31994R3057



Official Journal L 323 , 16/12/1994 P. 0012 - 0013
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0146
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 13 P. 0146


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3057/94

tal-14 ta' Diċembru 1994

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fit-Taric

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/94 [2], u partikolarment l-ewwel inċiż ta' Artikolu 9(1) (a) tiegħu,

Billi biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tat-Taric huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament Nru 2658/87 ippreskriva r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew f'parti bażata fuqha jew li żżidilha kull suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tkun applikata t-tariffa u miżuri oħra relatati man-negozju;

Billi, bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandha tkun ikklassifikat taħt il-kodiċijiet xierqa Taric indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta'l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fit-Taric u li ma jikkonformawx mar-regoli stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata, taħt id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/93 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tad-Dwana [3], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur;

Billi l-Kumitat tal-Kodiċi Doganali — Taqsima Tariffa u Statistika ma tax l-opinjoni tiegħu fit-terminu indikat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella anness hija issa klassifikata fil-kodiċi Taric xieraq indikat fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma jikkonformawx mar-regoli stabbiliti b'dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jkunu invokati taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' tliet xhur.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fl-14 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 182, tas-16.7.1994, p. 9.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) | Raġunijiet |

1 | 2 | 3 |

Passolina sewda friżata, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ħlewwiet oħra, biz-zkuk irqaq ħielsa għal madwar 20 % tal-frott. | 08112039*90 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bid-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda u bil-kliem tal-kodiċi Taric08112039*90. |

--------------------------------------------------