|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2736 |
12.5.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/2736)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Prosciutto di Carpegna”
PDO-IT-1496-AM01 — 17.2.2025
1. Isem il-prodott
“Prosciutto di Carpegna”
2. Tip ta’ Indikazzjoni Ġeografika
|
☒ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
|
☐ |
IĠ |
3. Settur
|
☒ |
prodotti agrikoli |
|
☐ |
inbejjed |
|
☐ |
xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità nazzjonali jew grupp applikant li jikkomunika l-emenda standard
Il-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Forestrija - Dipartiment għas-Sovranità tal-Ikel u l-Isport Ekwestri
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-emendi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-“Prosciutto di Carpegna” DOP:
|
— |
ma jinkludux bidla fl-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jew tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, jew fl-użu ta’ dak l-isem; |
|
— |
ma jirriskjawx li jxejnu r-rabta msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b), għad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti, jew ir-rabta msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt (b), għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti; jew |
|
— |
ma jinvolvux aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
1. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 1
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 3.3 u 3.4 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-ħnieżer iridu jitqattgħu wkoll fir-reġjuni tal-Lombardia, l-Emilia-Romagna u l-Marche.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
2. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 2
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal taqsima speċifika dwar “Karatteristiċi ġenetiċi”. L-oriġini ġenetika tal-materja prima ġiet iċċarata fir-rigward tat-tip ġenetiku tal-annimali għat-tnissil, kemm irġiel kif ukoll nisa, billi ġew inklużi l-kombinazzjonijiet ġenetiċi permessi. L-emenda tagħmilha possibbli li jiġu evalwati r-razez u t-tipi ġenetiċi taż-żewġ annimali għat-tnissil. Għalhekk, ir-referenza fit-test, fir-rigward tar-razez, għall-Prosciutto di Parma DOP u l-Prosciutto di San Daniele DOP ġiet sostitwita.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
3. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 3
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal tabella li tispjega r-rekwiżiti ġenetiċi għall-ħnieżer bil-kombinazzjonijiet permessi u mhux permessi.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
4. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 4
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal referenza għal-lista ta’ tipi ġenetiċi approvati mill-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Forestrija.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
5. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 5
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tipprevjeni l-użu tar-riġlejn mill-fħula u mill-majjali u mill-ħnieżer b’karatteristiċi opposti (PSS).
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
6. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 6
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid taqsima speċifika dwar id-dispożizzjonijiet dwar “Trobbija u tmigħ”. Għalhekk, ir-referenza fit-test għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott għall-Prosciutto di Parma DOP u l-Prosciutto di San Daniele DOP ġiet sostitwita.
Żdiedu l-istadji kronoloġiċi tradizzjonali tat-trobbija tal-ħnieżer: it-treddigħ, il-ftim, it-tkabbir u t-tismin.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
7. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 7
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjonijiet dwar il-fażi tat-treddigħ tal-ħnienes, li t-tul ta’ żmien tagħha, sa 28 jum, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima C tal-Kapitolu II tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE. Ġew imdaħħla wkoll referenzi għat-treddigħ naturali tal-ħnienes mill-majjala jew għal dak artifiċjali, għall-amministrazzjoni ta’ materja prima permessa u għall-użu ta’ supplimenti tal-minerali, tal-vitamini u tal-amminoaċidi u għall-użu tal-addittivi.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
8. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 8
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tistabbilixxi l-metodi u l-ħin tat-twaħħil tal-marka tal-oriġini bil-linka maż-żewġ riġlejn ta’ kull ħanżir, flimkien mal-mudelli tal-marka relatati u tal-pjanċi għat-twaħħil tagħha.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
9. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 9
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal tabella ta’ referenza li turi liema ittra jenħtieġ li tintuża biex tirrappreżenta x-xahar tat-twelid tal-ħannus, li għandha tiġi inkluża fil-marka tal-oriġini bil-linka.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
10. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 10
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-possibbiltà li jintuża apparat ta’ identifikazzjoni minflok, jew flimkien ma’, il-marka tal-oriġini bil-linka applikata mill-bidwi.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
11. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 11
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal regola għad-determinazzjoni tal-età tal-ħnieżer f’xhur.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
12. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 12
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjonijiet dwar il-fażi tal-ftim tal-ħnieżer. Regoli li jirregolaw it-tul ta’ żmien ta’ din il-fażi, il-piż massimu tal-ħnienes u t-tmigħ ġew introdotti. Referenza għall-amministrazzjoni ta’ “għalf niexef”, l-użu ta’ supplimenti tal-vitamini, tal-minerali u tal-amminoaċidi, u l-użu ta’ addittivi ġiet introdotta. Il-perjodu tal-ftim żdied minn 80 jum għal 3 xhur u l-limitu massimu tal-piż għall-ħnienes ġie stabbilit għal 40 kg.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
13. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 13
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal dispożizzjonijiet dwar il-fażi tat-tkabbir, li jistabbilixxu tul ta’ żmien massimu ta’ 5 xhur u żżid il-piż li jista’ jinkiseb minn 80 kg għal 85 kg fi tmiem il-fażi.
Ir-referenza għat-tolleranzi fuq materja prima individwali skont l-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 ġiet speċifikata, u tħassret ir-referenza għall-perċentwal ta’ 10 %. Il-possibbiltà li l-bidwi jamministra wkoll l-għalf f’forma niexfa ġiet miżjuda b’mod espliċitu.
It-“Tabella tal-materja prima permessa” ddaħħlet u għandha tintuża wkoll għall-fażi li jmiss, jiġifieri t-tismin. L-ismijiet tal-materja prima li ġejja ġew emendati, filwaqt li titqies in-nomenklatura prevista fir-regoli tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 68/2013, kif aġġornat bir-Regolament (UE) 2017/1017:
|
— |
“qamħirrum” ma għadux jissejjaħ bit-Taljan bħala “mais” iżda minflok bħala “granturco” ; |
|
— |
“semolina” issa tissejjaħ “dqiq”; |
|
— |
“dqiq tan-nifel deidratat” issa tissejjaħ “nifel (imnixxef f’temperatura għolja)”; |
|
— |
“espellent taż-żerriegħa tal-kittien” ma għadux jissejjaħ bit-Taljan bħala “expeller di lino” iżda minflok bħala “panello di lino”, u miegħu ġew miżjuda dawn li ġejjin: “għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien”, “dqiq taż-żerriegħa tal-kittien” u “għalf tad-dqiq taż-żerriegħa tal-kittien”; |
|
— |
“residwi tat-tuffieħ u tal-lanġas, qxur tal-għeneb jew tat-tadam bħala trasportaturi għal supplimenti nutrizzjonali” issa jissejħu “polpa tal-frott u polpa tat-tadam (residwi tat-tadam) bħala trasportaturi tat-taħlitiet lesti minn qabel”; |
|
— |
“ħmira tal-birra u/jew ħmira tat-torula” issa tissejjaħ “ħmejjer”; |
|
— |
“dqiq tal-estrazzjoni tar-raħs tal-qamħirrum” (bl-użu tal-kelma “mais” bit-Taljan) issa jissejjaħ “dqiq tar-raħs tal-qamħirrum” (bl-użu tal-kelma “granturco” bit-Taljan); |
|
— |
“ħbub tad-distillerija” issa jissejjaħ “ħbub u solubbli mnixxfa tad-distillerija”. |
Ġiet imneħħija l-materja prima li ġejja:
|
— |
“ħarrub mingħajr għadma” |
|
— |
“liżati tal-proteina” |
|
— |
“patata deidratata” |
|
— |
“manjoka” |
|
— |
“polpa tal-pitravi ppressata u insiġillata” |
|
— |
“dqiq tal-ġulġlien” |
|
— |
“dqiq tal-estrazzjoni tal-ġewż tal-Indi” |
|
— |
“dqiq tal-laħam jekk ta’ kwalità tajba biss, u fejn permess mil-liġi Komunitarja” |
Il-kelma “ħafur” tħassret mill-kategorija taċ-“ċereali minuri”.
Il-kwantità tal-materja prima li ġejja nbidlet:
|
— |
“xorrox tal-butir” għall-fażi tat-tkabbir biss (li jinbidel għal massimu ta’ 250 g għal kull ras kuljum ta’ materja niexfa), mingħajr preġudizzju għall-fatt li x-“xorrox” u x-“xorrox tal-butir” meħuda flimkien ma għandhomx jaqbżu l-15-il litru għal kull ras kuljum; |
|
— |
“dqiq tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum (minn massimu ta’ 5 % sa massimu ta’ 10 %); |
|
— |
“qamħirrum” (minn massimu ta’ 55 % sa massimu ta’ 65 %); |
|
— |
“sorgu” (minn massimu ta’ 40 % sa massimu ta’ 55 %); |
|
— |
“xgħir” (minn massimu ta’ 40 % sa massimu ta’ 55 %); |
|
— |
“qamħ” (minn massimu ta’ 25 % sa massimu ta’ 55 %); |
|
— |
“tritikal” (minn massimu ta’ 25 % sa massimu ta’ 55 %); |
|
— |
“polpa tal-pitravi mnixxfa” (minn massimu ta’ 4 % sa massimu ta’ 10 %); |
|
— |
“nifel (imnixxfa f’temperatura għolja)” (minn massimu ta’ 2 % sa massimu ta’ 4 %); |
Ġiet miżjuda l-materja prima li ġejja:
|
— |
“smida tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum”, anke matul il-fażi tat-tismin; |
|
— |
“silaġġ tal-qamħirrum”, anke matul il-fażi tat-tismin; |
|
— |
“dqiq tas-sbula sħiħa tal-qamħirrum”; |
|
— |
“ħbub u solubbli mnixxfa tad-distillerija”, anke matul il-fażi tat-tismin; |
|
— |
“għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien”, “dqiq taż-żerriegħa tal-kittien” u “għalf tad-dqiq taż-żerriegħa tal-kittien”; |
|
— |
“lipidi b’punt tat-tidwib ta’ aktar minn 36 °C”, anke matul il-fażi tat-tismin; |
|
— |
“prodotti miksuba bl-estrazzjoni taż-żerriegħa tal-lift”; |
|
— |
“fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew espellent tas-sojja”, għall-fażi tat-tkabbir biss. |
Il-materja prima “piżelli u/jew żrieragħ leguminużi oħra” inqasmet f’żewġ intestaturi: “piżelli” u “żrieragħ leguminużi oħra”, u l-kwantitajiet żdiedu (“piżelli” sa massimu ta’ 25 % u “żrieragħ leguminużi oħra” sa massimu ta’ 10 %).
Fir-rigward tad-“dqiq tal-qamħ u/jew sbula”, ġie speċifikat li dan jikkonċerna “qamħirrum u/jew qamħirrum tal-isbula”.
Id-“dqiq tal-estrazzjoni tas-sojja” sar “prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja”, u l-perċentwal tal-użu kemm matul l-istadji tat-tkabbir kif ukoll matul l-istadji tat-tismin ġie standardizzat sa 20 %.
Id-“dqiq tal-ġirasol” inbidel għal “prodotti miksuba mill-estrazzjoni miż-żerriegħa tal-ġirasol”, li l-użu tagħhom ġie stabbilit għal 10 %.
In-Nota 4 tat-tabella tistabbilixxi kontenut massimu ta’ xaħam mhux raffinat li ma jaqbiżx it-2,5 % tal-materja niexfa għall-prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja, taż-żerriegħa tal-ġirasol u taż-żerriegħa tal-lift.
L-għażla li jintużaw minerali, vitamini u addittivi ġiet miżjuda.
Fin-nota 2 ġiet iċċarata d-definizzjoni ta’ “ħbub u solubbli mnixxfa tad-distillerija”.
Minbarra l-limitu massimu ta’ 2 % għall-aċidu linolejku, l-emenda tintroduċi limitu massimu ta’ xaħam ta’ 5 % tal-materja niexfa tad-dieta.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
14. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 14
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal rekwiżit li mill-inqas 50 % tal-materja niexfa tal-għalf tal-ħnieżer, fuq bażi annwali, trid tiġi miż-żona ġeografika li fiha jitrabbew il-ħnieżer.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
15. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 15
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda, fir-regoli dwar it-tmigħ tal-ħnieżer relatati mal-fażi tat-tismin, tipprevedi referenza għat-“Tabella tal-materja prima permessa” inkluża fil-fażi tat-tkabbir, b’ċerti speċifikazzjonijiet meħtieġa għall-fażi tat-tismin.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
16. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 16
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi t-taqsima “Il-qtil u t-tqattigħ tal-ħnieżer” u tipprevedi r-riformulazzjoni tad-dispożizzjoni dwar l-età minima tal-ħanżir waqt il-qatla, mingħajr ma temendaha, u torbotha mal-kontroll permezz tal-marka tal-oriġini bil-linka u/jew l-apparat ta’ identifikazzjoni li jissostitwixxiha jew jikkombina magħha, deskritt fil-parti li tikkonċerna t-tmigħu t-trobbija tal-ħnieżer.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
17. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 17
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal il-kriterju għall-kalkolu tal-età tal-ħnieżer għall-iskop tal-qatla.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
18. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 18
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tissostitwixxi l-parametru ta’ piż ħaj tal-ħnieżer ta’ 160 kg +/- 10 % b’piż individwali tal-karkassa ta’ bejn 110,1 kg u 168,0 kg.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
19. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 19
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika, fit-test, il-klassijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għalihom jistgħu jappartjenu l-karkassi H Heavy eliġibbli, f'konformità ma’ dak li huwa stabbilit fid-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott li għalihom tirreferi l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Ir-referenza għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ġiet sostitwita.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
20. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 20
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li d-data dwar il-piż u l-klassifikazzjoni tal-karkassa trid tiġi aċċertata fil-ħin tal-qatla.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
21. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 21
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-operazzjonijiet tat-tqattigħ jistgħu jitwettqu wkoll f’impjanti tat-tqattigħ minbarra l-biċċerija li qatlet l-annimali.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
22. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 22
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rappreżentazzjoni grafika u d-dimensjonijiet tat-timbru ta’ identifikazzjoni u kif għandu jiġi applikat fuq riġlejn xierqa mill-biċċerija.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
23. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 23
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, it-tielet paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-possibbiltà li jintuża apparat ta’ identifikazzjoni minflok, jew flimkien ma’, it-timbru ta’ identifikazzjoni tal-biċċerija.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
24. Emenda tal-Artikolu 2
Emenda 24
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2, il-ħames paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tħassar il-ħames paragrafu tal-Artikolu 2.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
25. Emenda tal-Artikolu 4
Emenda 25
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, it-tieni u t-tielet paragrafi, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 3.3 u 5.2 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tispeċifika li l-ipproċessar tar-riġlejn riċevuti mill-biċċerija jew mill-impjant tat-tqattigħ għandu jibda fil-faċilità tal-preservazzjoni fi żmien 120 siegħa mill-qatla, mingħajr ma jiġu emendati l-kundizzjonijiet tat-temperatura stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
26. Emenda tal-Artikolu 4
Emenda 26
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4, is-sitt paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid it-tirqim ukoll wara t-tieni tmelliħ u qabel it-tmiem tal-fażi tal-maturazzjoni.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
27. Emenda tal-Artikolu 5
Emenda 27
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tal-parti dwar it-temperaturi fil-kmamar tat-tqaddim iżżid it-temperatura massima minn 20 °C għal 22 °C.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
28. Emenda tal-Artikolu 5
Emenda 28
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tal-parti dwar il-livelli ta’ umdità relattiva fil-kmamar tat-tqaddim tbiddel il-medda ta’ umdità relattiva minn “65-80 %” għal “40-70 %”.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
29. Emenda tal-Artikolu 5
Emenda 29
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 3.2 u 5.2 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għall-Prosciutto di Carpegna minn “13-il xahar” għal “14-il xahar”.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
30. Emenda tal-Artikolu 7
Emenda 30
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tħassar l-Artikolu 7.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
31. Emenda tal-Artikolu 8
Emenda 31
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tbiddel in-numru tal-Artikolu 8 li jsir l-Artikolu 7.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
32. Emenda tal-Artikolu 8
Emenda 32
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8, ir-raba’ paragrafu, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 3.2 u 3.5 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda żżid il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni għall-prieżet maħsuba biex jiġu ppakkjati f’vakwu jew imballati f’atmosfera modifikata, inkluż meta jkunu mfetta, minn “mill-inqas 14-il xahar” għal “mill-inqas 15-il xahar”.
L-emenda taffettwa d-Dokument Uniku.
33. L-Artikolu 8 il-Ġdid
Emenda 33
L-emenda ddaħħal Artikolu 8 ġdid fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tirriproduċi l-punt 5 tad-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda ddaħħal artikolu speċifiku – l-Artikolu 8 “Rabta mal-ambjent” – li huwa konformi mal-informazzjoni diġà mogħtija fid-Dokument Uniku ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 2009/C 189 ta’ 12.8.2009.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
34. L-Artikolu 9 il-Ġdid
Emenda 34
L-emenda ddaħħal Artikolu 9 ġdid fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Deskrizzjoni: L-emenda tintroduċi l-Artikolu 9 “Prova tal-oriġini”, li jispeċifika l-ħtieġa li l-partijiet kollha fil-katina tal-produzzjoni tad-DOP jiġu mmonitorjati u mqiegħda taħt il-kontroll tal-korp ta’ kontroll.
L-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli
1. Isem/Ismijiet (tad-DOP jew tal-IĠP)
“Prosciutto di Carpegna”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
02 — LAĦAM U ĠEWWIENI TAL-LAĦAM LI JITTIEKEL 0210 — Laħam u ġewwieni tal-laħam li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; id-dqiq u l-frakass li jittieklu tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-laħam 0210 11 — Prieżet, spalel u qatgħat tagħhom, bl-għadam |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Prosciutto di Carpegna” huwa perżut nej immaturat, prodott bl-ipproċessar tar-riġlejn ta’ wara ta’ ħnieżer tqal għal perjodu ta’ mhux inqas minn 14-il xahar fiż-żona ġeografika.
Fl-aħħar tal-ipproċessar, il-“Prosciutto di Carpegna” jippreżenta ruħu f’forma ġejja għat-tond, ċatta aktar milli sferika, b’saff suffiċjenti ta’ xaħam fil-parti opposta tal-ġenba u li tiżen mhux inqas minn 8 kg.
Id-dehra meta jinqata’ tkun ta’ kulur li jagħti fir-roża u lewn is-salamun, bi kwantità adegwata ta’ xaħam solidu, ta’ kulur abjad jew abjad fir-roża. Għandu riħa delikata u penetranti ta’ laħam immaturat, togħma delikata u mfewħa, u l-konsistenza tal-laħam tarija u elastika.
Il-karatteristiċi kimiċi u fiżikokimiċi huma kif ġej: perċentwal tal-kontenut tal-ilma ta’ bejn 57 % u 63 %; proporzjon melħ/ilma (proporzjon tal-perċentwal tal-melħ għal dak tal-kontenut tal-ilma) bejn 7,8 u 11,2; proporzjon ilma/proteina (proporzjon tal-perċentwal ta’ ilma għal dak tal-kontenut totali ta’ proteina) bejn 1,9 u 2,5 u l-indiċi tal-proteoliżi (perċentwal tal-frazzjoni tan-nitroġenu solubbli li jinħall fl-aċidu trikloroaċetiku (TCA, trichloroacetic acid) b’referenza għall-kontenut totali ta’ nitroġenu) mhux inqas minn 24 u mhux aktar minn 31.
Il-“Prosciutto di Carpegna” jista’ jinħareġ għall-konsum sħiħ, mingħajr għadma – kemm pressato (ippressat) jew all’addobbo (mirqum) wara li titneħħa kompletament il-kisja applikata waqt il-maturazzjoni u l-partijiet tax-xaħam esterni u superfluwi – u maqtugħ porzjonijiet wara li jitqatta’ f’fetet u jiġi ppakkjat f’vakwu jew f’atmosfera modifikata. Għat-tqattigħ u l-ippakkjar tal-“Prosciutto di Carpegna”, irid jintuża l-perżut immaturat għal mill-inqas 15-il xahar.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
L-għalf għall-ħnieżer ġej miż-żona ġeografika tat-trobbija. Madankollu, f’xi snin jista’ ma jkunx teknikament possibbli, għal raġunijiet relatati mal-klima jew kummerċjali, li jinkiseb il-100 % tal-għalf għall-ħnieżer lokalment. F’dawn il-każijiet, sabiex tiġi ggarantita r-rabta mat-territorju, għandu jiġi żgurat li mill-inqas 50 % tal-materja niexfa tal-għalf għall-ħnieżer, fuq bażi annwali, tkun ġejja miż-żona ġeografika tat-trobbija.
L-Ispeċifikazzjoni għat-tip ġenetiku użat u l-użu aħħari tal-materja prima miksuba minn karkassi ta’ ħnieżer tqal meħtieġa għal produzzjoni tal-“Prosciutto di Carpegna” tinkludi metodi ta’ trobbija u tat-tmigħ ta’ bhejjem li ġejjin mit-tradizzjoni antika Taljana, li żviluppat metodi maħsuba biex jinkiseb tkabbir moderat fuq perjodu estiż ta’ żmien, kif ukoll piż tal-unità għoli, miksub billi jiġu kkordinati l-għanijiet tas-selezzjoni ġenetika, l-età minima u l-piż medju tal-bhejjem għall-qatla, bi programm xieraq ta’ tmigħ.
F’dan il-kuntest, skont it-termini tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, l-għalf permess, il-kwantitajiet tiegħu u l-mezzi ta’ amministrazzjoni huma differenzjati skont il-fażi tat-trobbija, skont l-età u l-piż tal-annimali.
Matul il-fażi tal-ftim, id-dieta tikkonsisti mill-materja prima permessa mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tmigħ tal-bhejjem. Id-dieta tal-ħnieżer tista’ tiġi supplimentata b’vitamini, minerali u amminoaċidi, u l-addittivi jistgħu jintużaw skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Il-materja prima li ġejja hija permessa matul il-fażi tat-tkabbir: dqiq tal-glutina tal-qamħirrum u/jew għalf tal-glutina tal-qamħirrum, qamħirrum, sorgu, xgħir, qamħ, tritikal, silaġġ tal-qamħirrum, dqiq tas-sbula sħiħa tal-qamħirrum, dqiq taż-żerriegħa tal-qamħirrum u/jew dqiq tal-isbula tal-qamħirrum, ċereali żgħar, nuħħala tal-qamħ u prodotti sekondarji oħra tal-ipproċessar tal-qamħ, espellent taż-żerriegħa tal-kittien, għalf tal-espellent taż-żerriegħa tal-kittien, dqiq taż-żerriegħa tal-kittien, għalf tad-dqiq taż-żerriegħa tal-kittien, polpa tal-pitravi mnixxfa, polpa tal-frott u polpa tat-tadam (residwi tat-tadam) bħala trasportaturi tat-taħlitiet lesti minn qabel, xorrox, xorrox tal-butir, ħbub u solubbli mnixxfa tad-distillerija, nifel (imnixxfa f’temperatura għolja), melassa, prodotti miksuba matul l-estrazzjoni tal-fażola tas-sojja, prodotti miksuba mill-estrazzjoni miż-żerriegħa tal-ġirasol, prodotti miksuba bl-estrazzjoni taż-żerriegħa tal-lift, dqiq tar-raħs tal-qamħirrum, piżelli, żrieragħ leguminużi oħra, ħmejjer, lipidi b’punt tat-tidwib ta’ aktar minn 36 °C, frakass tal-fdal tal-ħut, u fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew espellent tas-sojja.
IT-tmigħ matul il-fażi tat-tkabbir irid iqis ukoll l-Ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: id-dieta tista’ tiġi ssupplimentata b’vitamini u minerali, u l-addittivi jistgħu jintużaw skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ; il-materja niexfa miċ-ċereali ma għandhiex tkun inqas minn 45 % tat-total.
Matul il-fażi tat-tismin, irid ikun hemm konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet kollha stabbiliti għall-fażi tat-tkabbir, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin: il-materja niexfa miċ-ċereali ma għandhiex tkun inqas minn 55 % tat-total; il-materja prima “fażola tas-sojja sħiħa mixwija u/jew espellent tas-sojja” u “frakass tal-fdal tal-ħut” huma esklużi.
L-għalf ibbażat fuq iċ-ċereali jista’ jingħata jew f’forma likwida (brodu jew maxx, tradizzjonalment imħallat ma’ xorrox u/jew xorrox tal-butir), jew niexef. Sabiex jiġi żgurat kopertura tax-xaħam ta’ kwalità tajba, il-materja niexfa tal-għalf mogħti jista’ jkun fiha massimu ta’ 2 % aċidu linolejku u 5 % xaħam. Ix-xorrox u x-xorrox tal-butir, il-prodotti sekondarji rispettivament tal-ipproċessar tal-baqta u l-butir, jenħtieġ li flimkien ma jaqbżux l-15-il litru għal kull annimal kuljum. Il-kontenut totali tan-nitroġenu jekk ikkombinat mar-residwu tal-melassa għandu jkun inqas minn 2 %. Il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġew stabbiliti mis-sistema ta’ kontroll uffiċjali.
Il-“Prosciutto di Carpegna” huwa prodott esklussivament bl-użu tar-riġlejn ta’ wara friski miksuba minn ħnieżer imwielda, imrobbija, maqtula u mqatta’ fit-territorju tar-reġjuni tal-Lombardia, l-Emilia-Romagna u l-Marche li huma frieħ ta’:
|
(a) |
fħula tar-razez tradizzjonali Italian Large White, Italian Landrace u Italian Duroc, kif imtejba mill-Ktieb tal-Merħla Taljan, jew ta’ razza pura jew inkroċjati bejniethom, u majjala tar-razez tradizzjonali Italian Large White u Italian Landrace, jew ta’ razza pura jew inkroċjati bejniethom; |
|
(b) |
fħula tar-razez tradizzjonali msemmija f’(a) u majjala inkroċjati jew majjala ta’ tipi ġenetiċi oħra sakemm dawn jitrabbew taħt skemi ta’ selezzjoni u/jew ta’ inkroċjar tar-razez li jinvolvu r-razez Large White, Landrace jew Duroc għall-produzzjoni ta’ ħnieżer tqal, li l-għanijiet tagħhom huma kompatibbli ma’ dawk tal-Ktieb tal-Merħla Taljan; |
|
(c) |
fħula u majjali ta’ tipi ġenetiċi oħra sakemm dawn jitrabbew taħt skemi ta’ selezzjoni u/jew ta’ inkroċjar tar-razez li jinvolvu r-razez Large White, Landrace jew Duroc għall-produzzjoni ta’ ħnieżer tqal, li l-għanijiet tagħhom huma kompatibbli ma’ dawk tal-Ktieb tal-Merħla Taljan; |
|
(d) |
fħula tat-tipi ġenetiċi l-oħra msemmija f’(c), u majjali tar-razez tradizzjonali msemmija f’(a). |
Ir-riġlejn friski ta’ wara tal-majjal użati biex isir il-prodott ma jistgħux jiġu minn:
|
— |
fħula u majjali; |
|
— |
ħnieżer b’karatteristiċi opposti, b’mod partikolari suxxettibilità għall-istress (PSS, Porcine Stress Syndrome). |
Il-karatteristiċi tal-ħnieżer tqal magħżula mill-Ktieb tal-Merħla Taljan jaqblu mat-termini tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ dwar il-klassifikazzjoni kummerċjali tal-karkassi tal-ħnieżer; madankollu, skont dawn il-kriterji ta’ klassifikazzjoni, huma permessi biss ir-riġlejn ta’ wara miksuba minn karkassi kklassifikati “U”, “R” u “O”.
Il-ħnieżer adulti li jistgħu jintużaw għall-preparazzjoni tal-materja prima għall-“Prosciutto di Carpegna” jintbagħtu għall-qatla f’età ta’ mhux inqas minn 10 xhur. Jista’ jsir użu minn karkassi li jiżnu bejn minimu ta’ 110,1 kg u massimu ta’ 168,0 kg bi prova adegwata tal-oriġini u s-sors tagħhom; dan jippermetti li jinkisbu u jintużaw riġlejn ta’ wara mirquma (qatgħa qasira) b’piż unitarju ta’ mhux inqas minn 12-il kg u b’kopertura adegwata ta’ xaħam.
Riġlejn ta’ wara ta’ ħnieżer maqtula aktar minn 120 siegħa qabel ma jistgħux jiġu pproċessati.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-ipproċessar u l-maturazzjoni tad-DOP “Prosciutto di Carpegna” iridu jsiru fid-distrett taċ-ċensiment u fit-territorju amministrattiv tal-muniċipalità ta’ Carpegna (il-Provinċja ta’ Pesaro-Urbino, ir-Reġjun ta’ Marche).
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-imballaġġ, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-“Prosciutto di Carpegna” huwa kkummerċjalizzat b’timbru li jaħraq bit-trade mark ta’ identifikazzjoni bil-kliem “Prosciutto di Carpegna”.
Il-kliem “Prosciutto di Carpegna” irid jidher b’karattri ċari u li ma jitħassrux, distinti mill-indikazzjonijiet l-oħra kollha li jidhru fuq it-tikketta, u jkunu segwiti minnufih bil-kliem “Denominazione di Origine Protetta” (Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta). Dawn l-indikazzjonijiet jakkumpanjaw il-logo tad-denominazzjoni.
Ma tista’ tiżdied l-ebda deskrizzjoni li mhijiex permessa b’mod espliċitu.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-“Prosciutto di Carpegna” irid jiġi pproċessat fiż-żona ta’ produzzjoni tradizzjonali, fid-distrett taċ-ċensiment u fit-territorju amministrattiv tal-muniċipalità ta’ Carpegna, fil-Provinċja ta’ Pesaro-Urbino, fir-Reġjun tal-Marche, bl-użu ta’ materja prima miksuba minn ħnieżer imwielda, imrobbija, maqtula u mqatta’ fit-territorju tar-reġjuni tal-Marche, l-Emilia-Romagna u l-Lombardia. Japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Prosciutto di Carpegna” tinsab fir-reġjun ta’ Marche, fil-provinċja ta’ Pesaro-Urbino, fil-muniċipalità ta’ Carpegna, li għandha l-koordinati kartografiċi u l-karatteristiċi ġeografiċi li ġejjin:
|
— |
koordinati: 43°47’ N 12°20’ E, |
|
— |
żona: 28,3 km2, |
|
— |
altitudni (‘il fuq mil-livell tal-baħar) 748 metru, |
|
— |
altitudni massima: 1 415-il metru, |
|
— |
medda ta’ altitudni: 1 015-il metru, |
|
— |
numru ta’ abitanti (fil-21.12.2007): 1 657. |
It-territorju ta’ Carpegna jinsab fil-konfini tat-Tramuntana tal-parti ċentrali tal-peniżola Taljana, fi ħdan il-perimetru tal-park naturali tas-Sasso Simone e Simoncello, il-muntanja li tokkupa n-naħa ta’ Nofsinhar f’distanza ta’ madwar 50 kilometru ’l bogħod mill-Baħar Adrijatiku, mhux bogħod mid-distrett ta’ San Marino. F’nofs il-ħdura tal-boskijiet tal-fagu li jikkarratterizzaw il-flora lokali, il-pożizzjoni tiegħu rispettivament mal-għoljiet tal-Appennini, il-post jiżgura kenn mill-irjieħ kiesħa tat-Tramontana u tal-Bora, li jiddeterminaw il-karatteristiċi kostanti tal-mikroklima lokali li hija kkaratterizzata mill-qrubija relattiva tal-baħar, mill-altitudni, mill-ventilazzjoni moderata, min-nuqqas ta’ ilmijiet qiegħda f’żoni ġeomorfoloġiċi li jiskulaw l-ilma b’mod naturali, għalhekk, f’ambjent partikolarment ekwilibrat u mmarkat minn kundizzjonijiet ta’ sjuf moderati u xotti, li stabbilixxew minn żmien ilu t-territorju bħala destinazzjoni mill-aqwa għas-saħħa u l-benessri.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Minbarra r-rekwiżiti ta’ konformità tal-materja prima, tal-proċess tal-produzzjoni u tal-kwalifikazzjoni finali tal-prodott immaturat, karatteristiċi speċifiċi oħrajn li jenħtieġ li jissemmew:
|
— |
l-użu ta’ riġlejn miksuba minn ħnieżer ta’ età ta’ mhux inqas minn 10 xhur, li tinvolvi l-użu ta’ laħmijiet maturi u iktar adattati għal maturazzjoni fit-tul, |
|
— |
l-użu ta’ tekniki manwali biex il-perżut jiġi ċċattjat, imraqqem u miksi biex ikun lest għal fażi tal-maturazzjoni, |
|
— |
il-projbizzjoni ta’ addittivi kimiċi ta’ kwalunkwe tip u fi kwalunkwe fażi tal-preparazzjoni (ħlief l-użu tal-klorur tas-sodju għat-tmelliħ tal-bidu), |
|
— |
l-użu tal-melħ tal-baħar (klorur tas-sodju), mitħun u niexef biss, għat-tmelliħ tar-riġlejn friski, |
|
— |
l-użu ta’ riġlejn friski mkessħa imma mhux iffriżati, ta’ daqs xieraq għall-età minima tal-ħanżir, |
|
— |
il-fatt li l-ipproċessar tar-riġlejn ta’ wara fil-faċilità tal-preservazzjoni jibda mhux aktar tard minn 120 siegħa wara l-qatla; |
|
— |
it-tul ta’ żmien tal-proċess kollu, li jiddetta li l-maturazzjoni ma tkunx kompluta qabel ma jkunu għaddew 14-il xahar mill-bidu tal-ipproċessar, |
|
— |
il-kontenut limitat tal-melħ tal-perżut, kif iċċertifikat mir-rapporti ta’ kontroll tal-parametri kimiċi li jridu jsiru fl-aħħar tal-maturazzjoni, li jiddistingwih, b’mod oriġinali u speċifiku, minn prodotti oħra simili prodotti fiċ-ċentru tal-Italja. |
5.3. Rabta kawżali bejn l-oriġini ġeografika u, fejn xieraq, kwalità partikolari, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott
L-attributi ġeografiċi u ambjentali tad-distrett ta’ Carpegna, fil-qalba taż-żona ta’ Montefeltro u l-park naturali tiegħu, jipprovdu taħlita irripproduċibbli ta’ fatturi mikroklimatiċi favorevoli għall-maturazzjoni tal-laħam, kif rikonoxxut u użat mill-bnedmin minn żminijiet antiki. L-assoċjazzjoni taż-żona lokali mal-ipproċessar tal-laħam tal-majjal hija dokumentata sa mir-Rinaxximent Taljan, meta, wara li Malatesta Novello, Sinjur ta’ Cesena, biegħ il-melħ ta’ Cervia lir-Repubblika ta’ Venezja (1468), ġie ddikjarat b’mod espliċitu li l-kontea ta’ Carpegna żammet id-dritt li tagħmel użu liberu mill-melħ. Carpegna hija soġġetta għal riħ ħafif iżda kostanti bħala riżultat taż-żiffa mill-Baħar Adrijatiku – imblukkat fl-altitudni, iżda wara l-barriera protettiva ffurmata mill-għoljiet inizjali tal-Appennini – li ġġorr l-essenzi tal-mikroflora speċifika tal-muntanji Mediterranji taż-żona, li tħallat il-fagu, is-siġar tal-karpin u l-ileks mal-ġilju, l-anemoni u għadd ta’ speċi ta' orkidea konservati u miżmuma għal sekli sħaħ mill-park naturali.
Dawn il-fatturi influwenzaw ir-regolazzjoni tal-attività tal-enżimi tal-laħam, li tattiva ruħha anke minkejja l-preżenza skarsa tal-komponent tal-melħ, permezz tal-maturazzjoni li tgawdi minn esponiment twil għall-kundizzjonijiet naturali tal-post (stagionatura), li għandhom rabtiet diretti mal-konsistenza u mal-karatteristiċi organolettiċi tal-perżut.
Matul iż-żmien, l-esiġenza ta’ materja prima li konsegwentement hija xierqa għal maturazzjoni naturali u fit-tul mingħajr l-użu eċċessiv tal-melħ jew ta’ sustanzi aromatizzanti, rawmet it-tradizzjoni tat-trobbija tal-ħanżir tqil Taljan, li tul is-sekli nxterdet gradwalment miż-żona oriġinali u ewlenija ta’ żvilupp fl-Italja Ċentrali sal-pjanura Padana, minħabba ċ-ċaqliq tal-bhejjem, li stabbilizza ruħu fiż-żminijiet tal-lum, wara l-imxijiet tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2736/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)