<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-429/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0429</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:711">EU:C:2017:711</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170921">21.9.2017</DATE> – KAWŻA C-429/16</P><P>CIUPA ET</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Redundancies kollettivi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 98/59/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1) u Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>redundancies<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Assimilazzjoni mar-redundancies ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Bidla unilaterali, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>intenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tal-persuna li timpjega li twettaq redundancies</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-429/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi, VII Wydział Pracy i Ubezpieczeń Społecznych (qorti reġjonali ta’ Łódź, VII diviżjoni tax-xogħol u tal-assigurazzjonijiet soċjali, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20160802">2 ta’ Awwissu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Małgorzata Ciupa,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Jolanta Deszczka,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ewa Kowalska,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Anna Stańczyk,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marta Krzesińska,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marzena Musielak,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Halina Kaźmierska,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Joanna Siedlecka,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Szymon Wiaderek,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Izabela Grzegora</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera sp. z o.o. w Łodzi,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Berger, President tal-Awla, A. Borg Barthet u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><?PAGE NO="2"?><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im dr L. Rydygiera sp. z o.o. w Łodzi, minn M. B. Marchel, radca prawny,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Stobiecka-Kuik, kif ukoll minn L. Baumgart u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal‑<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Małgorzata Ciupa <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u l-persuna li timpjegahom, II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi obecnie Szpital Ginekologiczno-Położniczy im. dr L. Rydygiera sp. z o.o. w Łodzi (sptar muniċipali n<HT TYPE="SUP">o</HT>2 L. Rydygier de Łódź, attwalment l-isptar għall-ġinekoloġija u l-ostetrija Dottor L. Rydygier ta’ Łódź, il-Polonja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>isptar ta’ Łódź<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), dwar id-deċiżjoni tal-isptar ta’ Łódź li jibgħat lil xi ħaddiema notifiki ta’ bidla, li wassal għat-terminazzjoni tar-relazzjonijiet ta’ xogħol ta’ wħud minn dawn il-ħaddiema mingħajr ma ġiet osservata l-proċedura ta’ tkeċċija prevista mil-liġi nazzjonali li tittrasponi l-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 98/59</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/59, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>It-tifsiriet u l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>redundancies kollettivi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> ifisser tkeċċijiet mix-xogħol minn min iħaddem għal raġuni waħda jew aktar mhux relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati meta, skond l-għażla ta’ l-Istati Membri, in-numru tar-redundancies huwa:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>jew, fuq perijodu ta’ 30 ġurnata:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>mill-inqas 10 fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw iżjed minn 20 u inqas minn 100 impjegat,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>mill-inqas 10 % tan-numru ta’ ħaddiema fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw mill-inqas 100 iżda inqas minn 300 ħaddiem,</P></ITEM><ITEM><P>mill-inqas 30 fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw 300 ħaddiema jew iżjed,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>jew, fuq perijodu ta’ 90 ġurnata, mill-inqas 20, ikun xi jkun in-numru ta’ impjegati li jaħdmu fl-istabbilimenti inkwistjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>rappreżentanti tal-ħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> jfisser ir-rappreżentanti tal-ħaddiema previsti mill-liġijiet jew mill-prattiċi ta’ l-Istati Membri.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Għall-iskop tal-kalkolu tan-numru tar- redundancies kif previst fis-subparagrafu tal-punt (a), it-termini [terminazzjoni] ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati għandhom ikunu assimilati mar- redundancies sakemm, hemm mill-inqas ħames redundancies.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ħaddiema impjegati minn korpi amministrattivi jew minn stabbilimenti regolati minn liġi pubblika (jew, fl-Istati Membri fejn dan il-kunċett mhux magħruf, minn korpi ekwivalenti);</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta dak li jħaddem ikun qed jikkontempla redundancies kollettivi, huwa għandu jibda konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fi żmien tajjeb bl-iskop li jintlaħaq ftehim.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom, mill-inqas, ikopru mezzi u miżuri li jevitaw redundancies kollettivi jew tnaqqis ta’ numri ta’ impjegati affettwati, u biex jittaffew il-konsegwenzi billi jkun hemm rikors għal miżuri soċjali magħhom immirati, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li jgħinu għall-impjieg jew it-taħriġ mll-ġdid tal-ħaddiema mingħajr xogħol.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma iktar favorevoli għal ħaddiema jew li jippromovu jew li jippermettu l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettivi iktar favorevoli għall-ħaddiema.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Pollakk</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 23<HT TYPE="SUP">1</HT> tal-Kodeks Pracy (kodiċi tax-xogħol), adottat bil-liġi tas‑<DATE ISO="19740626">26 ta’ Ġunju 1974</DATE> (Dz. U. tal-1974, Nru 24, intestatura 141), kif emendat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kodiċi tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), dwar il-konsegwenzi tat-trasferiment ta’ impriża, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>§ 1</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ waħda mill-partijiet tagħha lil persuna oħra li timpjega, din issir parti għar-relazzjonijiet ta’ xogħol eżistenti, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li timpjega inizjali u l-persuna li timpjega l-ġdida huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-obbligi li jirriżultaw mir-relezzjoni ta’ xogħol, li tnisslu qabel it-trasferiment ta’ parti mill-impriża lill-persuna li timpjega l-ġdida.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG>§ 3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ma jkunux jeżistu organizzazzjonijiet sindakali fl-impriża tal-persuni li jimpjegaw imsemmija fil-paragrafu 1, il-persuna li timpjega inizjali u l-persuna li timpjega l-ġdida għandhom jinfurmaw bil-miktub lill-ħaddiema dwar id-data prevista għat-trasferiment tal-impriża jew ta’ waħda mill-partijiet tagħha lill-persuna li timpjega l-ġdida, ir-raġunijiet għat-trasferiment, il-konsegwenzi legali, ekonomiċi u soċjali tiegħu għall-ħaddiema kif ukoll il-miżuri previsti dwar il-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-salarju u tat-taħriġ mill-ġdid; l-informazzjoni għandha tingħata tal-inqas 30 ġuranta qabel id-data ta’ trasferiment tal-impriża jew ta’ waħda mill-partijiet tagħha lill-persuna li timpjega l-ġdida.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.004"><NO.PARAG>§ 4.</NO.PARAG><ALINEA>F’terminu ta’ xahrejn mit-trasferiment tal-impriża jew ta’ waħda mill-partijiet tagħha lill-persuna li timpjega l-ġdida, il-ħaddiem jista’, mingħajr ma jkollu josserva t-terminu ta’ preavviż legali regolari, itemm ir-relazzjoni ta’ xogħol fi żmien sebat ijiem minn meta jkun ġie avżat. Ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol b’dan il-mod jipproduċi, fil-konfront tal-ħaddiem, l-istess konsegwenzi li d-dispożizzjonijiet legali jattribwixxu għax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol mill-persuna li timpjega bl-avviż ta’ tmiem l-impjieg.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.005"><NO.PARAG>§ 5.</NO.PARAG><ALINEA>Mill-akkwist tal-impriża jew ta’ waħda mill-partijiet tagħha, il-persuna li timpjega għandha toffri kundizzjonijiet ġodda tax-xogħol u tas-salarju lill-ħaddiema diġà impjegati mal-impriża fuq bażi oħra minbarra l-kuntratt ta’ xogħol u għandha tistabbilixxi t-terminu, li ma jistax ikun ta’ inqas minn sebat ijiem, sabiex dawn jiddikjaraw jekk jaċċettawx jew jirrifjutawx il-kundizzjonijiet proposti. Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-kundizzjonijiet il-ġodda tax-xogħol u tas-salarju, ir-relazzjoni ta’ xogħol eżistenti tiġi xolta fl-iskadenza ta’ terminu ugwali għall-avviż ta’ tmiem l-impjieg, li jibda jgħaddi mid-data tal-preżentata mill-ħaddiem tad-dikjarazzjoni ta’ rifjut tal-kundizzjonijiet proposti jew mill-aħħar ġurnata prevista għall-preżentazzjoni ta’ din id-dikjarazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-paragrafu 4 għandhom japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.006"><NO.PARAG>§ 6.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment tal-impriża jew ta’ waħda mill-partijiet tagħha lil persuna li timpjega l-ġdida ma jikkostitwixxix raġuni li jiġġustifika li l-persuna li timpjega ttemm ir-relazzjoni ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 42 tal-kodiċi tax-xogħol, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li d-dispożizzjonijiet dwar ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol japplikaw b’analoġija għall-bidla tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol permezz ta’ notifika ta’ bidla. Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, il-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tar-remunerazzjoni huma kkunsidrati bħala mibdula meta kundizzjonijiet ġodda jkunu ġew proposti lill-ħaddiema bil-miktub. Il-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu jipprevedi li, fil-każ ta’ rifjut tal-ħaddiem li jaċċetta l-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tar-remunerazzjoni proposti, il-kuntratt ta’ xogħol għandu jiġi xjolt fl-iskadenza tat-terminu previst min-notifika ta’ bidla. Jekk, f’nofs dan it-terminu, il-ħaddiem ma jkunx immanifesta l-oppożizzjoni tiegħu għall-kundizzjonijiet proposti, għandu jiġi kkunsidrat li jkun aċċettahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 241<HT TYPE="SUP">7</HT> tal-kodiċi tax-xogħol, dwar ix-xoljiment u t-terminazzjoni tal-kuntratt kollettiv, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-kuntratt kollettiv għandu jiġi xjolt:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni unanima tal-partijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>fl-iskadenza tat-terminu li għalih ġie konkluż;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>fl-iskadenza tat-terminu tal-avviż ta’ tmiem l-impjieg mogħti minn wieħed mill-partijiet.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 241<HT TYPE="SUP">8</HT> tal-kodiċi tax-xogħol, dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt kollettiv wara t-trasferiment tal-impriża, jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fl-iskadenza tat-terminu ta’ applikazzjoni tal-kuntratt kollettiv eżistenti, il-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol jew ta’ kwalunkwe att ieħor li fuqu hija bbażata r-relazzjoni ta’ xogħol li jirriżultaw minn dan il-kuntratt kollettiv għandhom japplikaw sal-iskadenza tat-terminu ta’ avviż ta’ bidla ta’ dawn il-kundizzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 241<HT TYPE="SUP">13</HT>(2) għandhom japplikaw.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 241<HT TYPE="SUP">13</HT>(2) tal-kodiċi tax-xogħol jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt kollettiv li huma inqas favorevoli għall-ħaddiema għandhom jiġu introdotti permezz tan-notifika ta’ bidla tal-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt ta’ xogħol jew ta’ kwalunkwe att ieħor li fuqu hija bbażata r-relazzjoni ta’ xogħol. Fir-rigward tal-bidla tal-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt ta’ xogħol jew ta’ kwalunkwe att ieħor li fuqu hija bbażata r-relazzjoni ta’ xogħol permezz tan-notifika ta’ bidla, id-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-possibbiltà ta’ bidla tal-kundizzjonijiet ta’ kuntratt bħal dan jew ta’ att bħal dan permezz ta’ notifika ta’ bidla ma humiex applikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-ustawa o szczególnych zasadach rozwiązywania z pracownikami stosunków pracy z przyczyn niedotyczących pracowników (liġi dwar ir-regoli speċifiċi applikabbli għat-terminazzjoni ta’ relazzjoni tax-xogħol għal raġunijiet mhux attribwibbli lill-ħaddiema), tat-<DATE ISO="20030313">13 ta’ Marzu 2003</DATE>, (Dz.U. tal-2003 Nru 90, intestatura 844), kif emendata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>liġi tal-2003<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi għandhom japplikaw meta persuna li timpjega tal-inqas 20 impjegat ikollha tkeċċi, għal raġunijiet mhux imputabbli lill-ħaddiema, permezz ta’ xoljiment imwettaq fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega jew bi ftehim bejn il-partijiet, sakemm, tul perijodu massimu ta’ 30 ġurnata, il-proċedura ta’ tkeċċija tkun tirrigwarda tal-inqas:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>10 impjegati, jekk il-persuna li timpjega, timpjega tal-inqas 100 impjegat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>10 % tal-impjegati, jekk il-persuna li timpjega, timpjega tal-inqas 100 impjegat iżda inqas minn 300;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>30 impjegat, jekk il-persuna li timpjega, timpjega tal-inqas 300 impjegat jew iktar.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-liġi tal-2003 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kuntest tar-redundancies kollettivi previsti, il-persuna li timpjega għandha l-obbligu ta’ konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet sindakali eżistenti fl-impriża.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirrigwarda b’mod partikolari l-possibbiltà li tiġi evitata r-redundancy kollettiva jew li tnaqqas il-portata tagħha, u l-problemi tal-ħaddiema kkonċernati, inkluż b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ taħriġ mill-ġdid jew taħriġ professjonali, kif ukoll il-ksib ta’ impjiegi ġodda għall-ħaddiema li jitkeċċew.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li timpjega għandha tinforma bil-miktub lill-organizzazzjonijiet sindakali tal-impriża dwar ir-raġunijiet għar-redundancy kollettiva prevista, in-numru ta’ ħaddiema impjegati u l-gruppi professjonali li huma jagħmlu parti minnhom, il-gruppi professjonali tal-ħaddiema kkonċernati mir-redundancy kollettiva, il-perijodu li fih għandhom jitwettqu dawn ir-redundancies, il-kriterji ta’ selezzjoni proposti għall-għażla tal-ħaddiema li għandhom jiġu inklużi fil-proċedura ta’ redundancy kollettiva, l-ordni ta’ redundancy tal-ħaddiema, il-proposti għas-soluzzjoni tal-problemi tal-ħaddiema kkonċernati mir-redundancy kollettiva prevista, u, jekk dawn jinkludu benefiċċji finanzjarji, il-persuna li timpjega hija wkoll marbuta tagħti informazzjoni dwar il-metodu ta’ kalkolu tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1), tal-liġi tal-2003 jipprevedi li, f’terminu ta’ 20 ġurnata mid-data tan-notifika msemmija fl-Artikolu 2(3) ta’ din il-liġi, il-persuna li timpjega u l-organizzazzjonijiet sindakali għandhom jilħqu ftehim. Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, dan il-ftehim għandu jistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-ħaddiema kkonċernati mir-redundancy kollettiva prevista kif ukoll l-obbligi tal-persuna li timpjega sa fejn ikun neċessarju għas-soluzzjoni tal-problemi l-oħra tal-ħaddiema kkonċernati mir-redundancy kollettiva prevista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-liġi tal-2003, applikabbli fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Artikoli 38 u 41 tal-kodiċi tax-xogħol, bla ħsara għall-paragrafi 2 sa 4, u d-dispożizzjonijiet partikolari dwar il-protezzjoni speċjali tal-ħaddiema kontra r-redundancy jew kontra t-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, bla ħsara għall-paragrafu 5, ma għandhomx japplikaw għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega fil-kuntest ta’ proċedura ta’ redundancy kollettiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fin-nuqqas ta’ konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3, l-Artikolu 38 tal-kodiċi tax-xogħol għandu japplika għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega kif ukoll għan-notifika ta’ bidla.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Matul perijodu ta’ protezzjoni speċjali kontra r-redundancy jew it-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, il-persuna li timpjega tista’ biss tbiddel il-kundizzjonijiet eżistenti tax-xogħol u tar-remunerazzjoni fir-rigward ta’ ħaddiem:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>li ma jonqsux iktar minn 4 snin sabiex jilħaq l-età tal-irtirar, tan-nisa tqal, tal-ħaddiema fuq leave tal-maternità, fuq leave tal-adozzjoni, fuq leave parentali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>li jkun membru tal-kumitat tal-persunal ta’ impriża tal-Istat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>li jkun membru tal-uffiċċju tal-organizzazzjoni sindakali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-bidla tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni permezz ta’ notifika ta’ bidla jkollha bħala konsegwenza t-tnaqqis tar-remunerazzjoni, il-ħaddiema msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jirċievu, sa tmiem il-perijodu li fih huma jibbenefikaw minn protezzjoni speċjali kontra r-redundancy jew it-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol, indennizz kumpensatorju kkalkolat skont ir-regoli li jirriżultaw mill-kodiċi tax-xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-kuntest tat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol minħabba proċedura ta’ redundancy kollettiva, il-kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien determinat jew għaż-żmien ta’ kompitu determinat jistgħu jiġu xolti minn waħda jew l-oħra tal-partijiet permezz ta’ avviż ta’ tmiem l-impjieg ta’ ġimagħtejn.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>M. Ciupa <HT TYPE="ITALIC">et</HT> huma impjegati mill-isptar ta’ Łódź full-time fuq il-bażi ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mis-sena 2009, it-telf finanzjarju tal-isptar ta’ Łódź żied minn sena għal sena. Fl‑2013, ġie deċiż li l-isptar ta’ Łódź isir kumpannija kummerċjali minflok ma titwettaq il-likwidazzjoni tiegħu li kienet tirriżulta fl-eliminazzjoni ta’ iktar minn mitt impjieg. Waqt din il-konverżjoni, ma ġiex previst it-tnaqqis tal-impjiegi sabiex l-isptar ta’ Łódź iżomm il-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi mediċi ffirmat<?PAGE NO="7"?> mal-Fond Nazzjonali għas-Saħħa. Wara li eżawrixxa s-sorsi ta’ ekonomija kollha minbarra l-pagi, l-isptar ta’ Łódź sab ruħu obbligat li jnaqqas il-livell tar-remunerazzjonijiet tal-persunal kollu tiegħu. Għaldaqstant, huwa ppropona lill-ħaddiema kollha tnaqqis temporanju tas-salarju ta’ 15 %. Madwar 20 % ta’ dawn il-ħaddiema aċċettaw dan it-tnaqqis. Nota ta’ bidla, li tirrigwarda r-reviżjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-salarju ġġustifikata min-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>neċessità li titwettaq ristrutturazzjoni tal-ispejjeż tal-persunal [tal-isptar ta’ Łódź] minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ġiet innotifikata lill-ħaddiema l-oħra. F’din l-ittra, ġie propost lill-ħaddiema, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ avviż, tnaqqis ta’ salarju applikabbli sal-<DATE ISO="20150201">1 ta’ Frar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>M. Ciupa <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ressqu kawża quddiem is-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (qorti distrettwali ta’ Łódź-Śródmieście à Łódź, il-Polonja) sabiex il-bidla tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-salarju tagħhom tiġi ddikjarata inapplikabbli. It-talba tagħhom ġiet miċħuda minn din il-qorti. L-isptar ta’ Łódź, filwaqt li kkonsulta individwalment lill-ħaddiema membri tal-organizzazzjoni sindakali rrappreżentati fi ħdanu, dwar dan il-proġett ta’ bidla, ma pprevediex redundancy kollettiva u, għaldaqstant, ma tax bidu għal proċedura applikabbli għal din it-tip ta’ tkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, li quddiemha tressaq l-appell ippreżentat minn M. Ciupa <HT TYPE="ITALIC">et</HT> mid-deċiżjoni tas-Sąd Rejonowy dla Łodzi-Śródmieścia w Łodzi (qorti distrettwali ta’ Łódź-Śródmieście à Łódź), il-ġurisprudenza tas-Sąd Najwyższy (qorti suprema, il-Polonja) dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-obbligi previsti fl-Artikoli 2 sa 4 tal-liġi tal‑2003 japplikawx għall-persuna li timpjega meta din tkun bagħtet lill-impjegati tagħha notifika ta’ bidla ma hijiex stabbilita b’mod ċar. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li din il-ġurisprudenza x’aktarx iktar tmur fid-direzzjoni ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra barra minn hekk li, fir-rigward ta’ persuna li timpjega, li timpjega tal-inqas 20 impjegat li tipprevedi li tbiddel il-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ ħaddiema li n-numru tagħhom huwa ekwivalenti jew ogħla min-numru ta’ ħaddiema msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-liġi tal-2003, l-obbligu ta’ konsultazzjoni mas-sindakati jmur id f’id ma’ dak li jiġu segwiti l-proċeduri previsti minn din il-liġi, b’mod partikolari fl-Artikoli 2 sa 4 u 6 tagħha. F’każ bħal dan, in-numru ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol li jkunu ġew itterminati sussegwentement għar-rifjut tal-kundizzjonijiet ġodda tal-impjieg proposti mill-persuna li timpjega u l-fatt li dawn it-terminazzjonijiet ikunu jirriżultaw mir-rieda tal-ħaddiema huwa rrilevanti. Fil-fatt, huwa rilevanti biss li l-bidla tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tkun inbdiet mill-persuna li timpjega u li, konsegwentement, ix-xoljiment tal-kuntratt li jirriżulta minn dan ma jkunx jiddependi mir-rieda tal-persuna li timpjega. Skont l-Artikolu 2(1) tal-liġi tal-2003, meta persuna li timpjega tipprevedi li twettaq redundancies kollettivi, hija jkollha twettaq konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet sindakali tal-impriża. Dawn il-konsultazzjonijiet jirrigwardaw għalhekk dak li jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>previst<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> mill-persuna li timpjega, u mhux il-bidliet li jkunu ġew aċċettati jew ix-xoljimenti ta’ kuntratti ta’ xogħol li jistgħu jirriżultaw mir-rifjut tal-impjegati. Għalhekk il-persuna li timpjega li tipprevedi tibgħat lill-impjegati tagħha notifiki ta’ bidla għandha tieħu inkunsiderazzjoni n-numru ta’ dawn in-notifiki ta’ bidla sabiex tiddetermina jekk dawn il-bidliet previsti jaqgħux taħt id-dispożizzjonijiet dwar ir-redundancies kollettivi u, għaldaqstant, jekk hijiex obbligata tikkonsulta mas-sindakati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja għada ma ddeċidietx dwar il-punt kif in-notifiki ta’ bidla għandhom jiġu kklassifikati fid-dawl tad-Direttiva 98/59, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-qari mwettaq minnha ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Okręgowy w Łodzi, VII Wydział Pracy i Ubezpieczeń Społecznych (qorti reġjonali tal-Łódź, VII diviżjoni tax-xogħol u tal-assigurazzjonijiet soċjali, il-Polonja), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59 […] għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, li timpjega tal-inqas 20 ħaddiem u li għandha l-intenzjoni [tbiddel] il-kundizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ ħaddiema li n-numru tagħhom jikkorrispondi ma’ dak iddefinit fl-Artikolu 1(1) tal-[liġi tal-2003] għandha l-obbligu li timplementa l-proċeduri previsti fl-Artikoli 2 sa 4 u 6 ta’ dik il-liġi; fi kliem ieħor, dan l-obbligu jikkonċerna s-sitwazzjonijiet previsti:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fl-Artikolu 241<HT TYPE="SUP">13</HT>(2), moqri flimkien mal-Artikolu 241<HT TYPE="SUP">8</HT>(2) u mal-Artikolu 23[<HT TYPE="SUP">1</HT>] tal-[kodiċi tax-xogħol];</P></ITEM><ITEM><P>fl-Artikolu 241<HT TYPE="SUP">13</HT>(2), moqri flimkien mal-Artikolu 77<HT TYPE="SUP">2</HT>(5), jew mal-Artikolu 241<HT TYPE="SUP">7</HT>(1) tal-kodiċi tax-xogħol; u</P></ITEM><ITEM><P>fl-Artikolu 42(1), moqri flimkien mal-Artikolu 45(1) tal-kodiċi tax-xogħol?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li, fid-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għal diversi dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali filwaqt li tipprevedi diversi klassifikazzjonijiet possibbli, fid-dritt nazzjonali, tas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ordinament ġuridiku nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja hija bħala prinċipju marbuta li tibbaża ruħha fuq il-kriterji li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Naftiliaki Etaireia Thasou u Amaltheia I Naftiki Etaireia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/10 u C‑129/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:163">EU:C:2011:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fuq id-domanda preliminari fid-dawl tal-premessi li jirriżultaw mid-deciżjoni tar-rinviju mingħajr ma twettaq interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali bbażata fuq tliet sitwazzjonijiet astratti msemmija mid-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 għandux jiġi interpretat fis-sens li bidla unilaterali, għad-detriment tal-ħaddiema, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni li, fil-każ ta’ rifjut tal-ħaddiem, twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol, għandhiex titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>redundancy<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u jekk l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega għandha twettaq il-konsultazzjonijiet previsti f’dan l-aħħar Artikolu 2 meta hija tipprevedi li twettaq tali bidla unilaterali tal-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar, qabelxejn, li mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, li minnu jirriżulta li din id-direttiva tapplika biss sa fejn ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>redundancies<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> huma tal-inqas ħamsa, jirriżulta li l-imsemmija direttiva tagħmel distinzjoni bejn ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>redundancies<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>termini [terminazzjoni] ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pujante Rivera</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑422/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:743">EU:C:2015:743</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>redundancy<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fatt li persuna li timpjega tipproċedi, unilateralment u għad-detriment tal-ħaddiem, għal bidla sostanzjali tal-elementi essenzjali tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu għal raġunijiet mhux inerenti għall-persuna ta’ dan il-ħaddiem jaqa’ taħt dan il-kunċett (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pujante Rivera</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑422/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:743">EU:C:2015:743</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-fatt li persuna li timpjega tipproċedi, unilateralment u għad-detriment tal-ħaddiem, għal bidla mhux sostanzjali ta’ element essenzjali tal-kuntratt ta’ xogħol għal raġunijiet mhux inerenti għall-persuna ta’ dan il-ħaddiem jew għal bidla sostanzjali ta’ element mhux essenzjali tal-imsemmi kuntratt għal raġunijiet mhux inerenti għall-persuna ta’ dan il-ħaddiema jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>redundancy<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-notifika ta’ bidla inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li din tipprevedi tnaqqis temporanju tal-ammont tar-remunerazzjoni ta’ 15 % u, wara diversi xhur, din ir-remunerazzjoni terġa’ lura għal-livell inizjali tagħha. Issa, ma jistax jiġi kkontestat li r-remunerazzjoni tikkostitwixxi element essenzjali tal-kuntratt ta’ xogħol u li tnaqqis tagħha ta’ 15 % jista’, bħala prinċipju, jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bidla sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, iżda xorta jibqa’ l-fatt li n-natura temporanja ta’ dan it-tnaqqis iċċekken b’mod sinjifikattiv il-portata tal-bidla prevista tal-kuntratt ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, finalment hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika kompetenti sabiex tevalwa l-fatti, li għandha tistabbilixxi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, jekk it-tnaqqis temporanju tar-remunerazzjoni inkwistjoni għandux jitqies bħala bidla sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, anki jekk il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li n-notifika ta’ bidla inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>redundancy<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol sussegwentement għar-rifjut tal-ħaddiem li jaċċetta bidla bħal dik proposta fl-imsemmija notifika ta’ bidla, għandu jiġi kkunsidrat bħala terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol imwettaq fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, b’tali mod li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tan-numru totali ta’ redundancies imwettqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar minn liema mument persuna li timpjega hija obbligata twettaq il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-obbligi ta’ konsultazzjoni u ta’ notifika jinħolqu qabel deċiżjoni tal-persuna li timpjega li tittermina l-kuntratti ta’ xogħol (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050127">27 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Junk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-188/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:59">EU:C:2005:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:533">EU:C:2009:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u li t-twettiq tal-għan, espress fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 98/59, li jiġu evitati xoljimenti ta’ kuntratti ta’ xogħol jew li jitnaqqas in-numru tagħhom ikun ippreġudikat jekk il-konsultazzjoni tar-rappreżentanti jitwettaq wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-persuna li timpjega (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050127">27 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Junk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑188/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:59">EU:C:2005:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:533">EU:C:2009:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-kawża prinċipali, l-istess bħall-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑44/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:533">EU:C:2009:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), hija marbuta ma’ deċiżjonijiet ekonomiċi li, bħalma jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, ma kellhomx direttament l-għan li jitterminaw relazzjonijiet ta’ xogħol speċifiċi, iżda li setgħu madankollu jkollhom riperkussjonijiet fuq l-impjieg ta’ ċertu numru ta’ ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, fil-punt 48 tas-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑44/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:533">EU:C:2009:533</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59 għandha tinbeda mill-persuna li timpjega fil-mument meta tkun ġiet adottata deċiżjoni strateġika jew kummerċjali li ġġegħlha tipprevedi jew tipproġetta redundancies kollettivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt 16 ta’ din is-sentenza, sabiex tiġi evitata likwidazzjoni tal-isptar ta’ Łódź u eliminazzjonijiet ta’ impjiegi, twettqu ċertu numru ta’ bidliet. Peress li dawn il-bidliet irriżultaw insuffiċjenti sabiex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-isptar ta’ Łódź, dan tal-aħħar ikkunsidra li kien neċessarju li jitwettqu l-bidliet proposti sabiex jiġi evitat li jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet li jkollhom direttament bħala għan it-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol speċifiċi. Issa, f’sitwazzjoni bħal din, l-isptar ta’ Łódź kellu raġonevolment jistenna li ċertu numru ta’ ħaddiema ma jaċċettawx il-bidla tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u li, konsegwentement, il-kuntratt tagħhom jiġi xolt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li d-deċiżjoni li jitwettqu n-notifiki ta’ bidla kienet neċessarjament timplika, għall-isptar ta’ Łódź, il-previżjoni tar-redundancies kollettivi, sa fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 kienu ssodisfatti, dan kellu jwettaq il-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni tapplika iktar u iktar peress li l-iskop tal-obbligu ta’ konsultazzjoni previst fl-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, jiġifieri li jiġu evitati xoljimenti ta’ kuntratti ta’ xogħol jew li jitnaqqas in-numru kif ukoll il-konsegwenzi tagħhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑44/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:533">EU:C:2009:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-għan imfittex, skont il-qorti tar-rinviju, min-notifiki ta’ bidla, jiġifieri li jiġu evitati tkeċċijiet individwali, huma simili f’ħafna aspetti. Fil-fatt, peress li deċiżjoni li twassal għal bidla tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tista’ tippermetti li jiġu evitati redundancies kollettivi, il-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 2 tal-istess direttiva għandha tinbeda fil-mument meta l-persuna li timpjega tipprevedi li twettaq tali bidliet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> <NO.CASE>C‑44/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:533">EU:C:2009:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda għandha tkun li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 għandu jiġi interpretata fis-sens li bidla unilaterali, għad-detriment tal-ħaddiema, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni li, fil-każ ta’ rifjut tal-ħaddiem, twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>redundancy<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega għandha twettaq il-konsultazzjonijiet previsti f’dan l-aħħar artikolu meta hija tipprevedi li twettaq tali bidla unilaterali tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva jkunu ssodisfatti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li bidla unilaterali, għad-detriment tal-ħaddiema, mill-persuna li timpjega, tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni li, fil-każ ta’ rifjut tal-ħaddiem, twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tista’ titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>redundancy<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega għandha twettaq il-konsultazzjonijiet previsti f’dan l-aħħar artikolu meta hija tipprevedi li twettaq tali bidla unilaterali tal-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni, sa fejn il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva jkunu ssodisfatti, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="11"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>