|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6372 |
24.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Novembru 2025
li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) għal Franza
(C/2025/6372)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2027. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Nadine NERGUISIAN, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvernijiet. |
|
(3) |
Il-Gvern ta’ Franza nnomina kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Claire ARISTON hija maħtura membru tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali minflok is-Sa Nadine NERGUISIAN għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta’ Marzu 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 90.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 15).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6372/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)