
2.2.2. Il-Konvenzjonijiet Inizjali
|
(94) |
Il-Konvenzjonijiet Inizjali huma kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi f’Lulju 1991 mill-Istat Taljan ma’ kull waħda mill-ħames kumpaniji Reġjonali ta’ dak li qabel kien il-Grupp Tirrenia. Dawn il-ftehimiet kienu identiċi għall-kumpaniji kollha li s-sid tagħhom kien il-Grupp Tirrenia, inkluż Tirrenia. Bis-saħħa tal-Artikolu 2, il-Konvenzjonijiet Inizjali kienu japplikaw retroattivament b’effett mill-1 ta’ Jannar 1989 u kellhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2008. Madankollu, il-Konvenzjonijiet Inizjali kienu jipprovdu li r-relazzjonijiet ekonomiċi għas-snin 1989, 1990 u 1991 jiġu determinati minn miżuri ad hoc, li mhumiex koperti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(95) |
Skont it-termini tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjonijiet Inizjali, l-ammont tas-sussidju annwali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ applikazzjoni li l-benefiċjarju ppreżenta fi Frar ta’ kull sena finanzjarja. L-applikazzjoni kienet soġġetta għal konsultazzjonijiet interministerjali u sussegwentement approvata fix-xahar ta’ Mejju permezz ta’ digriet ministerjali. L-għan tas-sussidju annwali kien li jippermetti lill-kumpanija tkopri t-telf li jirriżulta mid-defiċit bejn l-ispejjeż operattivi u d-dħul. |
|
(96) |
L-Artikolu 5 tal-Konvenzjonijiet Inizjali ta dettalji dwar id-diversi elementi ta’ dħul u spejjeż li kellhom jitqiesu għall-kalkolu tal-kumpens, kif ukoll ir-redditu fuq il-kapital investit, skont l-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 856/1986. |
2.2.3. Il-pjanijiet ta’ ħames snin
|
(97) |
L-Artikolu 1 tal-Konvenzjonijiet Inizjali kien jipprevedi pjanijiet ta’ ħames snin biex jiġu speċifikati r-rotot u l-portijiet li kellhom jiġu moqdija, it-tip u l-kapaċità tal-bastimenti assenjati għall-konnessjonijiet marittimi inkwistjoni, il-frekwenza tas-servizz u n-nollijiet li kellhom jitħallsu, inklużi nollijiet sussidjati, b’mod partikolari għar-residenti tar-reġjuni tal-gżejjer. |
|
(98) |
L-ewwel pjan ta’ ħames snin (bejn l-1990 u l-1994) ġie approvat permezz tad-Digriet Ministerjali tad-29 ta’ Mejju 1990, u applikat retroattivament mill-1 ta’ Jannar 1990. It-tieni pjan, li kien ikopri l-perjodu bejn l-1995 u l-1999 u li kien approvat bid-Digriet tal-14 ta’ Mejju 1996, ħalla r-rotot u l-frekwenzi fil-biċċa l-kbira tagħhom kif kienu. |
|
(99) |
It-tielet pjan (li kopra l-perjodu bejn l-2000 u l-2004), ippreżentat mill-kumpaniji lill-awtoritajiet Taljani f’Settembru 1999, ma ġiex approvat fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005. Sakemm ġieadottat dan il-pjan, id-Digriet tat-8 ta’ Marzu 2000 intitola lill-kumpaniji tal-Grupp Tirrenia li jżommu fis-seħħ fl-1999 is-servizzi speċifikati fl-Artikolu 9 tal-Liġi Nru 160/1989 skont il-kundizzjonijiet miftiehma fil-pjan ta’ ħames snin bejn l-1994 u l-1999. |
|
(100) |
Wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li, minflok ma kienu formalment adottaw pjanijiet ta’ ħames snin għall-perjodi bejn l-2000 ul-2004 u bejn l-2005 u l-2008, huma ħadu miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni ad hoc, bil-għan li s-servizzi jsiru aktar allinjati mal-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, iżda mingħajr ma għamlu bidliet sostantivi fis-sistema tas-servizz pubbliku. L-awtoritajiet Taljani ċċaraw li l-ippjanar fit-tul ma kienx baqa’ possibbli minħabba tħassib dwar il-baġit. |
2.2.4. Il-kumpens annwali
2.2.4.1.
|
(101) |
Is-sussidju annwali kkorrisponda mat-telf nett fl-operat tas-servizzi msemmija fil-pjan ta’ ħames snin, li miegħu ġie miżjud ammont varjabbli li jikkorrispondi mar-redditu fuq il-kapital investit. It-telf nett tal-operat kien ġej mid-dħul miksub matul il-perjodu u l-ispejjeż imġarrba għat-tħaddim tar-rotot. |
|
(102) |
Il-Konvenzjonijiet Inizjali pprevedew is-sussidju ta’ bbilanċjar annwali li kellu jitħallas kif ġej:
|
|
(103) |
L-elementi tal-ispejjeż li tqiesu għall-fini tal-kalkolu tal-kumpens annwali kienu: l-ispejjeż tal-kummissjoni/akkwist tal-aġenzija, it-taxxi tal-port/l-ispejjeż tat-tranżitu tal-port u spejjeż oħra tat-traffiku, l-ispejjeż operattivi, id-deprezzament, it-tariffi finanzjarji netti, l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż oħra. Dawn l-elementi ta’ spejjeż, kif annessi mal-Konvenzjonijiet Inizjali, kienu l-istess għall-kumpaniji Reġjonali kollha. |
|
(104) |
L-ispejjeż operattivi kienu jinkludu l-ispiża tal-ekwipaġġ, il-manutenzjoni, l-assigurazzjoni, il-fjuwil u ż-żjut minerali. Il-parti “amministrazzjoni” kienet tinkludi essenzjalment l-ispiża tal-persunal tax-xatt u tal-bini amministrattiv. |
|
(105) |
Skont id-data pprovduta mill-awtoritajiet Taljani, l-ispejjeż tal-kumpaniji reġjonali (f’miljuni ta’ ITL) u l-ammont ta’ sussidju bejn l-1992 u l-2001 (24) kienu kif ġej (25). |
Adriatica
|
Elementi tal-ispejjeż |
1992 |
1993 |
1994 |
1995 |
1996 |
1997 |
1998 |
1999 |
2000 |
2001 |
|
Kummissjoni tal-Aġenzija, eċċ |
9 750,0 |
11 940,0 |
12 432,0 |
13 915,0 |
14 224,0 |
13 949,0 |
16 307,0 |
16 376,0 |
12 702,0 |
17 451,6 |
|
Taxxi tal-port, eċċ |
12 268,0 |
13 249,0 |
15 137,0 |
19 357,0 |
20 292,0 |
20 915,0 |
24 007,0 |
23 503,0 |
21 241,0 |
31 257,2 |
|
Spejjeż operattivi |
64 942,0 |
66 079,0 |
78 385,0 |
83 169,0 |
90 140,0 |
97 448,0 |
96 426,0 |
83 486,0 |
80 622,0 |
100 151,6 |
|
Deprezzament |
15 086,0 |
17 502,0 |
22 761,0 |
23 706,0 |
23 719,0 |
23 727,0 |
23 463,0 |
23 286,0 |
23 351,0 |
29 053,7 |
|
Ħlasijiet finanzjarji netti |
4 626,0 |
-125.0 |
11 185,0 |
9 483,0 |
4 963,0 |
-3 031,0 |
-8 050,0 |
-12 440,0 |
-11 453,0 |
-4 172,7 |
|
Amministrazzjoni |
16 318,0 |
15 685,0 |
15 720,0 |
14 653,0 |
13 938,0 |
13 952,0 |
14 688,0 |
14 877,0 |
14 735,0 |
14 194,8 |
|
Spejjeż oħrajn |
4 028,0 |
-139.0 |
2 913,0 |
2 051,0 |
2 819,0 |
7 371,0 |
8 968,0 |
2 021,0 |
- 3 942,0 |
- 4 116,5 |
|
Spejjeż totali (A) |
127 018,0 |
124 191,0 |
158 533,0 |
166 334,0 |
170 095,0 |
174 331,0 |
175 809,0 |
151 109,0 |
137 256,0 |
183 819,8 |
|
Dħul operattiv (B) |
64 772,0 |
79 716,0 |
80 324,0 |
95 114,0 |
95 422,0 |
94 995,0 |
114 210,0 |
126 403,0 |
109 786,0 |
155 616,1 |
|
Profitt nett (B - A) |
- 62 246,0 |
- 44 475,0 |
- 78 209,0 |
- 71 220,0 |
- 74 673,0 |
- 79 336,0 |
- 61 599,0 |
- 24 706,0 |
- 27 470,0 |
- 28 203,7 |
|
Redditu fuq il-kapital investit |
8 258,0 |
10 615,0 |
7 819,0 |
9 304,0 |
7 935,0 |
5 788,0 |
5 271,0 |
3 646,0 |
4 377,0 |
6 147,7 |
|
Ammont ta’ sussidju annwali |
70 504,0 |
55 090,0 |
86 028,0 |
80 524,0 |
82 608,0 |
85 124,0 |
66 870,0 |
28 352,0 |
31 847,0 |
34 351,4 |
Saremar
|
Elementi tal-ispejjeż |
1992 |
1993 |
1994 |
1995 |
1996 |
1997 |
1998 |
1999 |
2000 |
2001 |
|
Kummissjoni tal-Aġenzija, eċċ |
697.0 |
1 108,0 |
1 386,7 |
1 672,9 |
1 566,7 |
1 624,0 |
1 233,0 |
1 786,4 |
1 405,8 |
1 319,0 |
|
Taxxi tal-port, eċċ |
2 308,0 |
2 505,0 |
1 929,8 |
1 898,4 |
1 776,8 |
2 099,1 |
2 508,0 |
2 096,4 |
2 250,0 |
2 265,4 |
|
Spejjeż operattivi |
22 213,0 |
24 077,0 |
23 570,7 |
23 433,8 |
26 129,1 |
26 664,2 |
28 112,0 |
29 883,9 |
23 914,8 |
20 094,0 |
|
Deprezzament |
3 099,0 |
3 733,0 |
3 976,8 |
3 959,8 |
3 611,8 |
3 300,5 |
3 352,0 |
3 400,4 |
3 369,0 |
3 559,1 |
|
Ħlasijiet finanzjarji netti |
7.0 |
- 906.0 |
- 862.7 |
- 895.0 |
- 2 233,5 |
- 2 451,6 |
- 3 011,0 |
- 2 933,8 |
- 313.0 |
119.5 |
|
Amministrazzjoni |
3 574,0 |
3 503,0 |
3 627,1 |
3 538,0 |
3 619,4 |
3 589,9 |
3 851,0 |
3 843,8 |
3 401,0 |
3 508,7 |
|
Spejjeż oħrajn |
1 621,0 |
1 918,0 |
1 666,8 |
997,8 |
502,9 |
1 827,3 |
3 557,0 |
2 141,7 |
2 272,0 |
239.9 |
|
Spejjeż totali (A) |
33 519,0 |
35 938,0 |
35 295,2 |
34 605,7 |
34 973,2 |
36 653,4 |
39 602,0 |
40 218,8 |
36 299,6 |
31 105,6 |
|
Dħul operattiv (B) |
7 464,0 |
8 365,0 |
9 383,8 |
11 396,6 |
11 533,5 |
11 746,7 |
11 744,0 |
12 425,6 |
12 652,0 |
13 456,1 |
|
Profitt nett (B - A) |
- 26 055,0 |
- 27 573,0 |
- 25 911,4 |
- 23 209,1 |
- 23 439,7 |
- 24 906,7 |
- 27 858,0 |
- 27 793,2 |
- 23 647,6 |
- 17 649,5 |
|
Redditu fuq il-kapital investit |
1 342,0 |
2 641,0 |
1 606,2 |
1 781,6 |
1 560,4 |
1 172,8 |
973,0 |
738,8 |
828,0 |
1 075,6 |
|
Ammont ta’ sussidju annwali |
27 397,0 |
30 214,0 |
27 517,6 |
24 990,7 |
25 000,1 |
26 079,5 |
28 831,0 |
28 532,0 |
24 475,6 |
18 725,1 |
Toremar
|
Elementi tal-ispejjeż |
1992 |
1993 |
1994 |
1995 |
1996 |
1997 |
1998 |
1999 |
2000 |
2001 |
|
Kummissjoni tal-Aġenzija, eċċ |
3 743,0 |
4 651,0 |
4 897,0 |
4 767,7 |
4 932,8 |
5 356,3 |
3 687,0 |
2 433,0 |
3 660,0 |
1 808,7 |
|
Taxxi tal-port, eċċ |
3 279,0 |
3 141,0 |
2 871,5 |
3 050,7 |
3 380,1 |
3 512,1 |
4 311,0 |
3 839,9 |
4 513,0 |
4 596,3 |
|
Spejjeż operattivi |
26 980,0 |
27 398,0 |
30 740,3 |
32 605,1 |
34 738,3 |
34 875,0 |
34 539,0 |
36 411,1 |
31 448,0 |
30 796,0 |
|
Deprezzament |
5 218,0 |
5 210,0 |
5 171,1 |
5 164,7 |
5 176,0 |
5 180,8 |
5 151,0 |
5 158,3 |
5 169,0 |
5 634,4 |
|
Ħlasijiet finanzjarji netti |
- 264.0 |
- 2 273,0 |
- 2 456,6 |
- 2 784,1 |
- 3 860,2 |
- 4 706,8 |
- 4 777,0 |
- 4 326,5 |
- 3 590,0 |
- 3 595,1 |
|
Amministrazzjoni |
3 535,0 |
3 107,0 |
3 424,8 |
3 259,3 |
3 259,3 |
3 553,8 |
3 291,0 |
3 655,4 |
3 632,0 |
3 631,1 |
|
Spejjeż oħrajn |
1 020,0 |
3 673,0 |
3 048,5 |
1 923,9 |
2 889,8 |
1 133,9 |
4 599,0 |
668.9 |
843.0 |
2 031,7 |
|
Spejjeż totali (A) |
43 511,0 |
44 907,0 |
47 696,6 |
47 987,3 |
50 516,1 |
48 905,1 |
50 801,0 |
47 840,1 |
45 675,0 |
44 903,1 |
|
Dħul operattiv (B) |
27 406,0 |
30 750,0 |
32 759,6 |
31 968,5 |
32 483,3 |
31 200,8 |
29 996,0 |
32 362,0 |
34 577,0 |
35 573,5 |
|
Profitt nett (B - A) |
- 16 105,0 |
- 14 157,0 |
- 14 937,0 |
- 16 018,8 |
- 18 032,8 |
- 17 704,3 |
- 20 805,0 |
- 15 478,1 |
- 11 098,0 |
- 9 329,5 |
|
Redditu fuq il-kapital investit |
1 367,0 |
2 145,0 |
1 312,1 |
1 408,0 |
1 285,0 |
936,5 |
718,0 |
588,1 |
1 993,0 |
3 033,6 |
|
Ammont ta’ sussidju annwali |
17 472,0 |
16 302,0 |
16 249,1 |
17 426,8 |
19 317,8 |
18 640,8 |
21 523,0 |
16 066,2 |
13 091,0 |
12 363,1 |
Siremar
|
Elementi tal-ispejjeż |
1992 |
1993 |
1994 |
1995 |
1996 |
1997 |
1998 |
1999 |
2000 |
2001 |
|
Kummissjoni tal-Aġenzija, eċċ |
3 180,0 |
3 786,0 |
3 398,9 |
3 224,1 |
3 146,6 |
3 501,1 |
3 691,5 |
4 799,0 |
4 065,7 |
3 604,4 |
|
Taxxi tal-port, eċċ |
5 545,0 |
5 338,0 |
5 622,1 |
5 837,5 |
6 181,2 |
6 421,2 |
6 793,1 |
6 982,9 |
7 604,8 |
7 532,9 |
|
Spejjeż operattivi |
56 391,0 |
55 740,0 |
56 771,1 |
59 664,1 |
65 284,6 |
76 630,0 |
81 153,8 |
85 560,1 |
73 500,7 |
77 345,1 |
|
Deprezzament |
10 174,0 |
11 203,0 |
10 767,7 |
10 991,8 |
10 968,5 |
10 918,0 |
11 008,6 |
12 494,6 |
13 734,1 |
14 419,6 |
|
Ħlasijiet finanzjarji netti |
- 1 415,0 |
- 5 007,0 |
- 5 044,9 |
- 5 621,5 |
- 7 387,7 |
- 8 690,0 |
- 10 215,8 |
- 7 687,0 |
- 4 226,3 |
3 516,1 |
|
Amministrazzjoni |
4 462,0 |
4 064,0 |
4 179,8 |
4 522,4 |
4 845,4 |
5 251,0 |
4 479,9 |
4 515,3 |
4 903,9 |
4 418,4 |
|
Spejjeż oħrajn |
1 206,0 |
721.0 |
2 855,0 |
2 329,1 |
2 896,0 |
3 505,6 |
9 652,0 |
3 946,2 |
3 298,2 |
3 270,4 |
|
Spejjeż totali |
79 543,0 |
75 845,0 |
78 549,7 |
80 947,5 |
85 934,6 |
97 536,9 |
106 563,1 |
110 611,1 |
102 881,1 |
114 106,7 |
|
Dħul operattiv (B) |
26 903,0 |
30 444,0 |
32 845,7 |
33 847,0 |
32 724,0 |
35 203,5 |
37 244,8 |
40 274,2 |
43 335,0 |
47 314,3 |
|
Profitt nett (B - A) |
- 52 640,0 |
- 45 401,0 |
- 45 704,0 |
- 47 100,5 |
- 53 210,6 |
- 62 333,4 |
- 69 318,3 |
- 70 336,9 |
- 59 546,1 |
- 66 792,4 |
|
Redditu fuq il-kapital investit |
2 874,0 |
5 334,0 |
3 336,0 |
4 363,7 |
3 888,4 |
3 155,1 |
2 599,3 |
2 211,2 |
3 940,0 |
4 248,2 |
|
Ammont ta’ sussidju annwali |
55 514,0 |
50 735,0 |
49 040,0 |
51 464,2 |
57 099,0 |
65 488,5 |
71 917,6 |
72 548,1 |
63 486,1 |
71 040,6 |
Caremar
|
(106) |
Fir-rigward tar-redditu fuq il-kapital investit, ammonti assoluti huma disponibbli għall-perjodu kollu (bejn l-1992 ul-2001). Barra minn hekk, l-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni bir-rata ta’ redditu fuq il-kapital investit, aċċettata mill-1998 sal-2001, li turi li f’dawn is-snin kienet tvarja fl-istess firxa bħall-inflazzjoni u r-rati ta’ interess, minn 1,6 % għal 8 %
|
|
(107) |
Barra minn hekk, l-Italja ssottomettiet il-kontijiet għal kull kumpanija għall-perjodu bejn l-1992 u l-2001 u ċċarat il-fatturi li għal kull kumpanija affettwaw il-livelli tal-ispejjeż u – b’riżultat ta’ dan – il-kumpens. |
|
(108) |
B’mod partikolari, għal Adriatica, il-konnessjonijiet internazzjonali mal-ex Jugoslavja u l-Albanija raw varjazzjonijiet sinifikanti fit-traffiku minn sena għall-oħra minħabba s-sitwazzjoni politika fir-reġjun. Il-varjazzjonijiet imdaqqsa fl-ammont tas-sussidju annwali (l-aħħar ringiela) kienu ġġustifikati mill-awtoritajiet Taljani minħabba l-varjazzjonijiet fl-ispejjeż operattivi netti tal-konnessjonijiet internazzjonali mal-Albanija u l-ex Jugoslavja, li fuqhom ġew interrotti s-servizzi minħabba s-sitwazzjoni politika fil-Balkani. Barra minn hekk, il-waqfien fl-2000 tal-konnessjonijiet mal-Greċja wassal għal tnaqqis fl-ispejjeż operattivi. Min-naħa l-oħra, l-ispejjeż operattivi netti u r-rekwiżit annwali ta’ sussidju għall-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ mal-arċipelagu ta’ Tremiti ġeneralment baqgħu stabbli bejn l-1992 u l-2001. |
|
(109) |
Għal Saremar, l-istabbiltà relattiva tal-ispejjeż operattivi bejn l-1992 u l-2001 tirriżulta min-natura tas-servizzi li l-kumpanija pprovdiet – essenzjalment konnessjonijiet ta’ kabotaġġ bejn Sardegna u l-gżejjer ġirien – li primarjament issodisfaw ir-rekwiżiti tal-komunitajiet lokali u għalhekk ma kinux soġġetti għal varjazzjonijiet kbar fil-provvista u d-domanda. Is-servizzi pprovduti mill-kumpanija baqgħu fil-biċċa l-kbira tagħhom l-istess – f’termini ta’ frekwenza u skedi – minn meta daħlet fis-seħħ (26) il-Konvenzjonijiet Inizjali u baqgħu prattikament l-istess matul kull sena partikolari. Din is-sitwazzjoni tispjega l-istabbiltà relattiva tas-sussidju annwali li rċeviet Saremar. |
|
(110) |
Toremar operat konnessjonijiet lokali mal-gżejjer tal-arċipelagu Toskan li kienu soġġetti għal ftit varjazzjonijiet fil-provvista u d-domanda, u dan jiġġustifika n-nuqqas relattiv ta’ varjabbiltà tal-ispejjeż. Is-servizzi li l-kumpanija pubblika pprovdiet fl-2000 kienu l-istess – f’termini ta’ frekwenza u skedi – bħal dawk ipprovduti fl-1992 (27) u baqgħu l-istess matul is-sena irrispettivament mill-varjazzjonijiet staġjonali fid-domanda. Il-livell tas-sussidju annwali matul is-snin kien pjuttost stabbli. |
|
(111) |
Is-servizzi pprovduti minn Siremar tqiesu bħala komparabbli fin-natura tagħhom ma’ dawk ipprovduti minn Saremar u Toremar: il-provvista baqgħet stabbli peress li l-ftehim ta’ servizz pubbliku daħal fis-seħħ u ftit li xejn kien affettwat minn varjazzjonijiet staġjonali. L-ispejjeż operattivi għoljin tal-kumpanija meta mqabbla mad-dħul tagħha ġew spjegati mill-għadd ta’ rotot (18-il rotta skedata) operati sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ mobbiltà tal-abitanti tal-14-il gżira li jinsabu barra Sqallija. |
|
(112) |
Fir-rigward ta’ Caremar, is-servizzi pprovduti baqgħu fil-biċċa l-kbira l-istess minħabba li l-ftehim mal-Istat kien daħal fis-seħħ (28). Iż-żieda fl-ispejjeż operattivi kienet parallela ma’ żieda fid-dħul mir-rotot operati, li tippermetti li s-sussidju annwali jinżamm f’livell relattivament stabbli. |
2.2.4.2.
|
(113) |
Wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005, l-Italja kkumplimentat l-informazzjoni dwar il-kumpens riċevut mill-kumpaniji Reġjonali fil-perjodu 2002-2008. B’mod partikolari, dan ipprovda: (i) l-ispejjeż imġarrba fl-operat tar-rotot tas-servizz pubbliku; (ii) it-telf nett fl-operat tas-servizzi; (iii) l-ammonti assoluti tar-redditu fuq il-kapital investit; (iv) l-ammont tas-sussidju annwali mogħti lill-kumpaniji. |
|
(114) |
L-Italja kkonfermat ukoll, waqt laqgħa li saret mal-Kummissjoni f’Ġunju 2012, li l-elementi tal-ispejjeż ikkunsidrati għall-kalkolu tal-kumpens kienu baqgħu l-istess mill-1991. |
|
(115) |
Id-data pprovduta (f’eluf ta’ EUR) kienet kif ġej: |
Adriatica
|
Sena |
(A) L-Ispejjeż Totali |
(B) Dħul Operattiv |
(C) Profitt Nett (B - A) |
Redditu Fuq il-Kapital Investit |
Ammont ta’ Sussidju Annwali |
|
2002 |
100 412,0 |
76 199,0 |
- 24 213,0 |
2 533,0 |
26 746,0 |
|
2003 |
107 741,0 |
81 396,0 |
- 26 345,0 |
1 958,0 |
28 303,0 |
|
2004 (29) |
69 465,0 |
57 198,0 |
- 12 267,0 |
MA |
MA |
|
2005 |
66 261,0 |
56 959,0 |
- 9 302,0 |
MA |
MA |
|
2006 |
53 040,0 |
55 405,0 |
2 365,0 |
MA |
MA |
|
2007 |
55 489,0 |
59 626,0 |
4 137,0 |
MA |
MA |
|
2008 |
62 751,0 |
61 069,0 |
- 1 682,0 |
MA |
MA |
Saremar
|
Sena |
(A) L-Ispejjeż Totali |
(B) Dħul Operattiv |
(C)Profitt Nett (B - A) |
Redditu Fuq il-Kapital Investit |
Ammont ta’ Sussidju Annwali |
|
2002 |
20 393,0 |
7 026,0 |
- 13 367,0 |
604,0 |
13 971,0 |
|
2003 |
20 292,0 |
6 992,0 |
- 13 300,0 |
649,0 |
13 949,0 |
|
2004 |
21 387,0 |
6 910,0 |
- 14 477,0 |
709,0 |
15 186,0 |
|
2005 |
22 146,0 |
7 290,0 |
- 14 856,0 |
679,0 |
15 535,0 |
|
2006 |
22 663,0 |
8 161,0 |
- 14 502,0 |
801,0 |
15 303,0 |
|
2007 |
21 240,0 |
8 078,0 |
- 13 162,0 |
893,0 |
14 055,0 |
|
2008 |
21 526,0 |
8 138,0 |
- 13 388,0 |
855,0 |
14 243,0 |
Toremar
|
Sena |
(A) L-Ispejjeż Totali |
(B) Dħul Operattiv |
(C)Profitt Nett (B - A) |
Redditu Fuq il-Kapital Investit |
Ammont ta’ Sussidju Annwali |
|
2002 |
27 774,0 |
18 164,0 |
- 9 610,0 |
1 448,0 |
11 058,0 |
|
2003 |
30 571,0 |
18 559,0 |
- 12 012,0 |
1 399,0 |
13 411,0 |
|
2004 |
32 920,0 |
18 277,0 |
- 14 643,0 |
1 300,0 |
15 943,0 |
|
2005 |
34 889,0 |
17 583,0 |
- 17 306,0 |
1 261,0 |
18 567,0 |
|
2006 |
37 355,0 |
21 364,0 |
- 15 991,0 |
1 597,0 |
17 588,0 |
|
2007 |
36 880,0 |
22 621,0 |
- 14 259,0 |
1 691,0 |
15 950,0 |
|
2008 |
35 981,0 |
24 280,0 |
- 11 701,0 |
1 699,0 |
13 400,0 |
Siremar
|
Sena |
(A) L-Ispejjeż Totali |
(B) Dħul Operattiv |
(C)Profitt Nett (B - A) |
Redditu Fuq il-Kapital Investit |
Ammont ta’ Sussidju Annwali |
|
2002 |
62 540,0 |
23 951,0 |
- 38 589,0 |
1 750,0 |
40 339,0 |
|
2003 |
65 845,0 |
22 349,0 |
- 43 496,0 |
1 743,0 |
45 239,0 |
|
2004 |
66 288,0 |
23 283,0 |
- 43 005,0 |
1 935,0 |
44 940,0 |
|
2005 |
85 183,0 |
22 011,0 |
- 63 172,0 |
1 907,0 |
65 079,0 |
|
2006 |
94 096,0 |
23 198,0 |
- 70 898,0 |
1 935,0 |
72 833,0 |
|
2007 |
90 501,0 |
22 585,0 |
- 67 916,0 |
2 092,0 |
70 008,0 |
|
2008 |
96 842,0 |
23 448,0 |
- 73 394,0 |
2 060,0 |
75 454,0 |
Caremar
|
Sena |
(A) L-Ispejjeż Totali |
(B) Dħul Operattiv |
(C)Profitt Nett (B - A) |
Redditu Fuq il-Kapital Investit |
Ammont ta’ Sussidju Annwali |
|
2002 |
41 931,0 |
17 850,0 |
- 24 081,0 |
1 654,0 |
25 735,0 |
|
2003 |
47 568,0 |
21 257,0 |
- 26 311,0 |
1 556,0 |
27 867,0 |
|
2004 |
49 847,0 |
20 178,0 |
- 29 669,0 |
1 438,0 |
31 107,0 |
|
2005 |
55 910,0 |
21 380,0 |
- 34 530,0 |
1 391,0 |
35 921,0 |
|
2006 |
59 859,0 |
25 600,0 |
- 34 259,0 |
1 863,0 |
36 122,0 |
|
2007 |
59 618,0 |
26 565,0 |
- 33 053,0 |
1 895,0 |
34 948,0 |
|
2008 |
61 481,0 |
28 065,0 |
- 33 416,0 |
1 874,0 |
35 290,0 |
|
(116) |
Skont l-awtoritajiet Taljani l-bidliet matul iż-żmien fl-elementi individwali tal-ispejjeż tal-Kumpaniji Reġjonali kienu primarjament dovuti għal fatturi esterni bħall-inflazzjoni u l-bidliet fir-rati tal-imgħax, li għandhom impatt mhux biss fuq il-prezzijiet fis-suq iżda wkoll fuq ir-rata ta’ redditu mistennija fuq il-kapital investit. Għall-kalkolu tar-rata msemmija qabel, ġew ikkunsidrati r-rati tal-imgħax tal-banek u r-rati medji ta’ self għall-krediti navali. |
|
(117) |
Fir-rigward tar-rata tar-redditu fuq il-kapital investit, l-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni bir-rati aċċettati mill-2002 sal-2003 iżda ma setgħetx tipprovdi dawn ir-rati għall-2004-2008.
|
|
(118) |
L-Italja pprovdiet ukoll lill-Kummissjoni bil-kontijiet ta’ Tirrenia għal kull linja mill-2004, sabiex jiġu identifikati l-ispejjeż imġarrba minn din tal-aħħar fl-operat tar-rotot nazzjonali/internazzjonali li qabel kienu operati minn Adriatica. Madankollu ġie enfasizzat li dawn il-valuri għandhom jitqiesu bħala sempliċi stima tal-ispejjeż attwali mġarrba fuq kull linja, minħabba li ċerti elementi ta’ spejjeż ikkunsidrati ma setgħux jinqasmu għal kull rotta. |
|
(119) |
Abbażi ta’ din l-informazzjoni, ir-riżultati ta’ Tirrenia (f’EUR) fuq ir-rotot internazzjonali li qabel kienu operati minn Adriatica kienu kif ġej:
|
2.2.5. L-investimenti skedati fil-pjanijiet ta’ ħames snin u l-pjan tan-negozju
|
(120) |
Minbarra l-ispeċifikazzjoni tar-rotot li għandhom jiġu servuti u l-frekwenza meħtieġa, il-pjanijiet ta’ ħames snin speċifikaw ukoll l-investimenti li l-benefiċjarji kellhom l-intenzjoni li jagħmlu matul il-perjodu sabiex jiggarantixxu s-servizz fuq ir-rotot inkwistjoni. Fl-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi b’mod partikolari l-mod li bih ġew ikkunsidrati l-ispejjeż tal-akkwist tal-bastimenti u d-deprezzament għall-finijiet tal-kalkolu tas-sussidju annwali. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni riedet ukoll tivverifika jekk l-investimenti addizzjonali ppjanati għall-Kumpaniji Reġjonali tal-ex Grupp Tirrenia skont il-pjan tan-negozju adottat minn Tirrenia f’Marzu 1999 għall-perjodu bejn l-1999 u l-2002 kinux jinkludu xi element ta’ għajnuna. Il-pjan tan-negozju kellu l-għanijiet ewlenin li ġejjin:
|
|
(122) |
Il-pjan tan-negozju kien jinkludi bidliet fl-investiment meħtieġ fis-servizzi koperti mill-Konvenzjonijiet Inizjali, li għandhom jintużaw għad-dekommissjonar ta’ bastimenti qodma, it-trasferiment ta’ bastimenti oħra fi ħdan il-Grupp u investimenti ġodda li jammontaw għal ITL 700 biljun (bejn wieħed u ieħor EUR 361,5 miljun) (30). |
2.3. Trattament fiskali preferenzjali
|
(123) |
Id-Digriet Amministrattiv Nru 504 tas-26 ta’ Ottubru 1995 introduċa ċerti arranġamenti fiskali preferenzjali għaż-żjut minerali użati bħala fjuwil għat-trasport bil-baħar. Skont l-Artikolu 63(3) ta’ dan id-Digriet, id-dazji tas-sisa tnaqqsu għal-lubrikanti użati abbord. |
|
(124) |
Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ, il-Kummissjoni kienet esprimiet xi dubji dwar il-mod kif dan il-ħelsien fiskali kien qed jiġi applikat għal bastimenti stabbiliti f’portijiet Taljani għal skopijiet ta’ manutenzjoni. Il-Kummissjoni riedet assigurazzjoni mill-ġdid li din il-miżura ma kinitx tiddiskrimina kontra operaturi marittimi oħra li l-bastimenti tagħhom kienu fl-istess sitwazzjoni. |
3. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
3.1. Kummenti qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005
3.1.1. Kummenti mingħand il-kumpaniji tal-Grupp Tirrenia
|
(125) |
Il-kumpaniji tal-Grupp Tirrenia ssottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-Deċiżjoni tal-Ftuħ permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Novembru 1999. Primarjament, il-kumpaniji kkontestaw il-kwalifika l-ġdida ta’ għajnuna tal-kumpens imħallas skont il-Konvenzjonijiet Inizjali u għalhekk il-leġittimità tad-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Huma sostnew, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni kienet ilha ħafna infurmata qabel l-eżistenza ta’ arranġamenti ta’ kumpens għas-servizz pubbliku u li qatt ma kienet qajmet oġġezzjonijiet għalihom. Huma sostnew ukoll li l-ammont ta’ kumpens annwali mħallas lill-kumpaniji pubbliċi kien strettament proporzjonat u limitat għall-ispiża netta addizzjonali tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Għalhekk tqies li tali ħlas ma tellifx il-kompetizzjoni ma’ operaturi oħra tas-suq. |
|
(126) |
Fl-istess ħin Tirrenia, Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar ressqu rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 263(4) TFUE (ara wkoll il-premessa 5). |
3.1.2. Kummenti minn operaturi privati
|
(127) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn diversi operaturi privati li kienu qed jikkompetu fuq għadd ta’ rotot moqdija minn Caremar, Saremar u Toremar. Dawn jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
|
3.2. Kummenti wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005
|
(128) |
Wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005 mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati fil-proċedura biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar l-annullament imsemmi hawn fuq u l-implikazzjonijiet tiegħu (ara wkoll it-Taqsima 1.3). |
|
(129) |
Il-Kummissjoni rċeviet biss kummenti mill-benefiċjarji tal-miżuri li qed jiġu investigati. Dawn tal-aħħar essenzjalment iddikjaraw li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-elementi rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi, inklużi r-raġunijiet addizzjonali ppreżentati mill-applikanti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-Qorti u konsegwentement tikkonkludi li l-miżuri inkwistjoni:
|
4. KUMMENTI MINGĦAND L-AWTORITAJIET TALJANI
4.1. Kummenti qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005
4.1.1. Sussidji mħallsa fir-rigward tal-obbligi tas-servizz pubbliku
|
(130) |
Permezz ta’ ittra bid-data tad-29 ta’ Settembru 1999, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Fl-opinjoni tagħhom, l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu ppermetta li l-Konvenzjonijiet Inizjali konklużi ma’ kull kumpanija tal-Grupp Tirrenia jibqgħu kompletament fis-seħħ sal-iskadenza tagħhom fl-aħħar tal-2008. Konsegwentement, is-sistema tal-obbligi tas-servizz pubbliku li jirriżultaw mill-Konvenzjonijiet Inizjali ma setgħetx tiġi ddubitata mid-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura. |
|
(131) |
L-awtoritajiet Taljani kkontestaw ukoll il-fatt li l-kwalifika l-ġdida ta’ għajnuna kienet tikkostitwixxi għajnuna skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE u li din l-għajnuna setgħet affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri qabel ma s-suq Taljan infetaħgħall-kabotaġġ fl-1 ta’ Jannar 1999. |
|
(132) |
Minbarra dawn il-kummenti ġenerali, l-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li l-preżenza ta’ operaturi privati fuq ir-rotot moqdija mill-kumpaniji tal-Grupp Tirrenia ħafna drabi kienet fenomenu reċenti u limitat, ristrett għal għadd żgħir ta’ rotot u kkonċentrat fl-eqqel tal-istaġun. Barra minn hekk, il-metodu tal-kalkolu tal-kumpens annwali, li kien jikkonsisti fit-tnaqqis tal-profitt akkumulat matul is-sajf mit-telf akkumulat matul ix-xitwa, kien jillimita l-ammont ta’ kumpens għall-minimu strett. |
|
(133) |
Għaldaqstant, skont l-awtoritajiet Taljani, il-kumpens kien meħtieġ u strettament proporzjonat fir-rigward tal-obbligi tas-servizz pubbliku, li d-definizzjoni tagħhom taqa’ taħt id-diskrezzjoni tal-Istat Membru. |
|
(134) |
Rigward il-ksur min-naħa ta’ Adriatica tar-regoli tal-kompetizzjoni dwar il-konnessjoni operata bejn l-Italja u l-Greċja, l-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ksur f’dak iż-żmien ma kinitx definittiva. Huma insistew li ż-żewġ proċeduri kienu strettament indipendenti minn xulxin, li fi kwalunkwe każ l-għajnuna ma ntużatx biex tiffinanzja mġiba anti-kompetittiva, li l-fatt li tiġi ddikjarata bħala inkompatibbli jkun ekwivalenti għal sanzjoni addizzjonali u li l-irkupru tagħha jikkomprometti kemm lil Adriatica kif ukoll lill-proċess ġenerali ta’ privatizzazzjoni. |
4.1.2. L-investimenti skedati fil-pjan tan-negozju
|
(135) |
L-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li l-investimenti skedati fil-pjan tan-negozju kienu maħsuba biex inaqqsu l-ispejjeż tas-servizzi filwaqt li jżommu livell għoli ta’ kwalità. Huma sostnew ukoll li l-metodi għall-finanzjament tal-investimenti ppjanati ma kien fihom l-ebda element ta’ għajnuna sakemm dawn l-investimenti kienu ffinanzjati parzjalment mir-riżorsi proprji tal-kumpaniji u parzjalment permezz ta’ self bankarju nnegozjat f’kundizzjonijiet normali tas-suq. |
4.1.3. Trattament fiskali preferenzjali
|
(136) |
L-awtoritajiet Taljani pprovdew dettalji tal-qafas legali li jirregola t-trattament fiskali taż-żjut minerali użati bħala fjuwils għat-trasport bil-baħar. L-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni wriet li, permezz ta’ deċiżjoni ġenerali tat-2 ta’ Marzu 1996 meħuda skont id-Digriet Amministrattiv Nru 504/1995, it-trattament fiskali preferenzjali previst mid-Digriet Amministrattiv ġie estiż għall-fjuwils u l-lubrikanti użati minn kull bastiment stabbilit f’port għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni. |
|
(137) |
Fl-istess ħin, kif imsemmi fil-premessa (5), l-Italja ressqet appell quddiem il-Qorti kontra d-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura, fir-rigward tal-parti li tistipula li l-għoti ta’ għajnuna illegali jiġi sospiż. |
4.2. Kummenti wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005
|
(138) |
F’April 2010 il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-2005 u biex jiċċaraw ċerti aspetti li jikkonċernaw ir-rotot internazzjonali operati minn Adriatica u Saremar. Il-Kummissjoni talbet ukoll li tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operat tar-rotot inkwistjoni, inklużi l-modifiki sussegwenti kollha li saru għall-metodu ta’ kalkolu tal-kumpens u r-redditu fuq il-kapital investit. |
|
(139) |
L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw mill-ġdid li l-miżuri inkwistjoni kellhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna eżistenti, kif diġà ġie ddikjarat u muri fil-qafas tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Huma sostnew li kemm il-kriterji tal-għoti kif ukoll il-metodi ta’ kalkolu tal-kumpens għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku kienu rregolati mid-Digriet 2081/1936, sussegwentement imħassar mil-Liġi 684/1974, u mid-Digriet 2082/1936. Fil-fatt, l-Artikolu 2 tad-Digriet 2081/1936 stabbilixxa r-rotot ta’ interess nazzjonali u l-Artikolu 6 stabbilixxa li l-ispejjeż addizzjonali mġarrba mill-kumpaniji fl-operat tar-rotot inkwistjoni kienu jkunu koperti mill-Istat skont il-ftehimiet ta’ għoxrin sena. |
|
(140) |
L-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li l-emendi sussegwenti għall-qafas leġiżlattiv li jirregola s-sistema tas-servizz pubbliku marittimu kienu għamlu l-obbligi tas-servizz pubbliku fdati lill-benefiċjarji aktar stretti minn naħa waħda, u aġġornaw il-mekkaniżmi għall-kalkolu tal-kumpens sabiex tiġi limitata l-kontribuzzjoni pubblika, min-naħa l-oħra. |
|
(141) |
Fil-fatt, l-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li l-Liġi 856/1986 introduċiet is-sussidju ta’ bilanċ annwali bħala d-differenza bejn id-dħul u l-ispejjeż imġarrba fit-tħaddim tas-servizz, abbażi ta’ parametri oġġettivi aktar milli spejjeż storiċi u li tinkludi rata raġonevoli ta’ redditu. L-awtoritajiet Taljani kkonkludew li din l-innovazzjoni fil-qafas leġiżlattiv kienet partikolarment rilevanti peress li pprovdiet inċentivi ta’ effiċjenza lill-kumpaniji. |
|
(142) |
Skont l-awtoritajiet Taljani, l-istess kunsiderazzjonijiet kienu japplikaw fir-rigward tal-kumpens lill-Kumpaniji Reġjonali. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku kienet ġiet introdotta bil-Liġi 34/1953, li tistabbilixxi l-erba’ setturi ssussidjati li ġejjin:
|
|
(143) |
Il-konnessjonijiet mal-gżejjer minuri ta’ Sardegna u Korsika allegatament kienu operati minn Saremar skont id-Digriet Ministerjali tal-5 ta’ Jannar 1937, li introduċa fit-tielet settur tat-traffiku tar-rotot ta’ interess nazzjonali r-rabtiet ma’ La Maddalena, Palau, Bonifacio, Carloforte, Calasetta u Portovesme. Fil-fatt dawn kienu l-konnessjonijiet operati minn Saremar, stabbiliti fl-1988 bis-separazzjoni minn Tirrenia. |
|
(144) |
L-awtoritajiet Taljani ssottolinjaw ukoll li l-istess Digriet kien jinkludi l-konnessjonijiet imħaddma minn Adriatica mal-Greċja, l-Albanija u l-gżejjer ta’ Tremiti fis-settur IV tar-rotot ta’ interess nazzjonali (ara l-premessa 59). |
|
(145) |
Fuq din il-bażi, l-awtoritajiet Taljani kkonkludew li kien hemm biżżejjed elementi ta’ kontinwità bejn is-sistema ta’ servizz pubbliku soġġetta għad-Deċiżjoni tal-2005 u l-qafas regolatorju storiku tal-konnessjonijiet marittimi mal-gżejjer. Fid-dawl ta’ dak li ntqal qabel, l-awtoritajiet Taljani qiesu li s-sistema tas-servizz pubbliku kienet datata qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE u tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
5. VALUTAZZJONI
5.1. Kumpens tas-servizz pubbliku
5.1.1. L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(146) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.” |
|
(147) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju:
|
|
(148) |
Riżorsi tal-Istat : Is-sussidji inkwistjoni huma mogħtija b’mod ċar mill-Istat u permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(149) |
Vantaġġ ekonomiku : Sabiex jiġi konkluż jekk il-kumpens għall-operat tas-servizz pubbliku jikkostitwixxix vantaġġ jew le skont it-tifsira tal-Artikolu 107 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet il-kriterji li ġejjin fis-sentenza tagħha fil-kawża Altmark (32):
|
|
(150) |
Ir-raba’ kriterju ta’ Altmark jitqies li jkun ġie ssodisfat jekk il-benefiċjarji tal-kumpens jintgħażlu wara proċedura ta’ sejħa għall-offerti, li tippermetti l-għażla tal-offerent li jkun kapaċi jipprovdi s-servizzi bl-inqas spiża jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-kumpens ikun ġie kkalkulat b’referenza għall-ispejjeż ta’ impriża effiċjenti. |
|
(151) |
F’dan il-każ il-benefiċjarji ma ntgħażlux wara proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti. L-Italja lanqas ma ppruvat li l-livell ta’ kumpens kien iddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u mgħammra b’mod adegwat b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti ta’ servizz pubbliku meħtieġa, tkun ġarrbet fit-twettiq ta’ dawn l-obbligi, b’kunsiderazzjoni tad-dħul rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi. |
|
(152) |
Peress li l-kriterji ta’ Altmark huma kumulattivi, in-nuqqas li jiġi ssodisfat ir-raba’ kriterju huwa biżżejjed biex tiġi stabbilita l-preżenza ta’ vantaġġ ekonomiku mogħti lill-Kumpaniji Reġjonali tal-ex Grupp Tirrenia. |
|
(153) |
Selettività : Is-sussidji inkwistjoni huma selettivi, minħabba li huma diretti lejn ċerti impriżi li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu. |
|
(154) |
Distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ : Meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jikkompetu fil-kummerċ intern tal-Unjoni, dan tal-aħħar għandu jitqies li jiġi affettwat minn din l-għajnuna. Huwa biżżejjed li r-riċevitur tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħra fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. F’dan il-każ, il-benefiċjarji joperaw f’kompetizzjoni ma’ impriżi oħra li jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu fl-Unjoni, b’mod partikolari mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 (33) u r-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, li jilliberalizza s-suq tat-trasport marittimu internazzjonali u l-kabotaġġ marittimu, rispettivament. Għalhekk, il-kumpens pubbliku taħt skrutinju jista’ jaffettwa l-kummerċ tal-Unjoni u jxekkel il-kompetizzjoni fis-suq intern. |
|
(155) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens imħallas mill-awtoritajiet Taljani lill-kumpaniji Reġjonali tal-Grupp Tirrenia għall-operat tal-kabotaġġ u l-konnessjonijiet internazzjonali bejn l-1992 u l-2008 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.2. In-natura tal-għajnuna kkonċernata: għajnuna eżistenti jew ġdida?
|
(156) |
Wara li ġie stabbilit li l-kumpens imħallas mill-awtoritajiet Taljani lill-Kumpaniji Reġjonali tal-Grupp Tirrenia għall-operat tal-kabotaġġ u l-konnessjonijiet internazzjonali bejn l-1992 u l-2008 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni trid tevalwa jekk din l-għajnuna mill-Istat hijiex għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida. |
|
(157) |
Għal dan il-għan, għandha ssir distinzjoni bejn il-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ u l-konnessjonijiet internazzjonali. |
5.1.2.1.
|
(158) |
Fir-rigward tat-tħaddim tal-konnessjonijiet tal-kabotaġġ, bis-sentenza tal-2009 il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-2005 minħabba li l-Kummissjoni kienet applikat bi żballl-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, li jistipula li “kuntratti ta’ servizz pubbliku eżistenti jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data ta’ skadenza tal-kuntratt rilevanti”. |
|
(159) |
Fis-Sentenza tal-2009, il-Qorti Ġenerali interpretat danl-Artikolu bħala klawżola tipika ta’ anterjorità (34) u kkonkludiet li l-kumpens li huwa “neċessarju” (35) għall-finanzjament tal-obbligi tas-servizz pubbliku huwa għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u, bħala tali, mhux suġġett għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà. |
|
(160) |
Il-Qorti Ġenerali rreferiet għall-punti 60-66 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Mejju 2005 fil-kawża C-400/99 (36), fejn l-Awla Manja għamlitha ċara li: “ […]l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 3577/92, […], jipprovdi, fil-paragrafu 3, li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1993 jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data ta’ skadenza tagħhom. Il-kuntratti ta’ dak it-tip min-natura tagħhom fihom dispożizzjonijiet finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-obbligi ta’ servizz pubbliku li jipprovdu għalihom. Safejn il-kliem tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 3577/92 jikkonċerna l-kontinwazzjoni tal-kuntratti inkwistjoni, mingħajr ma jiġi limitat l-ambitu ta’ dik id-dispożizzjoni għal ċerti aspetti ta’ dawk il-kuntratti, id-dispożizzjonijiet finanzjarji meħtieġa biex ikopru l-obbligi tas-servizz pubbliku msemmija fihom huma koperti mill-imsemmil-Artikolu 4(3). Il-Kummissjoni għalhekk hija żbaljata li tafferma li dik id-dispożizzjoni ma tagħmilx aktar milli tawtorizza l-manteniment possibbli ta’ drittijiet esklussivi jew speċjali li jirriżultaw minn kuntratti bħal dawn. Barra minn hekk, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma ħadet ebda pożizzjoni restrittiva bħal din peress li rrikonoxxiet li, fil-limiti tal-finanzjament tal-ispejjeż addizzjonali tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, il-mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-kuntratti inkwistjoni kienu koperti mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 3577/92 (punt 64)”; u li “ […] kwalunkwe għajnuna li taqbeż dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-obbligi ta’ servizz pubbliku previsti fil-kuntratti inkwistjoni ma tistax taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 3577/92, preċiżament minħabba li mhijiex meħtieġa għall-istabbiltà, u għalhekk iż-żamma, ta’ dawk il-kuntratti. Għalhekk ma jistgħux, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, jitqiesu bħala għajnuna eżistenti (il-punt 65)”. |
|
(161) |
Sabiex jiġi ddeterminat jekk miżura hijiex għajnuna ġdida jew eżistenti fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, il-Kummissjoni għandha tinterpreta l-ambitu tal-għajnuna li huwa “meħtieġ biex ikopri l-obbligi tas-servizz pubbliku provduti fil-kuntratti tas-servizz pubbliku li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1993” skont it-tifsira tas-sentenza msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni tifhem li l-ambitu ta’ tali test tan-neċessità għandu jkun usa’ mit-test tal-proporzjonalità li l-Kummissjoni twettaq meta tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ miżura ta’ għajnuna skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Jekk iż-żewġ testijiet kellhom l-istess ambitu, għajnuna ġdida li ma tissodisfaxl-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu ma setgħet qatt tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, peress li din awtomatikament ma tkunx proporzjonata skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar. Għalhekk, il-Kummissjoni tifhem li, billi qieset bħala eżistenti kull għajnuna li kienet “meħtieġa biex tkopri l-obbligi tas-servizz pubbliku pprovduti f’kuntratti tas-servizz pubbliku li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1993”, il-Qorti tal-Ġustizzja inkludiet f’dan il-kunċett kull kumpens marbut direttament mal-obbligi tas-servizzi pubbliċi pprovduti fil-kuntratt pubbliku. Tali konnessjoni diretta teżisti, pereżempju, meta l-kuntratt jistabbilixxi l-ammont tal-kumpens jew il-metodoloġija għall-kalkolu tiegħu, jew, fi kwalunkwe każ, meta jkun ċar li l-kuntratt tas-servizzi pubbliċi ma kienx ikun konkluż fin-nuqqas tal-kumpens. |
|
(162) |
Għalhekk, il-Kummissjoni se tittratta bħala għajnuna ġdida biss il-kumpens għat-tħaddim tal-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ li m’għandu l-ebda bażi legali fil-kuntratti pubbliċi li jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(163) |
F’dan il-każ, il-Konvenzjonijiet Inizjali ġew konklużi f’Lulju 1991, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, u kien hemm rabta diretta bejn il-kumpens u l-obbligi ta’ servizz pubbliku pprovduti fih. |
|
(164) |
L-iskop tas-sussidju annwali stabbilit fil-Konvenzjonijiet Inizjali kien li jippermetti lill-Kumpaniji Reġjonali jkopru telf li jirriżulta mid-defiċit bejn l-ispejjeż operattivi u d-dħul tagħhom. Kif imsemmi fil-premessa 103, l-elementi tal-ispejjeż rilevanti għall-kumpens, kif spjegat fid-dettall fl-Artikolu 5 tal-Konvenzjonijiet Inizjali, kienu: l-ispejjeż tal-akkwist, ir-reklamar u l-akkomodazzjoni, l-ispejjeż tat-tagħbija u l-ħatt u l-manuvrar, l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv fuq l-art, l-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-bastimenti, l-ispejjeż amministrattivi, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni, il-kera u l-kiri fit-tul, fjuwil, taxxi u spejjeż ta’ deprezzament. Dawn l-elementi kollha ta’ spejjeż kienu relatati mal-provvista tas-servizzi pubbliċi u kienu definiti mill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jħallu lill-kumpaniji mingħajr flessibbiltà. |
|
(165) |
Barra minn hekk, il-Konvenzjonijiet Inizjali konklużi bejn l-Istat Taljan u kull waħda mill-ħames Kumpaniji Reġjonali kienu identiċi għall-Konvenzjoni Inizjali konkluża bejn l-Istat Taljan u Tirrenia (ara l-premessa 94) u qiesu l-istess elementi ta’ spejjeż. Fid-Deċiżjoni tagħha tal-2001 dwar Tirrenia, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li dawn l-elementi tal-ispejjeż kienu strettament meħtieġa għall-forniment tas-servizzi pubbliċi, għax kienu riflessi fl-ispejjeż fissi u varjabbli marbuta direttament mal-forniment tas-servizzi kkwalifikati mill-awtoritajiet pubbliċi bħala servizzi ta’ interess ġenerali u li, bħala tali, kienu koperti mill-Konvenzjoni Inizjali (37). Fir-rigward speċifiku tad-deprezzament tal-bastimenti, il-Kummissjoni kkunsidrat li jista’ jitqies bħala meħtieġ għall-forniment ta’ dawn is-servizzi sal-punt li l-bastimenti inkwistjoni kienu użati esklussivament għas-servizzi koperti mill-Konvenzjonijiet Inizjali (38). Il-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq japplikaw bil-bidliet meħtieġa għall-Kumpaniji Reġjonali. |
|
(166) |
Fid-dawl tar-rabta diretta li teżisti bejn il-kumpens u l-operat tar-rotot ta’ kabotaġġ moqdija mill-kumpaniji Reġjonali taħt il-Konvenzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens imsemmi kien meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż addizzjonali tal-obbligi ta’ servizz pubbliku previsti fil-Konvenzjonijiet Inizjali. |
|
(167) |
Il-konklużjoni ta’ hawn fuq ma tinbidilx lanqas jekk il-Kummissjoni kellha tivverifika jekk il-kumpens annwali mħallas lill-kumpaniji Reġjonali kienx il-minimu meħtieġ biex jiġi pprovdut is-servizz pubbliku. L-analiżi ta’ (i) il-mekkaniżmu ta’ kalkolu ta’ kumpens, (ii) id-dħul tal-kumpanija u (iii) l-ispejjeż addizzjonali li saru għall-operat ta’ konnessjonijiet ta’ kabotaġġ taħt il-Konvenzjonijiet Inizjali turi li l-kumpens imħallas lil dawn il-kumpaniji taħt il-Konvenzjonijiet Inizjali kien strettament proporzjonali għall-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-kompitu ta’ servizz pubbliku fdat lill-benefiċjarji. |
|
(168) |
L-ewwel nett, il-livell ta’ kumpens annwali kien ikkalkulat b’kunsiderazzjoni tal-profitti operattivi rreġistrati minn kull waħda mill-Kumpaniji Reġjonali fuq ir-rotot koperti mill-Konvenzjonijiet Inizjali, li kienu mnaqqsa mit-telf akkumulat fuq ir-rotot kollha (l-Artikolu 3 tal-Konvenzjonijiet Inizjali). Dan il-metodu ta’ kalkolu, li kien jipprovdi għall-profitti li saru matul l-istaġun ta’ ħafna xogħol biex jitnaqqas it-telf akkumulat matul l-istaġun, serva biex jillimita l-ammont ta’ sussidju mħallas lill-kumpaniji pubbliċi, biex b’hekk il-livell ta’ kumpens annwali li rriżulta kien aktar baxx b’mod ġenerali milli kien ikun kieku t-telf akkumulat kien sempliċiment miżjud flimkien għal kull rotta. |
|
(169) |
It-tieni nett, id-dħul tal-kumpanija kien suġġett għal restrizzjoni doppja f’termini ta’ tariffi, jiġifieri t-tariffi preferenzjali għal ċerti kategoriji soċjali u l-ħtieġa li l-kumpanija tikseb l-approvazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi għal kwalunkwe bidla fit-tariffi. L-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Taljani wriet li l-Kumpaniji Reġjonali ma kinux liberi li jadattaw it-tariffi tagħhom biex iqisu b’ mod partikolari l-bidliet fl-ispejjeż operattivi (39). Fid-Deċiżjoni tal-2001, il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet li din ir-restrizzjoni doppja, li wasslet għal tnaqqis sinifikanti fid-dħul tal-kumpaniji u affettwat il-livell ta’ kumpens annwali, ma kellhiex tikkwalifika bħala politika kummerċjali aggressiva, ikkaratterizzata minn prezzijiet predatorji. |
|
(170) |
It-tielet, l-awtoritajiet Taljani pprovdew lill-Kummissjoni b’tagħrif dwar l-ispejjeż li ġġarrbu bejn l-1992 u l-2008 mill-Kumpaniji Reġjonali fit-tħaddim tar-rotot tas-servizz pubbliku. B’mod partikolari, fir-rigward tal-operat tas-servizz pubbliku matul il-perjodu bejn l-1992 u l-2008, l-Italja pprovdiet:
|
|
(171) |
Id-data pprovduta (ara t-tabelli fil-premessa 115) turi li l-ispejjeż bejn l-2002 u l-2008 baqgħu fil-biċċa l-kbira taħt l-ispejjeż medji mġarrba fit-tħaddim tar-rotot fil-perjodu ta’ referenza vvalutat fid-Deċiżjoni tal-2005 (bejn l-1992 u l-2001). |
|
(172) |
Fir-rigward tar-redditu fuq il-kapital investit, l-elementi varji tal-kapital investit kienu ġew dettaljati fil-Konvenzjonijiet Inizjali u r-rati ta’ redditu kienu ġew determinati b’referenza għar-rati tas-suq sabiex jirriflettu redditu xieraq għal kull element. Minkejja n-nuqqas ta’ data dwar ir-rata ta’ redditu fuq il-kapital investit li ngħatat lill-kumpaniji matul bejn l-2004 u l-2008, il-Kummissjoni tinnota li, bi ftit eċċezzjonijiet, ir-rata ta’ redditu fuq il-kapital investit naqset b’mod konsistenti bejn l-2001 u l-2003 (ara t-tabelli fil-premessi 106 u 117). Din ix-xejra, flimkien mal-istabbiltà ġenerali tal-ammonti assoluti tar-redditu fuq il-kapital investit matul il-perjodu bejn l-2001 u l-2008 (ara t-tabelli fil-premessi 105 u 115), (41) jagħmilha raġonevoli li wieħed jassumi li l-kumpens imħallas lill-kumpaniji għall-operat tal-obbligi tas-servizz pubbliku baqa’ proporzjonat matul it-tul tal-Konvenzjonijiet Inizjali. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni żżomm il-valutazzjoni tagħha fid-Deċiżjoni tal-2005 li r-ritorn għall-benefiċjarji kien stabbilit f’livell raġonevoli. |
|
(173) |
Filwaqt li titqies ir-rabta diretta bejn il-kumpens imħallas u l-obbligi tas-servizz pubbliku mniżżla fil-Konvenzjonijiet Inizjali u, ad abundantiam, il-proporzjonalità tal-kumpens, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens mogħti fir-rigward tal-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ sal-2008 jikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(174) |
Peress li l-kumpens għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku fuq il-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ jikkostitwixxi għajnuna eżistenti u d-Deċiżjoni tal-2005 ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali fl-intier tagħha, inklużi l-kundizzjonijiet imposti fiha dwar it-tħaddim ta’ konnessjonijiet ta’ kabotaġġ minn Caremar, il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn tivvaluta aktar jekk dawn il-kundizzjonijiet ġewx finalment rispettati mill-benefiċjarju fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005, u lanqas jekk kinux meħtieġa l-ewwel u qabel kollox. Il-kumpens għat-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku fuq il-konnessjonijiet ta’ kabotaġġ jikkostitwixxi għajnuna eżistenti, iżda m’għadux fis-seħħ. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tipproponi l-ebda miżuri xierqa lill-Italja skont l-Artikolu 108(1) tat-TFUE, peress li dawn il-miżuri jistgħu jemendaw biss il-miżura ta’ għajnuna għall-futur. Minn dan jirriżulta li m’hemm l-ebda skop li l-Kummissjoni teżamina l-kompatibbiltà ta’ tali għajnuna eżistenti, li ma għadhiex fis-seħħ. |
5.1.2.2.
|
(175) |
Il-forniment ta’ servizzi ta’ trasport fuq konnessjonijiet marittimi internazzjonali jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 4055/86 li ma fih l-ebda klawżola ta’ anterjorità simili għall-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(176) |
Skont l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (42) (“ir-Regolament Proċedurali l-ġdid”) l-għajnuna eżistenti hija “[…], l-għajnuna kollha li kienet teżisti qabel id-dħul fis-seħħ tat-TFUE fl-Istati Membri rispettivi, fi kliem ieħor, l-iskemi ta’ għajnuna u l-għajnuna individwali li ddaħħlu fis-seħħ qabel, u li għadhom applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-TFUE fl-Istati Membri rispettivi”. |
|
(177) |
Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (43) (“ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni”) jiddefinixxi l-alterazzjoni tal-għajnuna eżistenti bħala “kwalunkwe bidla, minbarra modifiki ta’ natura purament formali jew amministrattiva li ma jistgħux jaffettwaw l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna mas-suq komuni. Madankollu, żieda fil-baġit oriġinali ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti sa 20 % ma għandhiex titqies bħala bidla għall-għajnuna eżistenti”. |
|
(178) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, (44) mhux kull bidla fl-għajnuna eżistenti għandha titqies bħala bidla tal-għajnuna eżistenti f’għajnuna ġdida, huwa biss meta l-bidla taffettwa s-sustanza attwali tal-għajnuna oriġinali li din tal-aħħar tiġi ttrasformata f’għajnuna ġdida. Din il-valutazzjoni għandha ssir b’referenza għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna, il-modalitajiet tagħha u l-limiti tagħha (45). Madankollu, l-estensjoni ta’ miżura ta’ għajnuna tikkostitwixxi għajnuna ġdida (46). |
|
(179) |
Kif imfakkar mill-Qorti Ġenerali fis-Sentenza tal-2009, it-tibdil ma jikkonċernax is-sustanza meta ma jemendax il-leġiżlazzjoni li stabbiliet l-għajnuna fir-rigward tan-natura tal-vantaġġi jew is-sustanza tal-attività li għaliha japplika l-vantaġġ (47). |
Tibdil fir-reġim tas-servizz pubbliku
|
(180) |
Mill-ħames kumpaniji Reġjonali tal-Grupp Tirrenia ta’ dak iż-żmien, Adriatica u Saremar biss kienu joperaw rotot internazzjonali taħt il-Konvenzjonijiet Inizjali. |
|
(181) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-kumpensi mogħtija lil dawn il-kumpaniji għall-forniment ta’ servizzi internazzjonali tat-trasport marittimu jikkostitwixxix għajnuna ġdida jew għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament Proċedurali l-ġdid. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni trid tivverifika jekk mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat il-miżura ta’ għajnuna ġietx affettwata minn bidliet sostanzjali fin-natura tal-vantaġġ, l-objettiv segwit, il-benefiċjarju jew is-sors ta’ finanzjament. Dawn il-bidliet jinvolvu għajnuna ġdida. |
|
(182) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-finanzjament tal-obbligi tas-servizz pubbliku li jikkonċernaw il-konnessjonijiet internazzjonali għadda minn għadd ta’ bidliet sinifikanti f’diversi aspetti kif spjegat hawn taħt.
|
|
(183) |
Id-Digriet tal-1936 ta mandat lil erba’ kumpaniji (Italia, Lloyd Triestino, Tirrenia, u Adriatica) b’obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward tar-rotot ta’ interess nazzjonali, li kienu jinkludu kemm rotot nazzjonali kif ukoll internazzjonali tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Dawn id-digrieti pprovdew lista eżawrjenti ta’ kumpaniji fdati bl-operat ta’ rotot ta’ interess nazzjonali. Il-Kumpaniji Reġjonali kienu inkorporati u fdati bil-provvista tas-servizzi postali u kummerċjali ta’ natura purament lokali fi stadju aktar tard biss, jiġifieri, Caremar, Toremar u Siremar skont il-Liġi Nru 169/1975 u Saremar skont il-Liġi 856/1986, wara li tħassar id-Digriet 2081/1936 (ara l-premessi 83 u 88).
|
|
(184) |
Il-biċċa l-kbira tar-rotot internazzjonali soġġetti għall-valutazzjoni attwali ġew introdotti taħt is-sistema tas-servizz pubbliku wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE. |
|
(185) |
Fir-rigward ta’ Adriatica, id-Digriet tal-1936 stabbilixxa b’mod espliċitu l-operazzjoni tar-rotta Bari/Durrës biss. Madankollu, din kienet biss rotta tal-passiġġieri filwaqt li l-konnessjoni Bari/Durrës soġġetta għal din il-valutazzjoni hija rotta mħallta (passiġġieri u merkanzija). |
|
(186) |
Ma ġiet stabbilita l-ebda rotta mill-portijiet Taljani ta’ Ancona jew Bari la lejn Bar (Montenegro) u lanqas lejn Split (il-Kroazja) mid-Digrieti tal-1936. Skont l-awtoritajiet Taljani, Adriatica bdiet topera r-rotta Ancona/Split fl-1978 u r-rotta Ancona/Bar fl-1997. |
|
(187) |
Il-konnessjoni Trieste/Durrës ġiet introdotta fl-1983 biex tiżviluppa relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Albanija u l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent. Ma kien hemm l-ebda rotta minn Trieste għall-Albanija fil-listi tar-rotot adottati abbażi tad-Digrieti tal-1936. |
|
(188) |
L-istess huwa validu għar-rotta Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras. L-awtoritajiet Taljani ma setgħux jipprovdu lill-Kummissjoni b’evidenza dokumentarja li tistabbilixxi b’mod ċar meta ġiet stabbilita l-konnessjoni Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras. L-Italja ssostni li r-rotta Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Digriet tal-1936 minħabba li, f’dak iż-żmien, kien hemm konnessjoni speċifika mal-Greċja fost ir-rotot ta’ interess nazzjonali tas-Settur IV identifikati fid-Digriet 2081/1936 (li jkopru l-konnessjonijiet mal-Greċja, l-Albanija u l-gżejjer tat-Tremiti). Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-awtoritajiet Taljani. Ma kien hemm l-ebda rotta speċifika minn Brindisi fil-listi adottati abbażi tad-Digrieti tal-1936. Skont ittra tal-awtoritajiet Taljani datata d-29 ta’ Ottubru 2002, ir-rotta Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras ġiet introdotta biss minn Adriatica fl-1978. Bl-istess ittra, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw li Adriatica qatt ma kienet topera taħt ir-reġim tas-servizz pubbliku r-rotta Bari-Greċja, iżda pjuttost ir-rabta mal-Greċja minn Brindisi. Għalhekk, l-awtoritajiet Taljani stess ikkunsidraw iż-żewġ rotot bħala żewġ swieq separati rilevanti. |
|
(189) |
Fil-każ ta’ Saremar, il-lista ta’ rotot ta’ interess nazzjonali stabbiliti mid-Digriet tal-1936 kienet tinkludi r-rotta tal-passiġġieri bejn Sardinja u Korsika (La Maddalena/Palau/Bonifacio), inizjalment operata minn Tirrenia. Għall-kuntrarju, ir-rotta sussegwentement operata minn Saremar skont il-Liġi 856/1986 kienet rotta mħallta (passiġġieri u merkanzija). Il-konnessjoni Santa Teresa di Gallura/Bonifacio vvalutata fid-deċiżjoni preżenti ma ġietx inkluża fil-lista ta’ rotot ta’ interess nazzjonali. |
|
(190) |
Minbarra dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li wara l-1989 ir-rotot li kellhom jiġu servuti ma kinux aktar indikati bil-liġi peress li skont il-Liġi 160/1989 kellhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-bażi ta’ proposti tekniċi mill-kumpaniji.
|
|
(191) |
Kif diġà ntqal hawn fuq, id-Digriet tal-1936 ipprovda għal inkarigu ta’ għoxrin sena fuq erba’ kumpaniji ġodda stabbiliti (Italia, Lloyd Triestino, Tirenia, Adriatica) tat-tħaddim ta’ ċerti linji ta’ interess nazzjonali kif ukoll tal-possibbiltà li jingħata sussidju lill-operaturi matul l-istess perjodu fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku. |
|
(192) |
Id-Digriet tal-1936 ma kienx jipprevedi l-possibbiltà li jiġu estiżi dawn il-kuntratti ta’ servizz pubbliku, jew il-kumpens li għandu jingħata lill-operaturi għall-operat tas-servizzi inkwistjoni, lil hinn mill-perjodu inizjali ta’ għoxrin sena. Dawk il-kuntratti skadew fil-31 ta’ Diċembru 1956, u ġew estiżi diversi drabi sad-dħul fis-seħħ tal-Liġi 600/1962. |
|
(193) |
Il-Liġi 600/1962 ipprovdiet għall-konklużjoni ta’ kuntratti pubbliċi ġodda ta’ servizzi b’tul ta’ għoxrin sena, fejn spjegat ir-rotot ta’ interess nazzjonali li għandhom jiġu operati u l-kumpensi li għandhom jingħataw lil kull kumpanija għat-tħaddim tal-linji. |
|
(194) |
Il-Liġi 684/1974 introduċiet tul ta’ żmien differenti, skont it-tip ta’ servizz ikkunsidrat: ir-rotot tal-merkanzija setgħu jiġu ffinanzjati għal perjodu massimu ta’ ħames snin filwaqt li r-rotot tal-passiġġieri setgħu jiġu ffinanzjati għal perjodu massimu ta’ tliet snin (il-konnessjonijiet mal-gżejjer Taljani biss setgħu jibbenefikaw minn kumpens fuq perjodu ta’ għoxrin sena oħra, iżda dan ma kienx jikkonċerna l-konnessjonijiet internazzjonali). |
|
(195) |
Il-Liġi 856/1986 kompliet tibdel il-karatteristiċi tas-sistema tas-servizz pubbliku. L-Artikolu 13(4) tal-Liġi 856/1986 għamel kemm ir-regoli li jinsabu fl-Artikoli 8 u 9 tal-Liġi 684/1974, kif ukoll l-emendi sussegwenti, applikabbli għar-rotot imħallta bejn il-kosta tal-Punent u tal-Lvant tal-Adrijatiku medjan u baxxa, kif ukoll bejn il-baħar Jonju u l-Mediterran tal-Lvant, eżistenti fl-1 ta’ Jannar 1986 u operati minn Adriatica. B’riżultat ta’ dan, Adriatica setgħet tirċievi kumpens għall-operat tal-konnessjonijiet internazzjonali abbażi ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ tul ta’ għoxrin sena. Il-liġi ma ċċaratx ir-regoli applikabli għal-linja internazzjonali operata minn Saremar. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Konvenzjoni Inizjali trattat l-operat ta’ din ir-rotta bħala konnessjoni ta’ kabotaġġ u pprovdiet għall-finanzjament tagħha fuq perjodu ta’ għoxrin sena, bħal kwalunkwe konnessjoni ta’ kabotaġġ ta’ servizz pubbliku fdata lil Saremar. |
|
(196) |
Il-Liġi 856/1986 ċċarat li l-linji tat-trasport tal-merkanzija li jagħmlu t-telf jistgħu jibbenefikaw biss minn appoġġ finanzjarju pubbliku għal perjodu ta’ ħames snin (li jibda mill-1 ta’ Jannar 1985 jew bl-akkwist ta’ bastiment ġdid).
|
|
(197) |
Kif imsemmi hawn fuq, id-Digrieti tal-1936 ma pprovdewx baġit globali tal-iskema ta’ finanzjament. |
|
(198) |
B’kuntrast,l-Artikolu 6 tal-Liġi 600/1962 ipprovda għal allokazzjoni baġitarja globali, soġġetta għal aġġustamenti limitati f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tagħha. |
|
(199) |
Il-liġijiet sussegwenti ma pprovdewx għal allokazzjoni baġitarja globali għall-iskemi differenti ta’ finanzjament li kienu jittrattaw.
|
|
(200) |
Is-sistema għall-kalkolu tas-sussidji ġiet riveduta diversi drabi. B’mod partikolari, minn kumpens ikkalkulat fuq l-ispejjeż u d-dħul mistennija miftiehma f’kuntratti ta’ servizz pubbliku soġġetti għal rieżami kull erba’ snin (id-Digrieti tal-1936), is-sussidju evolva f’kontribuzzjoni fissa suġġetta għal aġġustamenti limitati skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Liġi Nru 600/1962 sabiex il-kumpanija tingħata inċentiv għall-effiċjenza. |
|
(201) |
Sussegwentement, il-Liġi 684/1974, kif implimentata bid-Digriet 501/1979, iddistingwiet bejn il-linji tal-merkanzija (l-Artikolu 4), il-linji tal-passiġġieri (l-Artikolu 6) u l-konnessjonijiet ma’ gżejjer Taljani maġġuri u minuri (l-Artikolu 8). Fuq din il-bażi:
|
|
(202) |
Fil-qosor, fir-rigward tal-linji tal-merkanzija u tal-passiġġieri, il-Liġi 684/1974 u d-Digriet 501/1979 la kienu jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ inċentiv għall-effiċjenza u lanqas il-possibbiltà li l-operatur jingħata profitt raġonevoli fuq is-servizzi pubbliċi pprovduti. Barra minn hekk, il-Liġi 684/1974, kif implimentata mid-Digriet 501/1979, introduċiet għall-ewwel darba distinzjoni bejn il-linji tal-merkanzija u tal-passiġġieri u stabbiliet mekkaniżmu ta’ kumpens differenti għaż-żewġ tipi ta’ servizzi. Il-leġiżlazzjoni msemmija ma ċċaratx liema mekkaniżmu għandu japplika għal-linji mħallta (il-merkanzija u l-passiġġieri). |
|
(203) |
Il-Liġi 856/1986 emendat ulterjorment il-mekkaniżmu ta’ kumpens. Fir-rigward tal-linji tal-merkanzija essenzjali għall-ekonomija nazzjonali, l-Artikolu 2 kien jipprevedi l-għoti ta’ sussidju tal-bidu għal perjodu massimu ta’ ħames snin (mill-1 ta’ Jannar 1985). Fir-rigward tal-konnessjonijiet imħallta bejn il-kosta tal-Punent u tal-Lvant tal-baħar Adrijatiku medjan u baxx kif ukoll bejn il-baħar Jonju u l-Mediterran tal-Lvant eżistenti fl-1 ta’ Jannar 1986 u operati minn Adriatica, skont l-Artikoli 11 u 13 tal-Liġi 856/1986, is-sussidju ta’ bbilanċjar kellu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn id-dħul u l-ispejjeż imġarrba fil-forniment tas-servizz, iddeterminat b’referenza għal parametri medji u oġġettivi u kellu jinkludi redditu raġonevoli fuq il-kapital investit. Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku kellhom jinkludu dettalji dwar l-elementi li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tas-sussidju, flimkien mal-lista sħiħa tar-rotot sussidjati, il-vapuri li kellhom jintużaw u l-frekwenzi. Is-sussidji kellhom jiġu approvati mill-Ministri tal-Marina Merkantili, tal-Parteċipazzjonijiet Pubbliċi u tat-Teżor. |
|
(204) |
Il-Liġi 856/1986 ma ċċaratx liema mekkaniżmu ta’ kumpens japplika għall-konnessjoni bejn Sardinja u Korsika trasferita minn Tirrenia għal Saremar. Madankollu, il-Konvenzjoni inizjali ttrattat din il-linja bħala konnessjoni ta’ kabotaġġ u pprovdiet għall-finanzjament tagħha skont l-istess regoli. |
|
(205) |
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 9(1) tad-Digriet Amministrattiv 77/1989 kien jistipula li mill-1 ta’ Jannar 1990, il-linji meqjusa essenzjali biex jiġu żgurati s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, u li għandhom jiġu identifikati mill-Istat fuq proposta tal-kumpaniji interessati, jibbenefikaw minn sussidju ta’ bilanċ. Fir-rigward tal-konnessjonijiet mal-gżejjer, l-ammont tas-sussidju ta’ bilanċ kellu jiġi stabbilit fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku li jieħdu bħala referenza t-tariffi applikati mill-kumpanija ferrovjarja nazzjonali għal servizzi u distanzi ekwivalenti.
|
|
(206) |
Il-kuntratti kollha ta’ servizz pubbliku dwar it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija ffirmati skont id-Digriet tal-1936 (48) ġew irtirati fl-1962 u sostitwiti b’kuntratti ġodda bbażati fuq il-qafas legali l-ġdid. |
Il-konklużjoni dwar il-kumpens mogħti għall-konnessjonijiet internazzjonali
|
(207) |
Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-awtoritajiet Taljani li s-sussidji mħallsa lil Adriatica u Saremar għall-operat tal-konnessjonijiet internazzjonali għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna eżistenti għar-raġuni li r-reġim tas-servizz pubbliku kien datat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE u tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(208) |
Ir-referenza għar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu hija irrilevanti billi dan ir-regolament ma jikkonċernax linji internazzjonali. |
|
(209) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-elementi msemmija hawn fuq (il-premessi (180)-(206)), il-Kummissjoni tqis li l-iskema ta’ għajnuna oriġinali għaddiet minn bidliet sostanzjali li jaffettwaw in-natura proprja tagħha u għalhekk saret skema ta’ għajnuna kompletament ġdida. Dawn il-bidliet ikopru ħafna mill-karatteristiċi essenzjali, jekk mhux il-karatteristiċi essenzjali kollha, tal-qafas legali oriġinali stabbilit bid-Digrieti tal-1936, u fasslu mill-ġdid dan il-qafas għal kollox. |
|
(210) |
L-ewwel nett, il-bidu tal-operat tal-parti l-kbira tar-rotot internazzjonali eżaminati fid-deċiżjoni preżenti ma kienx sar qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE. L-unika eċċezzjoni hija r-rotta Bari/Durrës operata minn Saremar. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li, filwaqt li l-konnessjoni Bari/Durrës soġġetta għal din il-valutazzjoni hija rotta mħallta (passiġġieri u merkanzija), dik inkluża fil-lista ta’ rotot ta’ interess nazzjonali kienet rotta tal-passiġġieri biss. Barra minn hekk, ir-rotta tal-passiġġieri li tgħaqqad lil Sardenja ma’ Korsika stabbilita mil-lista ta’ rotot ta’ interess nazzjonali kienet La Maddalena/Palau/Bonifacio u kienet oriġinarjament operata minn Tirrenia. Il-Kummissjoni tinnota li r-rotot imħallta sussegwentement operati minn Saremar, stabbiliti skont l-Artikolu 15 tal-Liġi 856/1986, kienu żewġ rotot distinti, jiġifieri La Maddalena/Palau u Santa Teresa di Gallura/Bonifacio. |
|
(211) |
It-tieni, il-bażi ġuridika għall-għoti ta’ kumpens għall-operat tal-linji internazzjonali ġiet imħassra wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE. |
|
(212) |
It-tielet, il-mekkaniżmu biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ kumpens għat-tħaddim tar-rotot taħt is-sistema ta’ servizz pubbliku, inkluż il-marġni ta’ profitt, kif ukoll ir-reviżjoni tiegħu, ġew mibdula b’mod sinifikanti diversi drabi. |
|
(213) |
Ir-raba’, il-perjodu li matulu seta’ jingħata l-kumpens ġie estiż b’mod ripetut. |
|
(214) |
Il-ħames, ir-riżorsi baġitarji allokati għall-finanzjament tal-konnessjonijiet tas-servizz pubbliku ma ġewx stabbiliti fl-1936. Ġie introdott ammont globali għall-ewwel darba fl-1962 iżda ġie sussegwentement abbandunat fl-1974. |
|
(215) |
Is-sitta, il-mekkaniżmu ta’ kumpens għar-rotot ta’ kabotaġġ previsti fl-Artikoli 8 u 9 tal-Liġi 684/1974 sar applikabbli għal-linji internazzjonali operati minn Adriatica biss skont l-Artikolu 13(4) tal-Liġi 856/1986. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, anke meta jitqies il-kumpens ibbażat fuq l-ispejjeż mogħti skont il-Liġi 684/1974 simili għall-kumpens ibbażat fuq il-metodu pprovdut mid-Digriet tal-1936, l-istess ma jistax jiġi argumentat għall-qafas introdott mil-Liġi 600/1962, li imponiet l-għoti ta’ ammont fiss ex-ante u inkludiet inċentivi ta’ effiċjenza, li kien fis-seħħ għal kważi 13-il sena. |
|
(216) |
L-awtoritajiet Taljani sostnew li l-emendi introdotti wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE kellhom l-għan li jillimitaw l-ammont tal-kontribuzzjoni pubblika. Madankollu, l-elementi stipulati fil-premessi minn 209 sa 215 hawn fuq juru li dawn l-emendi ma kinux sempliċiment inaqqsu l-kumpens mogħti lill-kumpaniji, iżda fundamentalment bidlu n-natura tal-miżura ta’ għajnuna. Fil-fatt, dawn il-bidliet kollha setgħu jinfluwenzaw il-kompatibbiltà tal-kumpens mas-suq intern peress li dawn immodifikaw l-effetti potenzjali tiegħu fuq il-kompetizzjoni. Fil-qosor, minflok ma l-mekkaniżmu ta’ kumpens inżamm kif inhu, l-Italja waqqfet diversi sistemi ta’ kumpens differenti għar-rotot internazzjonali tas-servizz pubbliku wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-KE. |
|
(217) |
Fir-rigward tal-kummenti mressqa mill-benefiċjarji fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li dawn il-kummenti jikkoinċidu fil-parti l-kbira mal-kummenti tal-awtoritajiet Taljani. Skont il-benefiċjarji, il-Kummissjoni awtorizzat b’mod taċitu il-miżuri inkwistjoni billi ttardjat il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali għal żmien twil wara li kienet infurmata bis-sussidji lill-kumpaniji tal-Grupp Tirrenia. |
|
(218) |
Madankollu, fin-nuqqas ta’ notifika minn qabel skont it-tifsira tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, l-għarfien possibbli tal-Kummissjoni tad-diversi testi leġiżlattivi li jistitwixxu s-sussidji annwali għall-operat tas-servizzi marittimi u tal-Konvenzjonijiet Inizjali ma jfissirx li ngħatat awtorizzazzjoni taċita. Il-fatt li l-Kummissjoni taf b’ċerta miżura u ma tieħu l-ebda azzjoni f’dan ir-rigward ma jista’ fih innifsu jkollu l-ebda impatt fuq il-klassifikazzjoni tal-għajnuna bħala eżistenti jew ġdida (49). |
|
(219) |
Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra l-kumpens mogħti għall-operat tar-rotot internazzjonali bħala għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament Proċedurali l-ġdid. |
5.1.3. Kompatibbiltà tal-għajnuna
5.1.3.1.
|
(220) |
L-Artikolu 106(2) tat-TFUE jipprevedi li “kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta’ monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b’mod partikolari dawk li jirreferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq, de jure jew de facto, tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b’mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni.” |
|
(221) |
Dan l-Artikolu jipprevedi deroga mill-projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat li tinsab fl-Artikolu 107 tat-TFUE sal-punt li l-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonali minħabba li n-nuqqas ta’ għajnuna jxekkel il-prestazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SIEĠ”) taħt kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli. Skont l-Artikolu 106(3) tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni ta’ danl-Artikolu, billi tispeċifika fost l-oħrajn taħt liema kundizzjonijiet hija tqis li l-kriterji ta’ neċessità u proporzjonalità jkunu ssodisfati. |
|
(222) |
Fil-31 ta’ Jannar 2012, daħlu fis-seħħ il-qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku (2011) (“il-Qafas SIEĠ tal-2012”) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE (50) (“id-Deċiżjoni SIEĠ tal-2012”). Minn din id-data, il-kompatibbiltà tal-għajnuna taħt il-forma ta’ kumpens tas-servizz pubbliku trid tiġi eżaminata fid-dawl tad-Deċiżjoni SIEĠ tal-2012 u l-kriterji tal-Qafas SIEĠ tal-2012. |
|
(223) |
Il-Qafas SIEĠ tal-2012 japplika għal kwalunkwe għajnuna illegali mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu li dwarha l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni wara l-31 ta’ Jannar 2012, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 14, 19, 20, 24, 39 u 60 (ara l-paragrafu 69 tal-Qafas SIEĠ tal-2012). Konsegwentement, il-kompatibbiltà tal-kumpens mogħti lill-Kumpaniji Reġjonali sal-iskadenza tal-Konvenzjonijiet Inizjali fil-31 ta’ Diċembru 2008 taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas SIEĠ tal-2012 u għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti fih, jiġifieri:
|
|
(224) |
Il-Konvenzjonijiet Inizjali pprevedew li l-obbligi rigward ir-rotot u l-portijiet li għandhom jiġu moqdija, il-kapaċità tal-bastimenti assenjati għall-konnessjonijiet marittimi inkwistjoni, il-frekwenza tas-servizz u n-nollijiet għandhom jiġu definiti fid-dettall permezz ta’ pjanijiet ta’ ħames snin ippreżentati mill-benefiċjarji għall-approvazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li l-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq il-kumpaniji ġew simultanjament mill-Konvenzjonijiet Inizjali konklużi mal-Istat Taljan f’Lulju 1991, il-qafas legali kif dettaljat hawn fuq u l-pjanijiet ta’ ħames snin. |
|
(225) |
Il-pjanijiet ta’ ħames snin stabbilew il-portijiet u l-frekwenzi li għandhom jiġu operati fl-istaġuni bl-iktar u bl-inqas xogħol, kif ukoll it-tip ta’ bastiment li għandu jiġi assenjat għal kull rotta. In-network ta’ servizzi li jirriżulta jista’ madankollu jiġi adattat għal kull perjodu ta’ ħames snin, b’reazzjoni għall-bidliet fid-domanda fuq ir-rotot inkwistjoni. L-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Taljani wriet li huma biss il-komunitajiet lokali kkonċernati li jistgħu jagħmlu adattamenti fil-frekwenzi jew fl-iskedi, wara li jkunu indirizzati talbiet speċifiċi lill-Ministeru tat-Trasport. Talbiet bħal dawn imbagħad ġew ivvalutati individwalment fil-livell interministerjali, fost l-oħrajn b’referenza għall-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-ispejjeż operattivi tal-kumpanija kkonċernata. Kwalunkwe bidla fin-network tas-servizzi matul il-perjodu ta’ ħames snin kienet għalhekk koperta minn deċiżjoni amministrattiva indirizzata lill-benefiċjarji. |
|
(226) |
Fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005, l-Italja kienet ippreżentat lill-Kummissjoni l-ewwel żewġ pjanijiet ta’ ħames snin, li jkopru rispettivament il-perjodi bejn l-1990 u l-1994 u bejn l-1995 u l-1999. It-tielet pjan (li jkopri l-perjodu bejn l-2000 u l-2004) kien għadu ma ġiex approvat fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005. Id-Digriet Ministerjali tat-8 ta’ Marzu 2000 kien jintitola lill-kumpaniji li jkomplu joperaw is-servizz pubbliku skont il-kundizzjonijiet miftiehma fil-pjan ta’ ħames snin ta’ bejn l-1994 ul-1999 fis-seħħ fl-1999, sakemm ġie adottat il-pjan ta’ ħames snin tal-2000 u l-2004. |
|
(227) |
Kif imsemmi hawn fuq, wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005 bis-sentenza tal-2009, l-Italja kkonfermat li l-ebda pjan ta’ ħames snin ma ġie finalment adottat għall-perjodi bejn l-2000 u l-2004 u bejn l-2005 u l-2008. Minflok, skont l-awtoritajiet Taljani, sar qbil fuq tibdil ad hoc fl-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq l-operaturi, bil-għan li s-servizzi jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, mingħajr madankollu ma jsiru bidliet sostanzjali fis-sistema tas-servizz pubbliku. |
|
(228) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tinnota li ma seħħet l-ebda bidla sostanzjali fis-sistema tas-servizz pubbliku meta mqabbla mas-sitwazzjoni ppreżentata fil-pjan ta’ ħames snin ta’ bejn l-1994 u l-1999, u għalhekk tassumi li l-kumpaniji komplew jipprovdu s-servizzi l-aktar taħt l-istess obbligi tas-servizz pubbliku li jikkonċernaw skeda, frekwenza, bastimenti, jew tariffi sal-iskadenza tal-Konvenzjonijiet Inizjali. |
5.1.3.2.
|
(229) |
Skont il-paragrafi 12 u 13 tal-Qafas SIEĠ tal-2012, l-għajnuna trid tingħata għal SIEĠ ġenwin u definit b’mod korrett. B’mod partikolari, l-Istati Membri ma jistgħux jorbtu obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti b’mod sodisfaċenti u taħt ċerti kundizzjonijiet, bħall-prezz, karatteristiċi oġġettivi ta’ kwalità, kontinwità u aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(230) |
Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi tal-Unjoni li jiddefinixxu l-ambitu għall-eżistenza ta’ SIEĠ, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa biex jiddefinixxu dak li jqisu bħala SIEĠ u, konsegwentement, id-definizzjoni ta’ servizzi bħal dawn minn Stat Membru tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni biss fil-każ ta’ żball evidenti (51). |
|
(231) |
Skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 4055/86, “il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi għandha tapplika fir-rigward ta’ ċittadini tal-IstatiMembri li huma stabbiliti fi Stat Membru differenti minn dak tal-persuna għal min is-servizzi huma intiżi”. Madankollu, b’mod differenti mir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, (52) ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86 ma jipprevedix eċċezzjonijiet possibbli għall-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali. |
|
(232) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, irrispettivament min-nuqqas ta’ dispożizzjoni espliċita li tirregola l-possibbiltà mill-Istati Membri li jikkonkludu kuntratti ta’ servizz pubbliku fir-rigward tas-servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri jew bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86 ma jżommx lill-Istati Membri milli jieħdu azzjonijiet bħal dawn. Skont il-paragrafu 9, it-tieni subparagrafu tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (“il-Linji Gwida Marittimi”, (53)"il-Kummissjoni taċċetta li, jekk servizz ta’ trasport internazzjonali jkun meħtieġ biex jissodisfa l-ħtiġijiet imperattivi ta’ trasport pubbliku, jistgħu jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku jew jistgħu jiġu konklużi kuntratti ta’ servizz pubbliku, sakemm kull kumpens ikun soġġett għar-regoli u l-proċeduri tat-Trattat imsemmija hawn fuq [ir-regoli u l-proċeduri tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja]". |
|
(233) |
Għalhekk, il-Kummissjoni se tillimita l-valutazzjoni tagħha għall-kwistjoni dwar jekk il-konnessjonijiet tat-trasport internazzjonali mmexxija minn Adriatica u Saremar kinux meqjusa bħala meħtieġa mill-Italja biex jissodisfaw il-ħtiġijiet imperattivi tat-trasport pubbliku. |
Rotot internazzjonali operati minn Adriatica
|
(234) |
Adriatica operat rotot internazzjonali bejn l-Italja, il-Greċja, l-Albanija, il-Montenegro u l-Kroazja rispettivament. |
|
(235) |
Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk kienx hemm operaturi kompetituri fuq dawn ir-rotot li joffru servizzi simili jew komparabbli ma’ dawk offruti mill-operatur pubbliku u li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi. L-awtoritajiet Taljani ma infurmaw lill-Kummissjoni b’ebda tibdil sostanzjali fl-obbligi tas-servizz pubbliku jew fis-sitwazzjoni kompetittiva ta’ dawn ir-rotot wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005. |
|
(236) |
Kif dettaljat hawn taħt, Adriatica ngħatat il-kompitu ta’ missjoni ta’ interess ġenerali li kienet tinvolvi spejjeż li l-kumpanija ma kinitx iġġarrab li kieku aġixxiet skont l-interess kummerċjali tagħha stess.
|
|
(237) |
Il-konnessjoni marittima Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras, li rabtet ir-reġjuni ċentrali tal-Unjoni Ewropea ma’ wieħed mir-reġjuni periferiċi tagħha, kienet ta’ importanza vitali għat-traffiku kummerċjali u turistiku, speċjalment minħabba l-instabilità politika, li kienet ikkawżat tfixkil għar-rabtiet alternattivi tal-art. |
|
(238) |
Fl-1977, fuq talba konġunta tal-awtoritajiet Taljani u Griegi, din il-konnessjoni marittima kienet inkluża fil-lista ta’ rotot ferrovjarji u servizzi ta’ vetturi bil-mutur u ta’ tbaħħir koperti mill-Konvenzjoni Internazzjonali tas-7 ta’ Frar 1970 dwar il-ġarr ta’ passiġġieri u bagalji bil-ferrovija (CIV). Sabiex ikunu jistgħu jipprovdu s-servizzi marittimi offruti fuq din ir-rotta, Adriatica ngħaqdet mal-Komunità tal-Eurail. |
|
(239) |
L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni fil-laqgħa tas-26 ta’ Ottubru 2001 wriet li, bejn l-1992 u l-1999, Adriatica operat medja ta’ 265 vjaġġ fis-sena fuq din ir-rotta, li kienet iġġorr medja annwali ta’ 161 440 passiġġier, 24 376 vettura u 104 437 metru lineari ta’ merkanzija. Kif indikat mill-awtoritajiet Taljani f’ittra datata s-17 ta’ Frar 2004, bejn l-1996 u l-1999 il-kompetituri ta’ Adriatica ma pprovdewx servizz li joffri l-istess garanziji f’termini tal-kwalità tal-bastimenti użati u fost l-oħrajn ir-regolarità u l-frekwenza tas-servizz. |
|
(240) |
Adriatica operat din ir-rotta sal-aħħar tal-1999. Meta ntemm il-pjan ta’ ħames snin ta’ bejn l-1995 u l-1999, Adriatica ssospendiet l-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti tagħha stess fir-rigward tal-konnessjoni Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras u waqfet tirċievi s-sussidji pubbliċi għall-operat ta’ din ir-rotta. Sabiex ikunu garantiti s-servizzi tal-passiġġieri bejn Brindisi u Patras koperti mill-Konvenzjoni CIV, bejn l-2000 u l-2004 Adriatica daħlet f’arranġamenti kuntrattwali ma’ operaturi marittimi oħra. |
|
(241) |
Il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Taljani kienu intitolati li jkopru telf operattiv fir-rigward ta’ servizzi skedati għal portijiet li jservu reġjuni remoti tal-Unjoni fejn l-operat tal-forzi tas-suq ma jiżgurax livell ta’ servizz suffiċjenti. Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-għoti ta’ sussidji pubbliċi għat-tħaddim ta’ din ir-rotta jista’ fil-prinċipju jkun ġustifikat. |
|
(242) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-operazzjoni minn Adriatica tal-konnessjonijiet marittimi bejn l-Italja u l-Greċja kienet tikkostitwixxi SIEĠ ġenwin.
|
|
(243) |
Il-konnessjonijiet mal-Albanija bdew fl-1983 meta, abbażi ta’ ftehim bilaterali bejn l-Italja u l-Albanija tal-1983, (54) Adriatica bdiet ir-rotta mħallta tal-passiġġieri u tal-merkanzija Trieste/Durrës. Bejn l-1991 u l-1998, it-traffiku bejn l-Italja u l-Albanija żdied b’mod esponenzjali: minn 20 096 passiġġier fl-1991 għal 357 078 passiġġier fl-1999. Il-konnessjonijiet imħaddma minn Adriatica (Trieste/Durrës, Ancona/Durrës u Bari/Durrës) kienu meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-trasport tal-popolazzjoni lokali, speċjalment tal-gruppi bi dħul aktar baxx, u biex iżommu relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat mal-Albanija. L-interess tal-Italja f’dan tal-aħħar huwa spjegat mir-rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi qawwija bejn iż-żewġ pajjiżi, il-mijiet ta’ eluf ta’ Albaniżi li emigraw lejn l-Italja fis-seklu 20 u l-ftit kolonisti Taljani li għexu fl-Albanija sal-1992. Barra minn hekk, fis-snin 90, il-laneċ ta’ Adriatica kellhom rwol ewlieni fl-appoġġ loġistiku u umanitarju pprovdut mill-Italja lill-Albanija matul il-kriżi politika Albaniża, li segwiet il-kollass tar-reġim tal-pajjiż. |
|
(244) |
Adriatica kienet suġġetta għal restrizzjonijiet f’termini tar-rotot li kellhom jitmexxew, il-frekwenza tagħhom u t-tariffi applikabbli (li kienu determinati ex-ante mill-Italja) u f’termini ta’ bastimenti/laneċ li kellhom jintużaw, li kellhom jiġu awtorizzati mill-amministrazzjoni Taljana. |
|
(245) |
Fir-rotta Trieste/Durrës (vjaġġ ta’ 25 siegħa), Adriatica ma ffaċċjat l-ebda kompetizzjoni. Fil-perjodu bejn l-1995 u l-1998, Adriatica kienet topera r-rotta darbtejn fil-ġimgħa tul is-sena kollha b’laneċ li jġorru l-passiġġieri u l-merkanzija. Il-kapaċità massima offruta kienet ta’ 800 passiġġier għal kull tluq. Fl-1999, wara emenda għall-pjan ta’ ħames snin bejn l-1995 u l-1999, approvata bid-Digriet Ministerjali tas-17 ta’ Lulju 1998, Adriatica kienet topera biss servizzi ta’ trasport tal-merkanzija fuq din ir-rotta. Mis-sena 2000 (jiġifieri mal-konklużjoni tat-tieni pjan ta’ ħames snin), l-Italja ddeċidiet li twaqqaf ir-rotta minħabba li d-domanda għat-traffiku fuq il-linja bdiet tonqos u kien ċar li l-operaturi privati li daħlu fis-suq kellhom jipprovdu servizzi suffiċjenti fuq il-linja. |
|
(246) |
Ukoll fuq ir-rotta Ancona/Durrës (vjaġġ ta’ 18-19-il siegħa), Adriatica ma ffaċċjat l-ebda kompetizzjoni. Skont il-pjan 1995-1999, Adriatica kellha topera din ir-rotta darbtejn fil-ġimgħa. Fl-2001, din ir-rotta kienet operata minn Adriatica erba’ darbiet fil-ġimgħa b’ħames laneċ li jġorru passiġġieri u merkanzija. Il-kapaċità massima offruta kienet ta’ 800-1 080 passiġġier (jiddependi mit-tip ta’ lanċa) għal kull tluq. Ir-rotta kienet operata sal-2004, meta Adria Ferries daħlet fis-suq b’kapaċità suffiċjenti biex tissodisfa d-domanda tas-suq (bl-użu ta’ lanċa b’kapaċità ta’ 800 passiġġier u 25 trakk). |
|
(247) |
Fuq ir-rotta Bari/Durrës (vjaġġ ta’ 8 siegħat), Adriatica operat f’kompetizzjoni ma’ operaturi oħra (tal-UE u mhux tal-UE), iżda madankollu użat bastimenti qodma u pprovdiet servizzi li ma kinux jiggarantixxu r-regolarità u l-affidabbiltà meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni. Skont il-pjan 1995-1999, Adriatica kellha topera din ir-rotta erba’ darbiet fil-ġimgħa. Fl-1998, wara emenda għall-pjan approvat mill-Ministeru, Adriatica operat din ir-rotta tliet darbiet fil-ġimgħa. Il-kapaċità totali offruta kienet ta’ 1 080 passiġġier kull tluq matul is-sena kollha. Id-data li tikkonċerna d-domanda fl-2001 turi li Adriatica kienet l-unika kumpanija li topera r-rotta li kienet tkun kapaċi tissodisfa d-domanda kollha tagħha matul is-sena kollha (jiġifieri 530 passiġġier kuljum fl-istaġun kalmu 1 050 passiġġier kuljum fl-eqqel staġun). Barra minn hekk, il-prezzijiet ta’ Adriatica ma kinux inqas mill-ispejjeż tal-kompetituri tagħha. L-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Taljani wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2005 mill-Qorti Ġenerali turi li r-riżultati tar-rotta Bari/Durrës kienu pożittivi fil-perjodu 2004-2008. Minkejja li l-awtoritajiet Taljani ma setgħux jipprovdu d-data għal kull linja għas-snin bejn l-2002 u l-2003, fit-tweġiba tagħhom tal-21 ta’ Diċembru 2018 huma kkonfermaw li Adriatica ma rċeviet l-ebda kumpens għall-operat tar-rotta fil-perjodu bejn l-2002 u l-2008. |
|
(248) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li Adriatica kienet l-unika kumpanija li tiżgura servizzi regolari u affidabbli ta’ trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bil-laneċ fuq ir-rotot Trieste/Durrës (sal-2000), Ancona/Durrës (sal-2004) u Bari/Durrës (sal-aħħar tal-2001) u li s-servizzi marittimi pprovduti minn Adriatica fuq dawn ir-rotot kienu jikkostitwixxu SIEĠs ġenwini. Fir-rigward tas-servizzi pprovduti minn Adriatica fir-rotta Bari/Durrës fil-perjodu bejn l-2002 u l-2008, m’hemmx bżonn li tiġi vvalutata l-eżistenza ta’ SIEĠs ġenwini għal dan il-perjodu, minħabba li ma ngħatat l-ebda għajnuna lil Adriatica bħala kumpens għall-forniment ta’ dawn is-servizzi.
|
|
(249) |
Dwar il-konnessjoni bejn l-Italja u l-Montenegro, Adriatica kienet topera r-rotot Ancona/Bar u Bari/Bar. Iż-żewġ konnessjonijiet ġew stabbiliti minn Adriatica fl-1997 fuq il-bażi ta’ talba mill-awtoritajiet Montenegrini għal konnessjoni marittima regolari bejn il-port kummerċjali tal-pajjiż u l-portijiet tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Italja, u ġew sospiżi fl-1999 minħabba l-gwerra fil-Kosovo. F’dak iż-żmien, l-Italja kellha interess li tiżgura konnessjonijiet regolari lejn u mill-Montenegro sabiex issaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali u tappoġġja l-proċess ta’ demokratizzazzjoni tal-Istati tar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (jiġifieri is-Serbja u l-Montenegro). Bar kienet l-uniku aċċess għall-baħar mir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja. |
|
(250) |
Il-konnessjoni marittima Ancona/Bar ġiet attivata mill-ġdid fl-2000 wara t-talba tal-awtoritajiet Montenegrini, li fl-2001 talbu wkoll żieda fil-frekwenza tas-servizzi pprovduti minn Adriatica. Fuq din ir-rotta, li kienet operata sal-2004, Adriatica qatt ma ffaċċjat kompetizzjoni. |
|
(251) |
Il-konnessjoni marittima Bari/Bar kienet operata minn Adriatica fl-1997 u l-1998 biss. Fuq din ir-rotta Adriatica iffaċċjat il-kompetizzjoni minn żewġ operaturi (il-kumpanija tal-laneċ tal-istat Montenegrin u operatur Sloven wieħed) li ma offrewx l-istess garanziji f’termini tal-kwalità tal-bastimenti. |
|
(252) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-servizzi marittimi pprovduti minn Adriatica bejn l-Italja u l-Montenegro kienu jikkostitwixxu SIEĠs ġenwini peress li Adriatica kienet l-unika kumpanija li tiżgura servizzi regolari u affidabbli ta’ trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bil-laneċ fuq dawn ir-rotot.
|
|
(253) |
Dwar il-konnessjoni bejn l-Italja u l-Kroazja, Adriatica operat ir-rotot Ancona/Split u Bari/Dubrovnik. |
|
(254) |
L-operazzjoni tal-konnessjoni marittima Ancona/Split bejn l-Italja u l-Kroazja, mogħtija lill-operaturi privati fl-1960, ġiet ittrasferita lil Adriatica bil-Liġi Nru 42 tas-27 ta’ Frar 1978. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani indikat li s-servizzi ġew interrotti fl-1991, u li sussegwentement reġgħu bdew fl-1994 fuq talba espliċita tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja. Barra minn hekk, l-Italja kellha interess li tiżgura konnessjonijiet regolari mal-Kroazja (u b’mod partikolari r-reġjun tad-Dalmatia) meta jitqies l-għadd sinifikanti ta’ Taljani u ta’ persuni ta’ dixxendenza Taljana li jgħixu fir-reġjun. Minkejja l-fluttwazzjonijiet ikkawżati mill-kriżi tal-Kosovo, it-traffiku żviluppa b’mod konsiderevoli mill-1994. Adriatica użat bastiment imħallat biex jagħmel żewġ vjaġġi kull ġimgħa madwar is-sena kollha filwaqt li l-operaturi l-oħra (wieħed Kroat, wieħed Liberjan u operatur wieħed tal-Unjoni Ewropea) essenzjalment kienu preżenti biss matul l-istaġun tas-sajf u ma ssodisfawx ir-rekwiżiti kollha tas-servizz stipulati mill-awtoritajiet Taljani fil-ftehim. Ir-rotta twaqqfet fl-2006. |
|
(255) |
Il-konnessjoni marittima Bari/Dubrovnik kienet operata minn Adriatica biss fl-1997 u l-1998. L-uniku kompetitur f’din ir-rotta kien il-kumpanija Kroata tal-laneċ li hija proprjetà tal-Istat. |
|
(256) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-servizzi marittimi pprovduti minn Adriatica bejn l-Italja u l-Kroazja kienu jikkostitwixxu SIEĠs ġenwini peress li Adriatica kienet l-unika kumpanija li tiżgura servizzi regolari u affidabbli ta’ trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bil-laneċ fuq dawn ir-rotot. |
Rotta internazzjonali operata minn Saremar
|
(257) |
Saremar operat ir-rotta internazzjonali Santa Teresa di Gallura/Bonifacio bejn Sardinja u Korsika. |
|
(258) |
Il-Kummissjoni tqis li l-operat minn Saremar tar-rotta Sardenja/Korsika (Santa Teresa/Bonifacio) jissodisfa ħtieġa ġenwina li ma setgħetx tiġi ssodisfata mis-suq waħdu. |
|
(259) |
B’mod partikolari, fuq din ir-rotta Saremar operat żewġ vjaġġi bir-ritorn kuljum is-sena kollha bl-użu ta’ bastiment imħallat b’kapaċità totali ta’ 560 passiġġier u 51 vettura bil-mutur. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani wriet li din kienet konnessjoni transfruntiera fuq distanza qasira (10 mili nawtiċi) ta’ interess prinċipalment lokali, kemm għall-komunitajiet ta’ Sardenja kif ukoll għall-komunitajiet ġirien ta’ Korsika. Il-konnessjoni skedata bejn Santa Teresa u Bonifacio serviet primarjament biex tiżgura l-mobbiltà tal-ħaddiema transfruntiera bejn Korsika tan-nofsinhar u Sardinja tat-tramuntana. L-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani wriet li din ir-rabta kienet intalbet b’mod espliċitu mill-komunitajiet lokali ta’ Sardinja u ta’ Korsika. |
|
(260) |
Is-servizz ipprovdut mill-kompetitur ma ssodisfax ir-rekwiżiti dwar ir-regolarità u l-frekwenza imposti mill-awtoritajiet Taljani. Barra minn hekk, l-operatur inkwistjoni ma kienx preżenti b’mod konsistenti matul l-istaġun kollu. |
|
(261) |
Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-objettiv, jiġifieri l-espressjoni ta’ ħtieġa leġittima tal-pubbliku espressa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati, li jingħata servizz skedat matul is-sena kollha bejn żewġ reġjuni insulari, ma setax jintlaħaq bis-saħħa tal-libertà tal-forzi tas-suq. Ir-rotta internazzjonali operata minn Saremar kienet għalhekk tikkostitwixxu SIEĠ ġenwin. |
5.1.3.3.
|
(262) |
B’konformità mal-paragrafi 15 u 16 tal-Qafas SIEĠ tal-2012, il-benefiċjarji kienu espliċitament fdati bil-forniment tas-servizzi inkwistjoni permezz tal-Konvenzjonijiet Inizjali u, għall-perjodi ta’ żmien applikabbli, il-pjanijiet ta’ ħames snin, li jispeċifikaw b’mod ċar il-kontenut u t-tul ta’ żmien tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, il-benefiċjarji u l-mekkaniżmu ta’ kumpens. |
|
(263) |
Il-Konvenzjonijiet Inizjali huma kuntratti ta’ servizz pubbliku konklużi mill-Istat Taljan ma’ kull waħda mill-ħames Kumpaniji Reġjonali tal-ex Grupp Tirrenia. Dawn il-kuntratti imponew fuq il-kumpaniji l-obbligu li jipprovdu s-servizzi (f’termini ta’ linji, frekwenzi, tip ta’ bastimenti u nollijiet – ara l-premessa 97) deskritti fil-pjanijiet ta’ ħames snin u jistabbilixxu r-regoli ewlenin li fuqhom huwa bbażat il-mekkaniżmu ta’ kumpens applikat fil-pjanijiet ta’ ħames snin. Kif imsemmi fil-premessi 95 u 96, il-Konvenzjonijiet Inizjali ppreskrivew li l-ammont ta’ sussidju annwali jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ applikazzjoni sottomessa mill-benefiċjarju u approvata mill-Ministeru. Il-Konvenzjonijiet Inizjali taw dettalji dwar id-diversi elementi ta’ dħul u spejjeż li għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tal-kumpens u r-redditu fuq il-kapital investit. L-Artikolu 3 tal-Konvenzjonijiet Inizjali jipprevedi wkoll arranġamenti biex jiġi evitat u rkuprat kull kumpens żejjed. Min-naħa l-waħda, il-Kumpaniji Reġjonali kienu obbligati jikkomunikaw minnufih lill-Ministeru kull bidla rilevanti fir-riżultati previsti fl-applikazzjoni ppreżentata, sabiex il-kumpens ikun jista’ jiġi aġġustat fil-pront. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ kumpens żejjed kien ukoll ikkontrollat ex post u l-kumpaniji Reġjonali kienu obbligati li jirritornaw lill-Istat kull ammont żejjed li rċevew. |
|
(264) |
Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw bl-istess mod għall-Kumpaniji Reġjonali kollha. |
5.1.3.4.
|
(265) |
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Italja, il-kumpens mogħti lil Adriatica u Saremar għall-operat tar-rotot internazzjonali kien jikkorrispondi għat-telf nett irreġistrat fuq ir-rotta. |
|
(266) |
Fir-rigward tar-raġonevolezza tal-kumpens, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessi 168 u 163-172, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens li kien limitat għall-ispejjeż netti mġarrba fil-forniment tas-servizzi u r-ritorn permess lill-operatur kien raġonevoli, b’konformità mal-paragrafi 21 u 22 tal-Qafas SIEĠ tal-2012. Barra minn hekk, mill-inqas sa mill-1 ta’ Jannar 2004, inżammu kontijiet separati għal kull linja għall-attivitajiet kollha ta’ servizz pubbliku imposti mill-Italja fuq il-Kumpaniji Reġjonali. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-kumpaniji Reġjonali kkonformaw mal-obbligu ta’ trasparenza introdott mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (55) (ara l-paragrafu 18 tal-Qafas SIEĠ tal-2012). |
|
(267) |
Speċifikament rigward l-investiment skedat fil-pjanijiet ta’ ħames snin, il-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni ta’ Ftuħ, esprimiet dubji dwar l-arranġamenti ta’ finanzjament għall-investimenti meħtieġa sabiex jiġu pprovduti s-servizzi ssussidjati skont il-Konvenzjonijiet Inizjali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni riedet tevalwa sa liema punt l-ispejjeż tal-akkwist u d-deprezzament tal-bastimenti daħlu fil-kalkolu tal-kumpens annwali. Barra minn hekk, il-fatt li l-Kumpaniji Reġjonali kienu garantiti sussidju, li kien jinkludi l-ispiża tad-deprezzament tal-flotta tagħhom sal-2008, seta’ jitqies bħala garanzija impliċita min-naħa tal-Istat Taljan, li tippermetti li l-operatur pubbliku ma jerfax ir-riskju ekonomiku inerenti f’kull investiment. |
|
(268) |
Il-Konvenzjonijiet Inizjali kienu jeħtieġu li l-kumpaniji Reġjonali jużaw bastimenti ta’ inqas minn għoxrin sena fuq ir-rotot sussidjati u li jkunu proprjetarji ta’ dawn il-bastimenti (sakemm l-awtoritajiet pubbliċi ma jkunux espressament taw eżenzjoni). Dan l-obbligu, li jikkostitwixxi obbligu ta’ servizz pubbliku, wassal lill-Kumpaniji Reġjonali biex iġeddu parti sostanzjali mill-flotta tagħhom matul il-perjodu tal-Konvenzjonijiet Inizjali, minħabba l-età milħuqa mill-bastimenti użati fuq ir-rotot koperti mill-ewwel pjan ta’ ħames snin (bejn l-1990 u l-1994). Barra minn hekk, it-tip ta’ bastiment li għandu jintuża fuq kull waħda mir-rotot moqdija mill-kumpaniji ġie stabbilit permezz ta’ digriet ministerjali li japprova jew jemenda kull pjan ta’ ħames snin. L-akkwist ta’ kwalunkwe bastiment ġdid, bħal pereżempju t-trasferiment jew id-diżattivazzjoni tal-eqdem bastimenti, kellu jiġi awtorizzat permezz ta’ digriet ministerjali, li jispeċifika wkoll is-servizz li għalih kellu jiġi assenjat il-bastiment. L-investimenti tal-Kumpaniji Reġjonali kellhom ukoll ikunu konformi mal-istrateġija għall-iżvilupp tas-servizzi pprovduti matul il-perjodu ta’ referenza ta’ ħames snin kif ifformulat fil-pjan ta’ ħames snin approvat mill-awtorità pubblika. |
|
(269) |
Fid-dawl ta’ dawn ir-regoli speċifiċi, il-Kummissjoni eżaminat jekk, matul il-perjodi ta’ ħames snin bejn l-1990 u l-1994 u bejn l-1995 u l-1999, l-ispejjeż tal-akkwist u l-ispejjeż tad-deprezzament tal-bastimenti użati mill-Kumpaniji Reġjonali fuq ir-rotot tas-servizz pubbliku ssodisfawx ir-rekwiżiti stipulati mill-awtoritajiet Taljani u tqisux b’mod proporzjonat meta ġie kkalkulat il-kumpens annwali. L-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Taljani wriet li, meta ġew introdotti bastimenti ġodda, il-bastimenti qodma kienu ġew iddekummissjonati simultanjament, bir-riżultat li ma kienx hemm żieda ġenerali fil-kapaċità marbuta mat-tiġdid tal-flotot tal-Kumpaniji Reġjonali. |
|
(270) |
Fir-rigward tal-ispejjeż tal-akkwist ta’ bastimenti ġodda, l-istess informazzjoni wriet li: (i) dan ix-xiri sar parzjalment bir-riżorsi proprji tal-kumpanija u parzjalment permezz ta’ self bankarju; (ii) ir-rati tal-imgħax mitluba mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu involuti kienu konformi mar-rati li kienu jgawdu matul l-istess perjodu minn kumpaniji ta’ daqs u fatturat komparabbli f’setturi oħra tal-ekonomija (56); (iii) il-Kumpaniji Reġjonali ma gawdew mill-ebda garanzija diretta mill-awtoritajiet Taljani għall-ħlas lura ta’ dan is-self. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-eżistenza nnifisha ta’ ftehim mal-Istat assigurat lill-investituri li l-impenji tagħhom kienu jiġu onorati u ppermettew lill-Kumpaniji Reġjonali jimmodernizzaw il-flotot tagħhom mingħajr ma jġorru r-riskji ekonomiċi li kellhom jinġarru minn operatur kummerċjali. Madankollu, dan il-vantaġġ kien intrinsiku għall-arranġamenti introdotti mill-Konvenzjonijiet Inizjali, li ġew konklużi għal perjodu ta’ għoxrin sena qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u l-Linji Gwida Marittimi. Barra minn hekk, kif diġà ġie nnutat, il-bastimenti l-ġodda akkwistati mill-Kumpaniji Reġjonali skont il-Konvenzjonijiet Inizjali kienu assenjati esklussivament għas-servizzi skedati speċifikati fil-pjanijiet ta’ ħames snin. Konsegwentement, dan il-vantaġġ kien parti integrali mill-Konvenzjonijiet inizjali. |
|
(271) |
Fir-rigward tal-ispejjeż ta’ deprezzament tal-bastimenti użati mill-Kumpaniji Reġjonali fuq ir-rotot koperti mill-pjanijiet ta’ ħames snin, il-Kummissjoni tinnota li dawn huma parti mill-elementi ta’ spejjeż li, skont it-termini tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjonijiet inizjali, ddaħħlu fil-kalkolu tas-sussidju annwali. Skont il-kriterji stabbiliti fil-Konvenzjonijiet inizjali, id-deprezzament ġie kkalkulat b’mod lineari fuq perjodu ta’ għoxrin sena, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti b’veloċità ultra għolja, li t-tul ta’ żmien tagħhom kien limitat għal ħmistax-il sena. Peress li l-eżami tal-kontijiet analitiċi ta’ dawn ir-rotot ma żvela l-ebda element ta’ kumpens żejjed, il-Kummissjoni ssostni li l-mekkaniżmu introdott mill-Konvenzjonijiet Inizjali biex jiġi kkunsidrat id-deprezzament tal-bastimenti meta jiġi kkalkulat il-kumpens annwali jista’ jiġi awtorizzat skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
|
(272) |
L-għoti ta’ SIEĠ jippresupponi l-użu ta’ bastimenti ta’ tip u kapaċità speċifikati minn qabel mill-awtoritajiet pubbliċi, li d-deprezzament tagħhom jista’ għalhekk jitqies fil-kalkolu tal-kumpens annwali, sakemm il-bastimenti inkwistjoni jkunu nkisbu mill-kumpanija f’kundizzjonijiet normali tas-suq u sabiex jitwettqu l-kompiti fdati lilha u jintużaw esklussivament għas-servizzi tat-trasport skedati fuq ir-rotot koperti mill-ftehim. |
|
(273) |
Fil-każ tal-Kumpaniji Reġjonali, il-Kummissjoni tinnota li l-bastimenti kollha kkonċernati ntużaw esklussivament għas-servizzi pubbliċi u li, b’riżultat ta’ dan, id-deprezzament tagħhom jista’ jitqies għal kollox fil-kalkolu tas-sussidju annwali. L-istess jgħodd għall-investimenti meħtieġa biex jiġu pprovduti s-servizzi preskritti mill-awtoritajiet Taljani għall-perjodu ta’ ħames snin bejn l-2000 u l-2004, li jikkorrispondu, f’termini ta’ tip u kapaċità, mal-impenji li daħlu għalihom dawk l-awtoritajiet fir-rigward tal-livell tas-servizz. |
|
(274) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-ħtieġa li jiġu amortizzati l-investimenti meħtieġa għall-forniment tas-servizz kienet tiġġustifika t-tul ta’ żmien relattivament twil tal-perjodu ta’ inkarigu (ara l-paragrafu 17 tal-Qafas SIEĠ tal-2012). |
|
(275) |
Fir-rigward tal-investimenti addizzjonali skedati fil-pjan tan-negozju għall-perjodu mill-1999 sal-2002, l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ġiet sospiża wara l-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali u ma tkomplitx. |
5.1.3.5.
|
(276) |
Il-proċedura skont l-Artikolu 108 TFUE ma għandhiex tipproduċi riżultat li jkun kuntrarju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat (57). Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax madankollu tiddikjara li l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern meta ċerti kondizzjonijiet tagħha jmorru kontra dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat. L-obbligu tal-Kummissjoni li tiżgura li l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE jiġu applikati b’mod konsistenti ma’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat huwa aktar u aktar meħtieġ meta dawn id-dispożizzjonijiet l-oħra jfittxu wkoll, bħal f’dan il-każ partikolari, l-għan ta’ kompetizzjoni mingħajr distorsjoni fis-suq intern (58). |
|
(277) |
Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Qafas SIEĠ tal-2012, kif ivvalutat hawn fuq, hija normalment biżżejjed biex tiżgura li l-għajnuna ma tfixkilx il-kompetizzjoni b’mod li jkun kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni (ara l-paragrafu 51 tal-Qafas SIEĠ tal-2012). |
|
(278) |
Madankollu, fir-rigward ta’ Adriatica, il-Kummissjoni tinnota li, bejn it-30 ta’ Ottubru 1990 u Lulju 1994, Adriatica kienet involuta f’kartell tal-iffissar tal-prezzijiet għat-tariffi għall-vetturi kummerċjali fuq ir-rotta Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras, bi ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE, (59) filwaqt li kienet qed tirċievi għajnuna biex topera din ir-rotta. Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005 il-Qorti kkonfermat din il-valutazzjoni (60). |
|
(279) |
Il-kumpens għal servizz pubbliku mħallas għall-operat tar-rotta Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras minn Jannar 1992 sa Lulju 1994, meta l-benefiċjarju kien involut fil-kartell tal-iffissar tal-prezzijiet ipprojbit mill-Artikolu 101 tat-TFUE, ma jistax jitqies kompatibbli mas-suq intern. Filwaqt li l-għan tal-kumpens għas-servizz pubbliku kien preċiżament li jiffaċilita t-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri fuq ir-rotta Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras, il-benefiċjarju tal-għajnuna pparteċipa f’kartell ta’ ffissar tal-prezzijiet u li kien jimpedixxi t-trasport ta’ merkanzija fuq din l-istess rotta eżatta. Għalhekk, il-parteċipazzjoni ta’ Adriatica fil-kartell kienet f’kontradizzjoni diretta mal-għan tal-għajnuna tal-SIEĠ li ngħatat lil Adriatica sabiex jiġi ffaċilitat it-trasport marittimu fuq din ir-rotta. |
|
(280) |
Minn dan jirriżulta li s-sejba ta’ għajnuna inkompatibbli u konsegwentement l-ordni tal-irkupru ta’ din l-għajnuna ma tikkostitwixxix penali ġdida, kif qed issostni l-Italja. Din l-inkompatibbiltà sempliċiment tirriżulta mill-parteċipazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna f’kartell li jkopri s-servizzi li l-benefiċjarju kellu jagħmel aktar aċċessibbli għall-konsumaturi aktar milli jagħmel kartell minnhom għad-detriment tal-konsumaturi. Minħabba t-tip ta’ servizz provdut b’kumpens pubbliku, li simultanjament ipprovda għal vetturi kummerċjali, passiġġieri u merkanzija, l-involviment tal-benefiċjarju f’kartell imfassal biex jiffissa l-prezzijiet għat-trasport ta’ vetturi kummerċjali jippermetti li jsiru konklużjonijiet għall-konnessjoni kollha kemm hi. Il-kartell kien immirat lejn it-traffiku kummerċjali ħafna tal-vetturi li l-awtoritajiet Taljani xtaqu jiffaċilitaw permezz tas-sussidju. |
|
(281) |
Barra minn hekk, il-kartell fixkel ħafna l-kompetizzjoni fis-suq rilevanti, jiġifieri fir-rotta Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras, filwaqt li l-għajnuna SIEĠ fuq dik l-istess rotta kellha tingħata b’mod li tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għall-minimu. Il-parteċipazzjoni tal-benefiċjarju f’kartell ta’ ffissar tal-prezzijiet fuq din ir-rotta amplifikat l-effetti ta’ distorsjoni tal-għajnuna u kkawżat effetti negattivi sinifikanti fuq Stati Membri oħra u fuq il-funzjonament tas-suq intern. Barra minn hekk, huwa plawsibbli li, fin-nuqqas tas-sussidji pubbliċi, Adriatica ma kienx ikollha s-saħħa ekonomika li tipparteċipa fil-kartell. |
|
(282) |
Fl-aħħar nett, tul dan il-perjodu, Adriatica kienet ikkontrollata kompletament minn kumpanija pubblika. Għalhekk, din il-parti tal-awtoritajiet Taljani kienet taf dwar il-kartell u l-effetti negattivi tiegħu fuq il-konsumaturi, filwaqt li parti oħra tal-awtoritajiet Taljani kompliet tagħti għajnuna minn SIEĠ li suppost kellha tgħin lill-konsumaturi fuq din l-istess rotta b’distorsjonijiet limitati għall-kompetizzjoni kemm jista’ jkun. |
|
(283) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku lil Adriatica għall-operazzjoni tar-rotta Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras bejn Jannar 1992 u Lulju 1994 hija inkompatibbli mas-suq intern. |
5.2. It-trattament fiskali preferenzjali
|
(284) |
Fil-perjodu bejn l-1996 u l-2008, il-bastimenti tal-Grupp Tirrenia kienu jgawdu minn trattament fiskali preferenzjali għall-provvista tagħhom ta’ fjuwil u ta’ żejt lubrikanti użati bħala fjuwil għat-tbaħħir. |
|
(285) |
L-Italja kienet introduċiet dan it-trattament preferenzjali permezz tad-Digriet Amministrattiv Nru 504 tas-26 ta’ Ottubru 1995 u estendietu għall-bastimenti kollha stabbiliti f’port għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni wara deċiżjoni tat-2 ta’ Marzu 1996. |
|
(286) |
Fis-Sentenza tagħha tal-10 ta’ Mejju 2005 fil-Kawża C-400/99, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li t-trattament fiskali ma kellux jiġi sospiż bħala għajnuna illegali, minħabba li fl-1996 l-awtoritajiet Taljani estendew it-trattament lill-bastimenti kollha rmiġġati f’port għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni. |
|
(287) |
Irrispettivament mill-kwistjoni jekk tali miżura kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tinnota li, wara d-Deċiżjoni tal-2005, la l-Kummissjoni u lanqas l-Italja li kienet qed taġixxi fuq talba tal-Kummissjoni ma ħadu azzjoni fir-rigward ta’ din il-miżura. Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni dwar dan il-punt tiġi wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ 10 snin (61). |
|
(288) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-trattament fiskali preferenzjali għandu jitqies bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Proċedurali l-ġdid. |
6. KONKLUŻJONIJIET
|
(289) |
Il-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lill-Kumpaniji Reġjonali ta’ dak li qabel kien il-Grupp Tirrenia għall-operat tar-rotot ta’ kabotaġġ sa tmiem l-2008 jikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu tal-1992. |
|
(290) |
Il-kumpens tas-servizz pubbliku mogħti lil Saremar u lil Adriatica għall-operat ta’ rotot internazzjonali skont il-Konvenzjonijiet Inizjali sal-aħħar tal-2008 jikkostitwixxi għajnuna ġdida. Għajnuna bħal din hija kompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna mogħtija lil Adriatica għall-perjodu minn Jannar 1992 sa Lulju 1994 għall-operazzjoni tal-konnessjoni Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras li hija inkompatibbli mas-suq intern minħabba li kienet marbuta mill-qrib ma’ kartell ipprojbit mill-Artikolu 101 tat-TFUE. |
|
(291) |
It-trattament fiskali preferenzjali tal-provvista tal-fjuwil u taż-żejt lubrikanti, kif applikat għall-bastimenti tal-Grupp Tirrenia fil-perjodu bejn l-1995 u l-2008, jikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament Proċedurali l-ġdid. |
7. IRKUPRU
|
(292) |
Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, il-Kummissjoni hija kompetenti biex tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat għandux jabolixxi jew jibdel l-għajnuna meta tkun sabet li din tkun inkompatibbli mas-suq intern (62). Il-Qrati tal-Unjoni sostnew ukoll b’mod konsistenti li l-obbligu fuq Stat Membru li jabolixxi l-għajnuna li l-Kummissjoni tqis inkompatibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kif kienet qabel (63). |
|
(293) |
F’dan il-kuntest, il-Qrati tal-Unjoni stabbilew li dan l-objettiv jintlaħaq ġaladarba r-riċevitur ikun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna illegali, biex b’hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq intern, u tkun ġiet restawrata s-sitwazzjoni ta’ qabel il-ħlas tal-għajnuna (64). |
|
(294) |
B’konformità mal-ġurisprudenza, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jiddikjara li “fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna kontra l-liġi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju […]”. |
|
(295) |
B’hekk, minħabba li l-miżura mogħtija lil Adriatica msemmija fil-premessa (290) ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, u trid titqies bħala għajnuna illegali u inkompatibbli, din trid tiġi rkuprata sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti fis-suq qabel l-għoti tagħha. L-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jinkludi l-imgħax sal-irkupru effettiv. |
|
(296) |
Fit-22 ta’ Lulju 2004, b’effett mill-1 ta’ Settembru 2004, Adriatica ġiet amalgamata ma’ Tirrenia u din tal-aħħar ħadet ir-rotot operati minn Adriatica. L-assi kollha, l-obbligazzjonijiet u l-kuntratti li kienu għaddejjin dak iż-żmien ittieħdu minn Tirrenia, li kienet l-unika entità li salvat mill-amalgamazzjoni. |
|
(297) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2005, l-Italja ordnat l-irkupru tal-għajnuna mogħtija lil Adriatica minn Jannar 1992 sa Lulju 1994 għall-operazzjoni tal-konnessjoni Brindisi/Korfu/Igoumenitsa/Patras, ikkwantifikata mill-awtoritajiet Taljani għal EUR 8 651 600 mill-31 ta’ Diċembru 2006 (EUR 3 207 810 kapital u EUR 5 443 790 imgħax) (65). Fid-deċiżjoni ta’ rkupru tagħha tat-28 ta’ Frar 2007, indirizzata lil Tirrenia, l-Italja kienet responsabbli li tħallas ammont addizzjonali għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u d-data effettiva tal-ħlas tal-ammont imsemmi qabel. Fis-26 ta’ Marzu 2007, Tirrenia ħallset lura EUR 8 651 600. Fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Diċembru 2018, l-Italja kkonfermat li, wara s-sentenza tal-2009 li annullat id-Deċiżjoni tal-2005, hija ma kinitx irritornat is-somom irkuprati lill-benefiċjarju. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jidher li Tirrenia ma ntalbitx tħallas lura fondi addizzjonali għall-imgħax akkumulat bejn il-31 ta’ Diċembru 2006 u s-26 ta’ Marzu 2007. |
|
(298) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani se jkollhom jikkalkolaw mill-ġdid l-ammont totali ta’ imgħax dovut, akkumulat fuq l-ammont prinċipali ta’ għajnuna stabbilit għal EUR 3 207 810, mid-data meta l-għajnuna tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tar-rimborż sħiħ. Wara dan, l-awtoritajiet Taljani għandhom inaqqsu mir-riżultat ta’ dan il-kalkolu l-ammont ta’ imgħax li diġà tħallas mill-benefiċjarju fit-28 ta’ Frar 2007. |
|
(299) |
Il-Kummissjoni tinnota li fl-2007 l-Italja kienet tal-fehma, u li reġgħet qieset f’Diċembru 2018, li Tirrenia kienet responsabbli li tħallas lura l-għajnuna mogħtija lil Adriatica, kif deskritt fil-premessa 297. Barra minn hekk, Tirrenia aċċettat din il-konstatazzjoni billi ħallset lura l-għajnuna dovuta minn Adriatica, kif deskritt fil-premessa 297. Madankollu, il-Kummissjoni issa se tanalizza wkoll b’mod awtonomu l-kontinwità ekonomika possibbli bejn Adriatica u Tirrenia, biex tiddetermina liema kumpanija għandha tħallas lura l-għajnuna. |
8. IL-KONTINWITÀ EKONOMIKA
|
(300) |
Fil każ ta’ bejgħ jew trasferiment sussegwenti tal-benefiċjarju ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli, l-obbligu ta’ ħlas lura jista’ jiġi estiż għal impriżi oħra li l-ishma jew in-negozju tal-benefiċjarju ġew trasferiti lilhom (suċċessuri) (66). Kwalunkwe impriża li tkompli n-negozju tal-impriża inizjali għandha titqies bħala l-benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat, sakemm kien hemm aspetti tat-trasferiment li jindikaw li n-negozju kien fil-fatt qed jitkompla. Barra minn hekk, f’każijiet ta’ amalgamazzjonijiet jew forom oħra ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju, l-obbligu li titħallas lura l-għajnuna jista’ jiġi mgħoddi lill-entità li tkun għada taħdem (67). Meta, għall-kuntrarju, ikun jista’ jintwera li l-benefiċċju tal-għajnuna illegali jibqa’ tal-benefiċjarju inizjali (minkejja t-trasferiment ta’ xi wħud mill-assi tiegħu), l-obbligu ta’ ħlas lura jibqa’ mal-benefiċjarju oriġinali tal-għajnuna. |
|
(301) |
Skont id-deċiżjoni tal-Qorti tat-8 ta’ Mejju 2003 l-Italja u SIM 2 vs. il-Kummissjoni, (68) li fuqha l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward ta’ Olympic Airlines, Alitalia u SERNAM, (69) il-valutazzjoni tal-kontinwità ekonomika bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u l-impriża li lilha ġew trasferiti l-assi tagħha, hija stabbilita permezz ta’ sett ta’ indikaturi. Il-fatturi li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati, iżda m’għandhomx għalfejn jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv biex tiġi stabbilita l-kontinwità ekonomika bejn żewġ kumpaniji (70):
|
|
(302) |
Adriatica kienet kompletament proprjetà ta’ Tirrenia. Barra minn hekk, is-sidien finali ta’ Tirrenia kienu l-istess bħal dawk ta’ Adriatica (jiġifieri l-kumpanija pubblika Fintecna – Finanziaria per i Settori Industriale e dei Servizi SpA, li kienet l-uniku azzjonist ta’ Tirrenia mit-30 ta’ Jannar 2004). Dawn huma indikazzjonijiet qawwija ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpaniji, meta mqabbla ma’ xenarju differenti fejn is-sidien kienu entitajiet mhux relatati. |
|
(303) |
Il-bejgħ ta’ Adriatica lil Tirrenia kien essenzjalment trasferiment sempliċi bejn sussidjarja u s-sid tagħha, fejn ma kienet organizzata l-ebda offerta u ma tħallas l-ebda prezz. |
|
(304) |
Fir-rigward tal-ambitu tat-tranżazzjoni, Adriatica inbiegħet bħala negozju avvjat u Saremar ħadet f’idejha l-obbligi kollha tagħha skont il-Konvenzjoni Inizjali konkluża bejn Adriatica u l-Istat Taljan. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li turi li Saremar introduċiet xi bidla fil-politika kummerċjali, tal-persunal jew tal-produzzjoni ta’ Adriatica wara li ħadet f’idejha n-negozju tagħha direttament. Aktar ma tkun kbira l-parti tan-negozju oriġinali li tiġi trasferita lil entità ġdida, aktar tkun għolja l-probabbiltà li l-attività ekonomika relatata ma’ dawn l-assi tkun sempliċement kontinwazzjoni tan-negozju preċedenti, li xorta waħda tibbenefika mill-għajnuna inkompatibbli. F’dan il-każ, Tirrenia ħadet f’idejha s-sett kollu ta’ assi, ta’ obbligazzjonijiet u ta’ relazzjonijiet kuntrattwali ta’ Adriatica. |
|
(305) |
Fir-rigward tal-iskop tat-tranżazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li għalkemm ma għandhiex evidenza diretta li l-intenzjoni tat-tranżazzjoni kienet li tevita d-deċiżjoni ta’ rkupru u b’hekk taħrab l-effetti tagħha, Tirrenia ddeċidiet li tieħu f’idha lil Adriatica jumejn wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tal-2005. Iż-żmien għalhekk jissuġġerixxi li ż-żewġ kumpaniji kienu konxji tal-investigazzjoni li kienet għaddejja mill-Kummissjoni u jista’ jkun li qisuha fid-deċiżjoni li jgħaqqdu l-attivitajiet tagħhom f’Tirrenia. Barra minn hekk, il-loġika ekonomika tat-tranżazzjoni kienet b’mod ċar li jitkomplew l-istess attivitajiet ta’ Adriatica taħt l-isem ta’ Tirrenia. |
|
(306) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm kontinwità ekonomika bejn Tirrenia u Adriatica u li l-irkupru għal Adriatica skont id-deċiżjoni preżenti jeħtieġ li jiġi estiż għal Tirrenia. Fil-fatt, bil-preżenza operattiva kontinwa tagħha fis-suq, Tirrenia kompliet tibbenefika mill-għajnuna mill-Istat li rċevew l-attivitajiet ekonomiċi ta’ Adriatica u li kompliet tfixkel is-suq. |
|
(307) |
Għalhekk, meta twettaq il-kalkolu mill-ġdid imsemmi fil-premessa 298, l-Italja tista’ tqis il-ħlas lura ta’ EUR 5 443 790 li sar fis-26 ta’ Marzu 2007, sakemm dawn il-fondi ma kinux aktar tard rimborżati lil Tirrenia, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għajnuna mogħtija lil Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-31 ta’ Diċembru 2008 bħala kumpens għat-tħaddim ta’ rotot domestiċi tikkostitwixxi għajnuna eżistenti.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-għajnuna mogħtija mill-Italja lil Adriatica u Saremar bejn l-1 ta’ Jannar 1992 u l-31 ta’ Diċembru 2008 bħala kumpens għall-operat ta’ rotot internazzjonali hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE.
3. L-għajnuna lil Adriatica għall-perjodu minn Jannar 1992 sa Lulju 1994 fir-rigward tal-konnessjoni Brindisi/Corfu/Igoumenitsa/Patras, li daħlet fis-seħħ illegalment bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, hija inkompatibbli mas-suq intern.
4. It-trattament fiskali taż-żjut minerali użati bħala fjuwil għat-tbaħħir għandu jitqies bħala għajnuna eżistenti minħabba li la l-Kummissjoni u lanqas l-Italja li kienu qed jaġixxu għal talba tal-Kummissjoni ma ħadu azzjoni fir-rigward ta’ din il-miżura qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni għall-irkupru tal-għajnuna pprovduta mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589.
Artikolu 2
1. L-Italja għandha tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna imsemmija fl-Artikolu 1(3).
2. L-ammonti li jridu jiġu rkuprati għandu jkollhom l-imgħax mid-data li fiha jkunu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sal-irkupru attwali tagħhom.
3. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u r-Regolament (KE) Nru 271/2008 (71) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.
4. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Italja diġà rkuprat mingħand il-benefiċjarju l-ammont prinċipali tal-għajnuna u parti mill-imgħax tal-irkupru dovut.
Artikolu 3
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. L-Italja għandha tiżgura li din id-deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għandha tagħti l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
l-ammont totali (somma kapitali ewlenija u mgħaxijiet) li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri diġà meħuda u ppjanati biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jroddu lura l-għajnuna. |
2. L-Italja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(3) ma tkunx irkuprata għal kollox. Għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba mill-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u mgħaxijiet diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.
Artikolu 5
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Il-Kummissjoni tista’ tippubblika l-ammonti ta’ għajnuna u l-imgħaxirkuprati b’applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2015/1589.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C 306, 23.10.1999, p. 2.
(2) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(3) Is-Sentenza tal-10 ta’ Mejju 2005, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-400/99, ECLI :EU:C:2005:275, il-punt 34.
(4) Is-Sentenza tal-20 ta’ Ġunju 2007, Tirrenia di Navigazione SpA u oħrajn vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-246/99, ECLI :EU:T:2007:186.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/851/KE, tal-21 ta’ Ġunju 2001, dwar l-għajnuniet mogħtija mill-Italja lill-kumpannija marittima Tirrenia di Navigazione (ĠU L 318, 4.12.2001, p. 9).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE tas-16 ta’ Marzu 2004 dwar l-Għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpanniji marittimi Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (Gruppo Tirrenia) (ĠU L 53, 26.2.2005, p. 29).
(7) Is-Sentenza tal-4 ta’ Marzu 2009, Tirrenia di Navigazione SpA u oħrajn vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, T-265/04, ECLI :EU:T:2009:48.
(8) Il-punti minn 97 sa 134 tas-Sentenza tal-2009.
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).
(10) Il-punti minn 140 sa 148 tas-Sentenza tal-2009.
(11) Jiġifieri, (i) l-obbligu li jinżammu, mill-2004, kontijiet separati għal kull waħda mir-rotot tas-servizz pubbliku moqdija minn Adriatica/Tirrenia, Siremar, Toremar, u Caremar; (i) it-tneħħija ta’ għajnuna lil Caremar għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri b’veloċità għolja fuq ir-rotta Napli/Capri; (iii) il-limitazzjoni tal-għajnuna lil Caremar għall-forniment ta’ servizzi tat-trasport tal-passiġġieri b’veloċità għolja fuq ir-rotta Napli/Procida/Ischia biex tkopri t-telf nett tal-operat fuq ir-rotta; (iv) it-tnaqqis tal-kapaċità tas-servizzi skedati tat-trasport tal-passiġġieri b’veloċità għolja fuq ir-rotta Napli/Procida/Ischia.
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE [issa l-Artikolu 106(2) TFUE] għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bl-operat tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(14) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2
(15) ĠU C 28, 1.2.2012, p. 18.
(16) ĠU C 84, 22.3.2013, p. 58.
(17) Mill-596 943 passiġġier li ġarret Adriatica fis-sena 2000, 397 146 ivvjaġġaw fuq rotot fl-Adrijatiku tan-nofs u t’isfel (334 639 minnhom bejn l-Italja u l-Albanija) u 161 024 fuq il-konnessjonijiet mal-arċipelagu ta’ Tremiti.
(18) Mis-779 223 metru lineari ta’ merkanzija ttrasportata minn Adriatica fl-2000, 306 124 kienu ttrasportati fuq rotot fl-Adrijatiku tan-nofs u t’isfel (li minnhom 235 542 bejn l-Italja u l-Albanija) u 473 099 fuq il-konnessjonijiet ma’ Sqallija.
(19) Adriatica ssospendiet l-attivitajiet fuq din ir-rotta f’Ottubru 1999 wara talba tal-Ministeru Taljan tat-Trasport. Bejn l-2000 u l-2004 Adriatica ma pprovdietx servizzi fuq din il-linja bil-bastimenti proprji u kkonfinat l-attivitajiet tagħha biex tiżgura – permezz ta’ kuntratti ma’ partijiet terzi – is-servizz tal-passiġġieri kopert mill-Konvenzjoni Internazzjonali tas-7 ta’ Frar 1970 dwar il-Ġarr ta’ Passiġġieri u Bagalji bil-Ferrovija (CIV), li Adriatica kienet membru tagħna.
(20) Fuq l-erba’ rotot skedati operati mill-kumpanija, kien hemm medja ta’ tbaħħir wieħed fis-siegħa bejn is-6 a.m. u l-10 p.m.
(21) Skont id-Digriet Amministrattiv Nru 1379 tal-20 ta’ Diċembru 1956, id-Digriet Amministrattiv Nru 444 tal-25 ta’ Ġunju 1957, il-Liġi Nru 351 tas-26 ta’ Mejju 1959, il-Liġi Nru 32 tat-2 ta’ Frar 1961 u l-Liġi Nru 40 tat-2 ta’ Frar 1962.
(22) Bil-Liġi Nru 373 tat-23 ta’ Ġunju 1977 dwar ir-ristrutturazzjoni tas-servizzi marittimi ta’ interess nazzjonali ewlieni.
(23) B’mod partikolari, ir-rabtiet bejn Trieste u portijiet oħra fir-reġjun Taljan tal-Friuli Venezia Giulia, u bejn il-kosta tal-punent u tal-lvant tal-baħar medjan u baxx Adrijatiku kif ukoll bejn il-baħar Jonju u l-Mediterran tal-Lvant.
(24) L-ispejjeż fl-2001 ġew ipprovduti mill-awtoritajiet Taljani f’EUR 1 000. Għall-finijiet ta’ dawn it-tabelli, dawn kienu kkonvertiti f’ITL, filwaqt li ġew ikkunsidrati r-rati ta’ konverżjoni għall-EUR adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Jannar 1999, jiġifieri EUR 1 = 1 936,27 ITL.
(25) Data meħuda mill-istudju ta’ PricewaterhouseCoopers “ Valutazione dei criteri di predisposizione dei conti economici gestionali per linea e stagionalità relativi agli esercizi 1992-1999 ”, issupplimentat mill-awtoritajiet Taljani biex jinkludi s-snin 2000 u 2001. L-istudju jirriproduċi l-kontijiet analitiċi għall-kumpaniji tal-Grupp Tirrenia u janalizza l-ispejjeż operattivi u d-dħul għal kull waħda mir-rotot.
(26) Fl-1992 Saremar għamlet total ta’ 18 000-il vjaġġ fuq l-erba’ rotot li topera. Fl-2000 l-għadd ta’ vjaġġi kien ta’ madwar 20 000.
(27) Fl-2000 Toremar għamlet total ta’ 9 097 vjaġġ fuq in-network tagħha ta’ rotot, meta mqabbel ma’ 8 300 fl-1992.
(28) Fl-2000 Caremar għamlet 12 872 vjaġġ fuq ir-rotot tagħha (15 650 fl-1992).
(29) Minn meta Tirrenia, bid-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2004, kienet akkwistat in-negozju kontinwu ta’ Adriatica, xi data mhijiex disponibbli għal Adriatica mill-2004 ’il quddiem.
(30) Rati tal-konverżjoni 1 EUR = 1 936,27 ITL.
(31) L-awtoritajiet Taljani argumentaw li l-Kummissjoni kienet infurmata dwar is-sussidji lill-kumpaniji tal-Grupp Tirrenia ħafna qabel ma nfetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Barra minn hekk, fl-1992 il-Kummissjoni għal skopijiet amministrattivi kklassifikat mill-ġdid il-każ bħala eżistenti taħt in-numru E 5/1992. Sal-1995 il-korrispondenza kollha bejn il-Kummissjoni u l-Italja rreferiet għall-fajl taħt in-numru E. Fl-1995, il-Kummissjoni rreferiet lura għan-numru NN.
(32) Is-Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, ECLI:EU:C:2003:415.
(33) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1).
(34) Jiġifieri klawżola li, minħabba l-istabbiltà legali, teskludi mill-applikazzjoni ta’ regoli ġodda ċerti relazzjonijiet legali li għadhom għaddejjin għal perjodu partikolari.
(35) Il-punti 147-148 tas-sentenza tal-2009.
(36) Is-Sentenza tal-10 ta’ Mejju 2005, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-400/99, ECLI:EU:C:2005:275.
(37) Ara l-premessa 33 tad-Deċiżjoni tal-2001.
(38) Ibidem.
(39) Skont l-Artikolu 12 tal-Liġi 856/1986 it-tariffi għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija ġew stabbiliti kull sena mill-Istat. Il-kumpaniji kkonċernati jistgħu jipproponu lill-Istat il-varjazzjonijiet fit-tariffi li huma jqisu meħtieġa. Dawn il-proposti kienu soġġetti għal konsultazzjoni interministerjali.
(40) Fir-rigward ta’ Adriatica, għall-perjodu bejn l-2004 u l-2008 (meta l-kumpanija ittieħdet f’idejn Tirrenia) l-awtoritajiet Taljani pprovdew l-ispejjeż totali u d-dħul operattiv irreġistrat minn Tirrenia (fir-rotot preċedenti ta’ Adriatica).
(41) L-ammonti assoluti ta’ redditu fuq il-kapital investit fl-2001 u l-2008 kienu kif ġej: Saremar – EUR 555 500 fl-2001 u EUR 855 000 fl-2008; Toremar – EUR 1 566 700 fl-2001 u EUR 1 699 000 fl-2008; Siremar – EUR 2 194 000 fl-2001 u EUR 2 060 000 fl-2008; Caremar – EUR 1 739 700 fl-2001 u EUR 1 874 000 fl-2008. Id-data għal Adriatica hija disponibbli biss sal-2004 qabel l-akkwist tagħha minn Tirrenia.
(42) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9), li jissostitwixxi, mill-14 ta’ Ottubru 2015, ir-Regolament Proċedurali.
(43) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1), kif emendati mir-Regolament (UE) 2015/2282.
(44) Ara s-Sentenza tad-9 ta’ Awwissu 1994, Namur-Les Assurances du Crédit sa vs Office National du Ducroire u l-Istat Belġjan, C-44/93, ECLI:EU:C:1994:311, il-paragrafi 13 u 16, u s-sentenza tat-30 ta’ April 2002, Ġibiltà vs il-Kummissjoni, il-Kawżi Magħquda T-195/01 u T-207/01, ECLI:EU:T:2002:111, il-punt 111.
(45) Is-Sentenza tad-9 ta’ Awwissu 1994, Namur-Les Assurances du Crédit SA vs Office National du Ducroire u l-Istat Belġjan, C-44/93, ECLI:EU:T:1994:311, il-punt 28, u s-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2010, in-Netherlands vs il-Kummissjoni, il-kawżi konġunti T-231/06 u T-237/06, ECLI:EU:T:2010:525, il-paragrafu 180. Ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-EFTA tat-22 ta’ Awwissu 2011, Konkurrenten.no vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, E-14/10, il-punt 57.
(46) Ara wkoll is-Sentenza tal-25 ta’ Marzu 2009, Alcoa Trasformazioni vs il-Kummissjoni, T-332/06, ECLI:EU:T:2009:79, il-punt 132; is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2009. L-Italja vs il-Kummissjoni, is-Sentenza T-222/04, ECLI:EU:T:2009:194, il-paragrafi 99-101; is-Sentenza tal-20 ta’ Settembru 2011, Regione autonoma della Sardegna u o. vs il-Kummissjoni, kawżi magħquda T-394/08, T-408/08, T-453/08 u T-454/08, ECLI:EU:T:2011:493, il-punti 176-179; is-sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni Ewropea, C-200/11 P, ECLI:EU:C:2012:165, il-paragrafi 30-31.
(47) Il-punti 123 u 124 tas-Sentenza tal-2009.
(48) Id-Digriet 2081/1936 tħassar fl-1974 u d-Digriet Nru 2082/1936 tħassar fl-2008.
(49) Is-Sentenza tal-4 ta’ Settembru 2009, Italja vs il-Kummissjoni, sentenza, T-211/05, ECLI:EU:T:2009:304, paragrafi 76–78 u sentenza tal-21 ta’ Lulju 2011 Alcoa Trasformazioni, C-194/09 P, ECLI:EU:C:2011:497, il-punt 127.
(50) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(51) Ara l-paragrafu 46 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewoprea għal kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).
(52) L-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jipprevedi l-possibbiltà li l-Istati Membri jikkonkludu kuntratti ta’ servizz pubbliku ma’ kumpaniji tat-tbaħħir involuti f’servizzi regolari lejn, minn u bejn il-gżejjer jew li jimponu OSP fuqhom bħala kundizzjoni għall-forniment ta’ servizzi ta’ kabotaġġ. L-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-regolament jistipula wkoll li, meta jiġu imposti l-OSP, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti relatati mal-portijiet li għandhom jiġu moqdija, ir-regolarità, il-kontinwità, il-frekwenza, il-kapaċità li jiġi pprovdut is-servizz, ir-rati u l-ekwipaġġ u li, fejn applikabbli, kull kumpens għall-OSP għandu jkun disponibbli għas-sidien kollha tal-bastimenti tal-Unjoni.
(53) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni C(2004) 43 - Il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3).
(54) L-Artikolu 5 tal-Protokoll inkariga lil Adriatica u lill-kumpanija Albaniża Transship bl-organizzazzjoni tal--arranġamenti għas-servizzi fuq ir-rotta.
(55) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).
(56) Pereżempju, l-akkwist ta’ żewġ inġenji ta’ veloċità għolja kien iffinanzjat permezz ta’ self mill-Banco di Napoli fl-1999 ta’ ITL 160 biljun b’rata varjabbli ekwivalenti għar-rata Euribor ta’ sitt xhur, miżjuda b’0,40 % u ripagabbli fuq 10 snin. L-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Taljani turi li l-istess istituzzjoni ta’ kreditu tat self fl-istess ħin lil kumpaniji kbar oħra taħt kundizzjonijiet prattikament identiċi.
(57) Ara s-Sentenza tal-21 ta’ Mejju 1980, il-Kummissjoni vs l-Italja, C-73/79, ECLI:EU:C:1980:129, il-punt 11; is-Sentenza tal-15 ta’ Ġunju 1993, Matra SA vs il-Kummissjoni, C-225/91, ECLI:EU:C:1993:239, il-punt 41; u s-Sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-punt 78.
(58) Is-Sentenza tal-15 ta’ Ġunju 1993, Matra SA vs il-Kummissjoni, C-225/91, ECLI:EU:C:1993:239, il-paragrafi 42 u 43.
(59) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/271/KE tad-9 ta’ Diċembru 1998 dwar proċediment skont l-Artikolu 85 tat-Trattat tal-KE (IV/34466 – Greek Ferries) (ĠU L 109, 27.4.1999, p. 24), ikkonfermat, f’dan il-punt, permezz tas-Sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2003, Adriatica di Navigazione vs il-Kummissjoni, T-61/99, ECLI:EU:T:2003:335.
(60) Ordni tas-16 ta’ Frar 2006, Adriatica di Naviazione vs il-Kummissjoni, C-111/04P, ECLI:EU:C:2006:105.
(61) Billi d-Deċiżjoni tal-2005 (tas-16 ta’ Marzu 2004) kienet soġġetta għal proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bejn l-24 ta’ Ġunju 2004 u l-4 ta’ Marzu 2009, il-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ 10 snin, mibdi wara l-aħħar azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar il-miżura inkwistjoni u sospiża matul il-proċedimenti tal-Qorti, skada fl-aħħar ta’ Novembru 2018 (fis-26 ta’ Novembru 2018).
(62) Is-Sentenza tat-12 ta’ Lulju 1973, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja C-70/72, ECLI:EU:C:1973:87, il-punt 13.
(63) Is-Sentenza tal-21 ta’ Marzu 1990, il-Belġju vs Kummissjoni, C-142/87, ECLI:EU:C:1990:125, il-punt 66.
(64) Is-Sentenza tas-17 ta’ Ġunju 1999, il-Belġju vs il-Kummissjoni, C-75/97, ECLI:EU:C:1999:311, il-punti 64 u 65.
(65) Dan l-ammont ġie kkalkolat minn grupp ta’ ħidma, stabbilit bid-Digriet Interministerjali maħruġ fit-3 ta’ Diċembru 2004.
(66) Is-Sentenza tal-21 ta’ Marzu 1991 l-Italja vs il-Kummissjoni, C-303/88, ECLI:EU:C:1991:136, il-punt 57. Mal-ħlas lura tal-għajnuna, ir-riċevitur jeħtieġlu jirrinunzja l-vantaġġ li qabel kien igawdi fis-suq, u s-sitwazzjoni ta’ qabel l-għajnuna tiġi restawrata.
(67) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Marzu 2018, SNCF Mobilités vs il-Kummissjoni, C-127/16P, ECLI:UE:C:2018:165, il-punt 113.
(68) Is-Sentenza tal-Qorti tat-8 ta’ Mejju 2003, ir-Repubblika Taljana u SIM 2 Multimedia SpA vs il-Kummissjoni, Kawżi magħquda C-328/99 u C-399/00, ECLI:EU:C:2003:252.
(69) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2008, Għajnuna mill-Istat N 321/2008, N 322/2008 u N 323/2008– il-Greċja – Vente de certains actifs d’Olympic Airlines/Olympic Airways Services; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 Għajnuna mill-Istat N 510/2008 – l-Italja – Bejgħ tal-assi tal-Alitalia; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2012 SA.34547 – Franza – Reprise des actifs du groupe SERNAM dans le cadre de son redressement judiciaire.
(70) Dan is-sett ta’ indikaturi ġie kkonfermat mill-Qorti Ġenerali fid-Deċiżjoni tagħha tat-28 ta’ Marzu 2012, Ryanair vs il-Kummissjoni, il-kawża T-123/09, ECLI:EU:T:2012:164, li kkonfermat id-Deċiżjoni Alitalia.
(71) Ir-Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 82, 25.3.2008, p. 1).