|
19.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9779 — Alstom/Bombardier Transportation)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 205/10)
1.
Fil-11 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Alstom S.A. (Franza), |
|
— |
Bombardier Transportation (Investment) UK Ltd (ir-Renju Unit). |
Alstom takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta; Bombardier Transportation kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Alstom: l-industrija tat-trasport bil-ferrovija, inklużi soluzzjonijiet tat-trasport (minn ferroviji ta’ veloċità għolja sa dawk ta’ fuq il-linji prinċipali u dawk ta’ taħt l-art, trammijiet u karozzi tal-linja elettroniċi), offerti ta’ servizzi personalizzati (manutenzjoni u modernizzazzjoni) ddedikati għall-passiġġieri u l-infrastruttura, mobilità diġitali u soluzzjonijiet ta’ sinjali; |
|
— |
Bombardier Transportation: soluzzjonijiet tal-ferroviji, inklużi l-ferroviji, sottosistemi, sinjali, sistemi u servizzi ta’ trasport kompluti lesti għall-użu. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9779 — Alstom/Bombardier Transportation
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).