<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑81/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0081</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:575">EU:C:2015:575</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150910">10.9.2015</DATE> – KAWŻA C‑81/14</P><P>NANNOKA VULCANUS INDUSTRIES</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 1999/13/KE</KEYWORD><KEYWORD>Anness II B</KEYWORD><KEYWORD>Tniġġis atmosferiku</KEYWORD><KEYWORD>Taħlit organiku volatili</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tal-emissjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u installazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi applikabbli għall-installazzjonijiet eżistenti</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni tat-terminu</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑81/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi), b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140217">17 ta’ Frar 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nannoka Vulcanus Industries BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">College van gedeputeerde staten van Gelderland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, A. Rosas (Relatur), E. Juhász u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Nannoka Vulcanus Industries BV, minn M. Baneke, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman, B. Koopman u C. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Manhaeve u S. Petrova, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20150312">12 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Anness II B tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-<DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit organiku volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 118, u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="188" PAGE.FIRST="54" DATE.PUB="1999">ĠU 1999 L 188, p. 54</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Nannoka Vulcanus Industries BV (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Nannoka<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-College van gedeputeerde staten van Gelderland (Bord Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Gelderland, iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>College<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), rigward ordni, taħt piena ta’ pagamenti ta’ penalità, imposta minn dan tal-aħħar fuq Nannoka minħabba ksur tal-leġiżlazzjoni Olandiża li tittrasponi d-Direttiva 1999/13.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 5 sa 9 tad-Direttiva 1999/13 jipprevedu:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(5)</NO.P><TXT>Billi, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet joħolqu emissjonijiet ta’ taħlit organiku fl-arja li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa pubblika u/jew jikkontribwixxu għall-formazzjoni lokali u barra l-fruntieri ta’ ossidji fotokimiċi fis-saff tal-fruntiera tat-troposfera li tikkawża danni għar-riżorsi naturali ta’ importanza vitali ambjentali u ekonomika u, taħt ċertu kondizzjonijiet ta’ espożizzjoni, għandhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa umana;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Billi l-inċidenza għolja ta’ konċentrazzjonijiet għolja troposferiċi tal-ożonu fl-aħħar snin qajmu tħassib kbir rigward l-impatt fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Billi, għalhekk, azzjoni ta’ prevenzjoni hi meħtieġa biex tipproteġġi s-saħħa pubblika u l-ambjent kontra l-konsegwenzi ta’ emissjonijiet partikolarment ta’ ħsara mill-użu ta’ solventi organiċi u biex tiggarantixxi liċ-ċittadini d-dritt għall-ambjent nadif u b’saħħtu.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Billi emissjonijiet ta’ taħlit organiku jistgħu jiġu evitati jew imnaqqsa f’ħafna attivitajiet u stallazzjonijiet għaliex sustanzi potenzjalment anqas ta’ ħsara huma disponibbli jew se jsiru disponibbli fis-snin li ġejjin; billi, fejn sustanzi xierqa m’humiex disponibbli, miżuri tekniċi għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ambjent skont kemm hu ekonomikament u teknikament possibbli;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Billi l-użu ta’ solventi organiċi u l-emissjoni ta’ taħlit organiku li għandhom l-aktar effett serju fuq is-saħħa pubblika għandhom jitnaqqsu skont l-aktar li hu teknikament possibbli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP></CONSID></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 14 u 15 tal-imsemmija direttiva jipprevedu:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(14)</NO.P><TXT>Billi livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali jeħtieġ it-twaqqif u l-kisba ta’ limiti ta’ emissjoni għal taħlit orġaniċi u kondizzjonijiet ta’ ħidma xierqa, bi qbil mal-prinċipju ta’ l-aħjar tekniċi disponibbli, għal ċerti stallazzjonijiet u attivitajiet li jużaw solventi organiċi fil-Komunità;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Billi f’ċerti każi l-Istati Membri jistgħu jeżentaw operaturi milli jaqblu mal-valuri ta’ limitu ta’ emissjoni għaliex miżuri oħra, bħall-użu ta’ prodotti bi ftit solvent jew mingħajr solvent jew tekniki, jipprovdu mezzi alternattivi biex jilħqu tnaqqis ta’ emissjonijiet ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></CONSID></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/13, din għandha l-għan li tipprevjeni jew tnaqqas l-effetti diretti u indiretti tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili fl-ambjent, l-aktar fl-arja, u r-riskji potenzjali għas-saħħa umana, permezz ta’ miżuri u proċeduri li għandhom jiġu implementati fl-attivitajiet industrijali ddefiniti fl-Anness I ta’ din id-direttiva, sa fejn huma jaqbżu l-limiti massimi indikati fl-Anness II A ta’ din.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2, punt 1, tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>installazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> għall-finijiet ta’ din tal-aħħar bħala unit stazzjonarju tekniku fejn isiru attività waħda jew iktar li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ddefinit fl-Artikolu 1 tal-istess direttiva, kif ukoll kwalunkwe attività relatata direttament miegħu li hija marbuta teknikament mal-attivitajiet eżerċitati fuq is-sit u li jista’ jkollha effetti fuq l-emissjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 1999/13 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom jaddottaw il-miżuri neċċessarji biex jassiguraw li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-istallazzjonjiet ġodda kollha jaqblu ma’ l-Artikoli 5, 8 u 9;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/61/KE [tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19960924">24 ta’ Settembru 1996</DATE>, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80)], l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jassiguraw li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Stallazzjonijiet eżistenti jaqblu ma’ l-Artikolu 5, 8 u 9 mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Dawk l-istallazzjonijiet li jridu jiġu awtorizzati jew registrati bl-użu ta’ l-iskema tat-tnaqqis ta’ l-Anness II B javżaw dan lill-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20051031">31 ta’ Ottubru 2005</DATE>;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/13:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-istallazzjonijiet kollha għandhom jaqblu ma’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew il-valuri tal-limiti ta’ emissjoni f’gassijiet li ġejjin mill-iskart u valuri ta’ emissjonijiet klandestini, jew il-valuri tal-limiti ta’ emissjoni totali, u ħtiġijiet oħra mniżżla fl-Anness II A;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-ħtigijiet ta’ l-iskema ta’ tnaqqis speċifikati fl-Anness II B<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 1999/13/KE huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Konformità ma’ dan li ġej għandha tintwera għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-ħtiġijiet ta’ l-iskema tat-tnaqqis taħt l-Anness IIB,</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(1), tad-Direttiva 1999/13 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20010401">1 ta’ April 2001</DATE>. Huma għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Skema ta’ tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.P><TXT>Prinċipji</TXT><P>L-għan ta’ l-iskema tat-tnaqqis hija li tikkonċedi lil operatur il-possibbilta li jilħaq permezz ta’ mezzi oħra ta’ emissjoni tnaqqis, ekwivalenti għal dawk milħuqa jekk il-valuri tal-limiti ta’ emissjoni jkollhom jiġu applikati. Għal dak il-għan l-operatur jista’ juża l-iskema tat-tnaqqis, speċjalment maħsubha għal din l-istallazzjoni, provdut li fl-aħħar emissjoni ekwivalenti tintlaħaq. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva lill-Kummissjoni dwar il-progress fl-ilħuq ta’ l-istess tnaqqis ta’ emissjoni, inkluż l-esperjenza mill-applikazzjoni ta’ l-iskema tat-tnaqqis.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Prattika</TXT><P>Fil-każ tal-applikazzjoni tal-kisi, verniċi, kolla jew linka, l-iskema li ġejja tista’ tintuża. Fejn il-metodu li ġej mhux xieraq l-awtorità kompetenti tista’ tħalli operatur japplika skema ta’ eżenzjoni alternattiva li hi sodisfatta tħares il-prinċipji mniżżla hawn. Id-disinn ta’ l-iskema jieħu kunsiderazzjoni tal-fatti li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>fejn sostituti li jkollhom fihom ftit jew l-ebda solvent għadhom qed jiżviluppaw, estenzjoni taż-żmien trid tingħata lill-operatur biex jimplimenta l-pjanijiet tat-tnaqqis ta’ l-emissjoni tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis ta’ l-emissjoni għandhom jikkorrispondu mill-aktar viċin possibbli ma’ l-emissjonijiet li jirriżultaw li ma ħadux azzjoni ta’ tnaqqis.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>L-iskema li ġejja għandha topera għall-istallazzjonijiet li għalihom kontenut solidu u kostanti ta’ prodott jistgħu jiġu maħsuba u użati biex jiddefinixxu l-punt ta’ referenza għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet:</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>l-operatur għandu [jippreżenta] il-pjan tat-tnaqqis ta’ emissjoni li tinkludi partikolarment tnaqqis fil-kontenut tas-solvent medju ta’ l-input totali u/jew żieda effiċjenti fl-użu [fil-grad ta’ effiċjenza fl-użu] ta’ solidi biex jintlaħaq tnaqqis ta’ l-emissjonijiet totali mill-istallazzjoni sa persentaġġ mogħti tar-referenza ta’ emissjonijiet annwali, termina l-emissjoni immirata. Dan għandu jsir fil-qafas taż-żmien li ġej:</TXT><P><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="3"><CORPUS><ROW><CELL COLSPAN="2" COL="1">Perjodu ta’ ħin</CELL><CELL ROWSPAN="2" COL="3">Emissjonijiet annwali Massimi konċessi</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Installazzjonijiet ġodda</CELL><CELL COL="2">Installazzjonijiet eżistenti</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Mill[Sal]-31.10 2001</CELL><CELL COL="2">Mill[Sal]-<DATE ISO="20051031">31.10.2005</DATE></CELL><CELL COL="3">Emissjoni mmirata × 1.5</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Mill tal[Sal]-<DATE ISO="20041031">31.10.2004</DATE></CELL><CELL COL="2">Mill[Sal]-<DATE ISO="20071031">31.10.2007</DATE></CELL><CELL COL="3">Emissjoni mmirata</CELL></ROW></CORPUS></TBL></P></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>L-emissjoni ta’ referenza annwali hi kalkulata kif ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-massa totali ta’ solidi fil-kwantità tal-kisi u/jew linka, verniċ jew kolla konsmata f’sena hi determinata. Solidi huma [meqjusin bħala] materjali [kollha] fil-kisi, linka, verniċ u kolla li jsiru solidi meta l-ilma jew taħlit organiku volatili jevapora.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Mis-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE>, id-Direttiva 1999/13 ġiet issostitwita bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20101124">24 ta’ Novembru 2010</DATE>, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2010">ĠU L 334, p. 17</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Mill-premessa 1 tad-Direttiva 2010/75 jirriżulta li din ifformulat mill-ġdid seba’ direttivi, fosthom id-Direttiva 1999/13.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 59(1), tad-Direttiva 2010/75:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull installazzjoni tikkonforma ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-emissjonijiet ta’ komposti volatili organiċi minn installazzjonijiet m’għandhomx jaqbżu l-valuri limitu ta’ emissjoni f’gassijiet ta’ skart u valuri ta’ emissjonijiet maħruba, jew il-valuri limitu totali ta’ emissjonijiet, u rekwiżiti oħra stabbiliti fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness VII jiġu osservati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ir-rekwiżiti tal-iskema ta’ tnaqqis stabbiliti fil-Parti 5 tal-Anness VII bil-kondizzjoni li jinkiseb tnaqqis ekwivalenti ta’ emissjonijiet meta mqabbel ma’ dak miksub permezz tal-applikazzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt (a)<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2010/75 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ [...] ial-punt 1 tal-Parti 5 [...] tal-Anness VII [...] sas-<DATE ISO="20130107">7 ta’ Jannar 2013</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn dik id-data stess.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 81(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Id-Direttivi [...] 1999/13 [...] huma mħassra b’effett mis-<DATE ISO="20140107">7 ta’ Jannar 2014</DATE>, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IX, il-Parti B<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Parti 5, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Skema ta’ tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75, li huwa nnifsu huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ installazzjonijiet u attivitajiet li jużaw solventi organiċi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.P><TXT>L-operatur jista’ juża‘ kwalunkwe skema ta’ tnaqqis, imfassla b’mod speċjali għall-installazzjoni tiegħu.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ tal-applikazzjoni tal-kisi, verniċi, kolla jew linka, l-iskema li ġejja tista’ tintuża. Fejn il-metodu li ġej mhux xieraq l-awtorità kompetenti tista’ tħalli operatur japplika skema ta’ alternattiva li tilħaq tnaqqisiet ekwivalenti fl-emissjonijiet għal dawk miksuba jekk il-valuri limitu tal-emissjonijiet fil-Partijiet 2 u 3 jkunu applikati. Id-disinn ta’ l-iskema jieħu kunsiderazzjoni tal-fatti li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fejn sostituti li jkollhom fihom ftit jew l-ebda solvent għadhom qed jiżviluppaw, estenzjoni taż-żmien trid tingħata lill-operatur biex jimplimenta l-pjanijiet tat-tnaqqis ta’ l-emissjoni tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis ta’ l-emissjoni għandhom jikkorrispondu mill-aktar viċin possibbli ma’ l-emissjonijiet li jirriżultaw li ma ħadux azzjoni ta’ tnaqqis.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-iskema li ġejja għandha titħaddem għall-installazzjonijiet li għalihom jistgħu jiġu maħsuba kontenut solidu u kostanti ta’ prodott:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-emissjoni ta’ referenza annwali hi kalkulata kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Il-massa totali ta’ solidi fil-kwantità tal-kisi u/jew linka, verniċ jew kolla konsmata f’sena hi determinata. Solidi huma [meqjusin bħala] materjali [kollha] fil-kisi, linka, verniċ u kolla li jsiru solidi meta l-ilma jew taħlit organiku volatili jevapora.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>L-emissjonijiet ta’ referenza annwali huma kalkulati billi tkun multiplikata l-massa determinata f’(i) mill-fattur xieraq imniżżel fit-tabella hawn taħt. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dawn il-fatturi għall-installazzjonijiet individwali biex jirriflettu effiċjenza miżjuda dokumentata fl-użu ta’ solidi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Artikoli 4(1) u 5(2) tad-Direttiva 1999/13 ġew ittrasposti fid-dritt Olandiż permezz tal-Artikoli 3(1) u 5(a) tad-deċiżjoni dwar is-solventi li timplementa d-Direttiva 1999/13 (Oplosmiddelenbesluit omzetting EG-VOS-richtlijn milieubeheer, Stb. 2001, Nru 161, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>deċiżjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Solvants<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Solvants<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> kienu jobbligaw lill-impriżi kkonċernati jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu mod li l-installazzjonijiet tagħhom ikunu, sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, konformi mal-valuri limitu ta’ emissjoni li jinsabu fl-Anness II A ta’ din id-deċiżjoni, jew mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-iskema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>iskema ta’ tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) ippreżentata fid-dettall fl-Anness II B tal-imsemmija deċiżjoni. Il-kontenut tal-anness imsemmi l-aħħar huwa identiku għal dak tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Nannoka topera installazzjoni għall-proċessi ta’ tiżbigħ u ta’ kisi.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, il-College impona ordni, taħt piena ta’ pagamenti ta’ penalità, fuq Nannoka minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikoli 3(1) u 5(a) tad-deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Solvants<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, il-College ċaħad l-azzjoni amministrattiva ppreżentata minn Nannoka kontra d-deċiżjoni tiegħu tas-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>, ir-Rechtbank Arnhem (qorti distrettwali ta’ Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi) ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Nannoka kontra d-deċiżjoni tal-College tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Nannoka appellat kontra din is-sentenza quddiem ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-fatt li d-deċiżjoni tal-College tas-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE> ġiet irtirata fis-<DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE> ma jċaħħadx lil Nannoka mill-interess tagħha fil-kawża prinċipali għal deċiżjoni fuq il-mertu tal-appell tagħha. Fil-fatt, din il-kumpannija tistabbilixxi b’mod konvinċenti r-realtà tad-dannu li hija sofriet minħabba li d-deċiżjoni ġiet irtirata, peress li din ġiegħlitha tagħti b’subappalt parti mill-attivitajiet tagħha lil impriża oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, huwa stabbilit li, fid-data tal-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Nannoka ma kinitx ikkonformat ruħha mal-valuri limitu ta’ emissjoni previsti fl-Anness II A tad-deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Solvants<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu Nannoka ssostni quddiem il-qorti tar-rinviju li hija kienet tissodisfa r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-iskema ta’ tnaqqis deskritta fl-Anness II B tal-imsemmija deċiżjoni, għaliex, fil-fehma tagħha, dan l-anness kien jagħtiha estensjoni tat-terminu lil hinn mill-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE> għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont Nannoka, l-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 jipprevedi li l-operatur għandu jingħata estensjoni tat-terminu biex jimplementa l-iskema ta’ tnaqqis tiegħu, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati. Nannoka tqis li dan kien il-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-partijiet jaqblu fuq il-fatt li Nannoka, b’ittra tas-<DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, innotifikat lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bl-intenzjoni tagħha li tuża skema ta’ tnaqqis. Barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat li Nannoka stabbilixxiet tali skema ta’ tnaqqis. Skont il-qorti tar-rinviju, din l-iskema ta’ tnaqqis ma kinitx tippermettilha, madankollu, tilħaq, sad-data tal-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>valur immirat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> previst fit-tieni paragrafu tal-punt 2 tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 ma jimponix l-adozzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis unika, iżda jistabbilixxi prinċipji, indikazzjonijiet u rekwiżiti li, skont l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, l-operatur għandu jikkonforma ruħu magħhom meta jistabbilixxi l-iskema ta’ tnaqqis tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 ma jippermettix madankollu li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni la s-sitwazzjonijiet li fihom l-estensjoni tat-terminu li huwa jipprevedi tista’ tingħata legalment, u lanqas it-tul ta’ żmien possibbli ta’ tali estensjoni tat-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li dan l-anness jipprevedi, f’dak li jirrigwarda l-installazzjonijiet li għalihom jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi ddefinit il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis partikolari (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>iskema standard<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>). Dan l-anness jagħti mbagħad kalendarju sabiex wieħed jasal għall-emissjonijiet imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>immirati<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, kif ukoll għal metodu ta’ kalkolu sabiex jiġu ddefiniti dawn l-emissjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-ebda element ma jippermetti li jiġi konkluż li, fil-kawża prinċipali, l-installazzjonijiet ta’ Nannoka ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet li għalihom kienet suġġetta l-applikazzjoni ta’ din l-iskema standard. Jidher li, fis-sitwazzjonijiet li fihom l-imsemmija skema standard tkun applikabbli, ma jistax jiġi injorat<?PAGE NO="8"?> il-kalendarju li jinsab fl-Anness II B tad-Direttiva 1999/13. Peress li dan kien jipprevedi li l-emissjoni mmirata kellha tintlaħaq sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE> u peress li, kif huwa ċar, l-iskema ta’ tnaqqis ta’ Nannoka ma kinitx kapaċi li tasal għal tali riżultat, jeżisti dubju, skont il-qorti tar-rinviju, rigward il-konformità ta’ din l-iskema ta’ tnaqqis mar-rekwiżiti tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmi anness jindika li huwa meħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li estensjoni tat-terminu għandha tingħata lill-operatur għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk huwiex possibbli, anki meta l-iskema standard tkun applikabbli, li ssir madankollu devjazzjoni mill-kalendarju li hija tagħmel parti minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>B’dan il-mod il-qorti tar-rinviju tikkunsidra żewġ interpretazzjonijiet possibbli tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13. Skont l-ewwel interpretazzjoni, l-estensjoni tat-terminu tista’ tingħata biss meta l-iskema standard ma tkunx adattata għas-sitwazzjoni kkonċernata u meta tip ieħor ta’ skema ta’ tnaqqis ikun, għal din ir-raġuni, stabbilit. Skont it-tieni interpretazzjoni, anki jekk l-iskema standard tkun applikabbli, estensjoni tat-terminu tista’ tinkiseb b’deroga mill-kalendarju previst minn din l-iskema.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-każ li tiġi adottata din it-tieni interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-kundizzjonijiet mitluba sabiex operatur ikun jista’ jibbenefika minn estensjoni tat-terminu u dwar it-tul ta’ żmien possibbli ta’ tali estensjoni. Fil-fatt, l-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 ma jispeċifikax, pereżempju, jekk tali estensjoni tat-terminu hijiex suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew jekk tistax isseħħ <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT>. Dan l-anness lanqas ma jindika sa fejn l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent għandu jiġi kkonkretizzat, u lanqas l-istadju li dan l-iżvilupp għandu jkun laħaq sabiex jagħti dritt għal estensjoni tat-terminu. Huwa lanqas ma jispeċifika l-kriterji li abbażi tagħhom għandu jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien tal-estensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Raad van State iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1)</NO.P><TXT>L-Anness II B tad-Direttiva tal-Kunsill [1999/13] għandu jiġi interpretat fis-sens li operatur ta’ stallazzjonijiet li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi, u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi definit il-punt ta’ riferiment għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, għandu jkun jista’, meta l-prodotti ta’ sostituzzjoni li jkunu jinkludu ftit jew ebda solventi jkunu għadhom qed jiġi żviluppati, jibbenefika minn estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu, b’deroga mill-perijodu stabbilit fl-imsemmi anness?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis, kif prevista mill-Anness II B tad-Direttiva [1999/13], tirrikjedi t-twettiq ta’ att partikolari mill-operatur tal-installazzjonijiet ikkonċernati jew awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Abbażi ta’ liema kriterji għandu jiġi stabbilit it-tul tal-estensjoni tat-terminu previst fl-Anness II B tad-Direttiva 1999/13?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni tat-terminu li huwa jipprevedi fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tiegħu, tista’ tingħata lill-operatur ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>installazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 2, punt 1 tal-imsemmija direttiva, sabiex japplika l-iskema ta’ tnaqqis tiegħu, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, meta jista’ jiġi preżunt, għal din l-installazzjoni, kontenut kostanti ta’ solidi u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi ddefinit il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 1999/13, l-installazzjonijiet kollha koperti minn din id-direttiva għandhom ikunu konformi jew mal-valuri limitu ta’ emissjoni ta’ taħlit organiku volatili li jinsabu fl-Anness II A tal-imsemmija direttiva, jew mar-rekwiżiti tal-iskema ta’ tnaqqis ippreżentata fl-Anness II B ta’ din.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Anness II B ta’ din id-direttiva, skema ta’ tnaqqis għandha toffri lill-operatur il-possibbiltà li jikseb, permezz ta’ mezzi oħra għajr l-applikazzjoni ta’ dawn il-valuri limitu ta’ emissjoni, tnaqqis tal-emissjonijiet li jkun ekwivalenti għal dak li huwa jikseb bl-applikazzjoni ta’ dawn il-valuri. Kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 14 tal-konklużjonijiet tagħha, skema ta’ tnaqqis hija bbażata fuq l-użu ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni u proċessi li jiġġeneraw inqas emissjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Mill-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 jirriżulta li, għall-proċessi ta’ tiżbigħ u ta’ kisi, ta’ kolla jew ta’ linka, skema speċifika, ippreżentata fit-tieni paragrafu tal-punt 2 ta’ dan l-anness, jiġifieri l-iskema standard, tista’ tiġi segwita. Skont id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar, din l-iskema hija applikabbli għall-installazzjonijiet li għalihom jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi ddefinit il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-ewwel paragrafu tal-punt (2), tal-imsemmi anness jispeċifika li, fil-każijiet fejn dan il-metodu ma jkunx adattat, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-operatur japplika kwalunkwe metodu ieħor li, fil-fehma tagħha, jissodisfa l-prinċipji esposti fil-punt 1 ta’ dan l-anness.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ebda element ma jippermetti l-konklużjoni li l-installazzjonijiet ta’ Nannoka ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba għall-applikazzjoni tal-iskema standard.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 jipprevedi li estensjoni tat-terminu għandha tingħata lill-operatur ikkonċernat għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, għandu jiġi stabbilit jekk din l-estensjoni tat-terminu għandhiex tkun tista’ tingħata tkun xi tkun l-iskema ta’ tnaqqis applikabbli għall-installazzjoni ta’ dan l-operatur jew jekk l-għoti ta’ tali estensjoni tat-terminu huwiex possibbli biss fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis differenti mill-iskema standard.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni tal-imsemmi anness ma tippermettix li tingħata risposta ċara għal din id-domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Jekk il-formulazzjoni tal-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 donnha tindika li estensjoni tat-terminu għandha tingħata lil operatur għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, is-sekwenza tat-tliet fażijiet ta’ dan l-ewwel paragrafu tal-imsemmi punt (2) ma tippermettix li jiġi stabbilit jekk estensjoni tat-terminu għandhiex tingħata anki fil-każ partikolari fejn dan l-operatur japplika l-iskema standard.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li jekk, fil-verżjoni Franċiża tad-Direttiva 1999/13, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[à] cet effet<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, li tintroduċi t-tielet sentenza tal-punt 2 tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, tidher, mal-ewwel daqqa t’għajn, li tirreferi biss għall-ipoteżi, imsemmija fis-sentenza preċedenti ta’ dan il-punt, tal-applikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>skema ta’ eżenzjoni alternattiva [minflok l-iskema standard]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, din l-interpretazzjoni ma tidhirx madankollu li tista’ tiġi kkonfermata mingħajr ekwivoku, fid-dawl ta’ verżjonijiet lingwistiċi oħra tad-Direttiva 1999/13, bħall-verżjoni Ingliża, dik Ġermaniża u dik Olandiża, li ma jinkludux espressjoni ekwivalenti għall-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[à] cet effet<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. F’dawn il-verżjonijiet, din it-tielet sentenza tista’ tiġi għaldaqstant interpretata b’mod ġenerali, fis-sens li tirreferi għal kwalunkwe skema ta’ tnaqqis, inkluża l-iskema standard.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Gvern Olandiż isostni li, tkun xi tkun l-iskema ta’ tnaqqis applikata mill-operatur ikkonċernat, estensjoni tat-terminu mogħtija lil dan tal-aħħar ma setgħetx tmur lil hinn mill-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>, peress li din id-data hija dik li fiha l-emissjonijiet tal-installazzjonijiet eżistenti kellhom josservaw, skont il-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/13 u skont il-punt (i) tat-tieni paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B ta’ din, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-valuri limitu msemmija fl-Anness II A tagħha jew l-iskema ta’ tnaqqis deskritta fl-Anness II B tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu din il-pożizzjoni ma tistax tiġi adottata.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-possibbiltà, prevista b’mod espliċitu fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, li operatur jingħata estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu timplika neċessarjament li t-termini kollha msemmija f’din id-direttiva, b’mod partikolari dak li jiskadi fil-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE> f’dak li jirrigwarda l-installazzjonijiet eżistenti, jistgħu jiġu estiżi. Kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 22 tal-konklużjonijiet tagħha, il-pożizzjoni tal-Gvern Olandiż tispiċċa tneħħi n-natura normattiva tal-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B ta’ din id-direttiva u tnaqqsu għal sempliċi spjegazzjoni tal-kalkolu tat-terminu inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, waqt l-adozzjoni, fl-2010, tad-Direttiva 2010/75, il-leġiżlatur tal-Unjoni rriproduċa, fil-punt 2(a) tal-Parti 5 tal-Anness VII ta’ din id-direttiva, f’termini identiċi għal dawk li kienu jinsabu fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, il-possibbiltà li operatur jingħata estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis. Xejn ma juri, kif l-Avukat Ġenerali osservat fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tagħha, li d-dispożizzjoni inkwistjoni tad-Direttiva 1999/13 kellha tinbidel fl-integrazzjoni tagħha fid-Direttiva 2010/75. Il-leġiżlatur ibbaża ruħu fuq il-prinċipju li estensjoni tat-terminu kienet prevedibbli anki qabel il-<DATE ISO="20071031">31 ta’ Ottubru 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, min-naħa tagħha, li t-tieni paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 jinkludi regola speċjali applikabbli għall-installazzjonijiet li fihom jintuża prodott b’kontenut kostanti ta’ solidi, li tipprevali fuq id-dispożizzjoni dwar l-estensjoni tat-terminu. Skont il-Kummissjoni, estensjoni tat-terminu hija, b’dan il-mod, biss possibbli għall-installazzjonijiet li fihom jintuża prodott li ma għandux kontenut kostanti ta’ solidi.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm, skont it-tieni paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, skema ta’ tnaqqis speċifika, jiġifieri l-iskema standard, hija applikabbli għall-installazzjonijiet li għalihom jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi ddefinit il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, din l-iskema ma tikkostitwixxix madankollu regola speċjali li teskludi l-għoti ta’ estensjoni tat-terminu lill-operaturi ta’ tali installazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi osservat li l-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 jindika li, għall-proċessi ta’ tiżbigħ u ta’ kisi, ta’ kolla jew ta’ linka, l-iskema standard <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tista’<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tintuża u li, fil-każijiet fejn din l-iskema ma tkunx adattata, l-awtorità kompetenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tista’<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tippermetti lill-operatur japplika kwalunkwe metodu ieħor li, fil-fehma tiegħu, jissodisfa l-prinċipji esposti<?PAGE NO="11"?> fil-punt 1 tal-Anness II B ta’ din id-direttiva. Għandu jiġi kkonstatat li l-ebda element fil-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni ma jippermetti li tiġi eskluża, fil-każ li l-iskema standard ma tkunx adattata, l-applikazzjoni ta’ metodu ieħor ukoll fir-rigward tal-installazzjonijiet li għalihom jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi. B’dan il-mod, bl-istess mod bħalma l-iskema standard tista’ ma tkunx applikata għal tali installazzjonijiet, estensjoni tat-terminu tista’ tingħata għal dawn meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-possibbiltà li tingħata estensjoni tat-terminu f’dak li jirrigwarda t-tipi kollha ta’ installazzjonijiet, tkun xi tkun l-iskema ta’ tnaqqis adottata, hija kkonfermata permezz tar-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> li fuqha huma bbażati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/13 rigward l-estensjoni tat-terminu u l-installazzjonijiet b’kontenut kostanti ta’ solidi.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn naħa, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 36 tal-konklużjonijiet tagħha, din l-estensjoni tat-terminu tikkostitwixxi espressjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, fid-dawl ta’ dan il-prinċipju, jidher eċċessiv li l-operaturi ta’ installazzjoni jiġu mitluba jwettqu investimenti intiżi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili ta’ installazzjoni qabel data speċifika jekk dawn l-emissjonijiet jistgħu jiġu evitati jew imnaqqsa b’mod kunsiderevoli fil-ġejjieni qrib, bi spejjeż inqas, ladarba prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent, u li jkunu għadhom qed jiġu żviluppati, ikunu disponibbli. Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-premessa 8 tad-Direttiva 1999/13, din hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li l-emissjonijiet ta’ taħlit organiku jistgħu jiġu evitati jew imnaqqsa permezz ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni inqas dannużi eżistenti jew li ser ikunu disponibbli matul is-snin li ġejjin. Fil-fatt, jekk impriża, permezz ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni, tkun tista’ tevita miżuri bi spejjeż għoljin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, din għandha mnejn tkun lesta li tiżviluppa tali prodotti jew tippromwovi l-iżvilupp tagħhom. Barra minn hekk, sa fejn prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent jistgħu jikkontribwixxu, lil hinn mill-installazzjonijiet ikkonċernati, għal-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili fl-ambjent, l-iżvilupp tagħhom jista’ jiġġustifika perijodu tranżitorju itwal.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-installazzjonijiet li fihom jintuża prodott b’kontenut kostanti ta’ solidi, mit-tieni paragrafu tal-punt 2 tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 jirriżulta li dan il-kontenut jista’ jintuża <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>biex jiddefinixxu[i] l-punt ta’ referenza għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Kif il-persuni kkonċernati spjegaw waqt is-seduta, il-preżenza ta’ kontenut kostanti ta’ solidi tippermetti b’dan il-mod li jiġi identifikat metodu ta’ determinazzjoni tal-għanijiet ta’ emissjonijiet tal-installazzjonijiet ikkonċernati, metodu li ma jistax jintuża mill-operatur ikkonċernat fl-assenza ta’ użu ta’ prodott b’tali kontenut kostanti. Barra minn hekk, ma jirriżulta mill-ebda dispożizzjoni ta’ dan l-anness li l-għan tal-introduzzjoni tal-kriterju marbut mal-preżenza ta’ kontenut kostanti ta’ solidi huwa li jiġi eskluż l-għoti ta’ estensjoni tat-terminu lill-operatur ta’ installazzjoni li fiha jintuża prodott b’tali kontenut kostanti.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>L-imsemmi kriterju donnu għalhekk nieqes minn kwalunkwe rabta mar-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> li fuqha huma bbażati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/13 rigward il-possibbiltà li tingħata estensjoni tat-terminu fil-każ fejn prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati. Għaldaqstant ma huwiex iġġustifikat li tiġi stabbilita distinzjoni, f’dak li jirrigwarda din il-possibbiltà, bejn l-installazzjonijiet li fihom jintuża prodott b’kontenut kostanti ta’ solidi u l-installazzjonijiet l-oħra, u tali distinzjoni lanqas ma tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-formulazzjoni tal-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Huwa minnu li matul is-seduta l-Kummissjoni sostniet li, fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Direttiva 1999/13, kien jeżisti diġà numru kbir ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni b’kontenut kostanti ta’ solidi. Skont il-Kummissjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa inkunsiderazzjoni dan il-fatt u għandu jitqies, meta ffissa, fil-punt (i) fit-tieni paragrafu tal-punt 2 tal-Anness II B ta’ din id-direttiva, it-termini applikabbli għall-iskema standard, li xtaq jeskludi kull possibbiltà ta’ estensjoni tat-terminu f’dak li jirrigwarda l-installazzjonijiet li għalihom jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, la d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/13, u lanqas id-dokumenti preparatorji ta’ din ma jippermettu l-konfermazzjoni tal-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li interpretazzjoni tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 fis-sens li din tal-aħħar tipprekludi l-għoti ta’ estensjoni tat-terminu, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, lill-operatur ta’ installazzjoni li għaliha jista’ jiġi preżunt kontenut kostanti ta’ solidi tmur, f’kull każ, kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali, li jitlob li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu b’eżattezza l-portata tal-obbligi li hija timponi fuqhom u li dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jafu mingħajr ambigwità l-obbligi tagħhom u jieħdu azzjoni konsegwentement (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi BGL, C‑78/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:490">EU:C:2003:490</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 71, kif ukoll ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑201/09 P u C‑216/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn tali interpretazzjoni ma tistax tiġi dedotta biċ-ċar mill-formulazzjoni tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 u lanqas ma tidher li tista’ tiġi kkonfermata la fid-dawl tar-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> li fuqha huma bbażati d-dispożizzjonijiet tal-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) ta’ dan l-anness, dwar l-estensjoni tat-terminu, u lanqas fid-dawl tal-istruttura tal-imsemmi anness, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi li, abbażi ta’ dan l-anness, impriża, bħal Nannoka, tiġi pprojbita l-possibbiltà li tibbenefika minn tali estensjoni tat-terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jitqies li estensjoni tat-terminu għandha tkun tista’ tingħata tkun xi tkun l-iskema ta’ tnaqqis applikabbli għall-installazzjoni kkonċernata, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni tat-terminu li huwa jipprevedi fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tiegħu, tista’ tingħata lill-operatur ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>installazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens tal-Artikolu 2, punt 1 ta’ din id-direttiva, għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, anki meta jista’ jiġi preżunt, għal din l-installazzjoni, kontenut kostanti ta’ solidi u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi ddefinit il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, minn naħa, jekk il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B, tad-Direttiva 1999/13 għandux jiġi interpretat fis-sens li estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis teżiġi t-twettiq ta’ att partikolari mill-operatur tal-installazzjoni kkonċernata jew awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, u, min-naħa l-oħra, abbażi ta’ liema kriterji t-tul ta’ żmien ta’ din l-estensjoni tat-terminu jista’ jiġi ffissat.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-formulazzjoni nnifisha tal-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B, tad-Direttiva 1999/13 jirriżulta li l-estensjoni tat-terminu msemmija f’din id-dispożizzjoni għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>tingħata<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Minn dan jirriżulta li tali estensjoni tat-terminu ma tistax isseħħ <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> u għandha neċessarjament tirriżulta minn deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti. Barra minn hekk, kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tagħha, tali deċiżjoni tippreżupponi neċessarjament talba minn qabel tal-operatur tal-installazzjoni kkonċernata, peress li dan jixtieq jiġi awtorizzat jidderoga minn rekwiżiti li, fin-nuqqas ta’ estensjoni tat-terminu, ikunu applikabbli għalih.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi osservat ir-rwol ċentrali mogħti lill-awtoritajiet kompetenti permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/13 fil-kuntest tal-applikazzjoni minn operatur ta’ skema ta’ tnaqqis.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 4, punt 3 tad-Direttiva 1999/13, l-operaturi li jkunu jixtiequ japplikaw skema ta’ tnaqqis kienu marbuta jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dan sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20051031">31 ta’ Ottubru 2005</DATE>. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva, il-konformità tal-iskema ta’ tnaqqis innotifikata b’dan il-mod mar-rekwiżiti tal-iskema ta’ tnaqqis li tinsab fl-Anness II B tal-imsemmija direttiva għandha tiġi pprovata mill-operatur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Fl-aħħar nett, skont il-punt (2) tal-Anness II B tal-istess direttiva, fil-każijiet fejn l-iskema standard ma tkunx adattata, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-awtorità kompetenti tista’ tħalli operatur japplika skema ta’ eżenzjoni alternattiva li hi sodisfatta li tħares il-prinċipji<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> esposti fil-punt (1) ta’ dan l-anness.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-awtorità kompetenti għandha marġni ta’ diskrezzjoni meta hija jkollha tiddeċiedi fuq it-talba ta’ operatur sabiex dan jiġi awtorizzat japplika skema ta’ tnaqqis.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>L-istess jgħodd neċessarjament fir-rigward tal-għoti ta’ estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ tali skema ta’ tnaqqis, għaliex dan l-għoti huwa marbut fil-qrib mal-awtorizzazzjoni mogħtija lil operatur sabiex japplika din l-iskema.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Estensjoni tat-terminu tista’ għaldaqstant isseħħ biss bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tal-operatur ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B, tad-Direttiva 1999/13, sempliċement jipprevedi li, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, estensjoni tat-terminu għandha tingħata lill-operatur għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ tnaqqis tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Inkwantu eċċezzjoni mid-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva 1999/13, l-estensjoni tat-terminu prevista fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B, ta’ din id-direttiva għandha tiġi interpretata b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza ACI Adam <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑435/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:254">EU:C:2014:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-kliem innifsu tal-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, li jipprevedi biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>estenz[s]joni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> tat-terminu, jirriżulta li l-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis ibbażata fuq dan l-anness għandha tkun limitata fiż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Sabiex jiġi stabbilit jekk estensjoni tat-terminu għandhiex tingħata lil operatur għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis u sabiex jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien tal-estensjoni tat-terminu eventwalment mogħtija, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet segwiti mid-dispożizzjonijiet tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13, rigward l-estensjoni tat-terminu, jiġifieri, kif tfakkar fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, minn naħa, li jiġi inkoraġġut l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni u, min-naħa l-oħra, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Kif osservat l-Avukat Ġenerali fil-punti 56 u 57 tal-konklużjonijiet tagħha, huma għalhekk l-awtoritajiet kompetenti, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom, li għandhom jivverifikaw, fost l-oħrajn, li prodotti ta’ sostituzzjoni adattati biex jintużaw fl-installazzjonijiet ikkonċernati u biex inaqqsu l-emissjonijiet tat-taħlit organiku volatili effettivament qed jiġu żviluppati, u li x-xogħol li hu għaddej, fid-dawl tal-elementi pprovduti, huwa kapaċi li jwassal sabiex jiġu ffinalizzati tali prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżami tal-proporzjonalità tal-estensjoni tat-terminu mitlub fir-rigward tal-għan li jiġi inkoraġġut l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni bejn, minn naħa, it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jista’ jintlaħaq permezz tal-prodotti ta’ sostituzzjoni li jkunu qed jiġu żviluppati kif ukoll l-ispejjeż ta’ dawn u, min-naħa l-oħra, l-emissjonijiet addizzjonali kkawżati mill-estensjoni tat-terminu kif ukoll l-ispejjeż ta’ eventwali miżuri alternattivi. Barra minn hekk, għandu jiġi vverifikat li ma teżistix miżura alternattiva li tista’ twassal, bi spejjeż inqas, għal tnaqqis simili ta’ emissjonijiet, jew saħansitra ikbar, u b’mod partikolari li prodotti oħra ta’ sostituzzjoni ma humiex diġà disponibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk l-iżvilupp ta’ prodott ta’ sostituzzjoni li jwiegħed tnaqqis importanti tal-emissjonijiet huwa tali li jippermetti l-għoti ta’ tali estensjoni lill-operatur ikkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tul ta’ żmien tal-estensjoni tat-terminu eventwalment mogħtija, għandu jiġi kkonstatat li la l-Anness IIB tad-Direttiva 1999/13 u lanqas l-ebda dispożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva ma jipprovdu indikazzjoni f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Taħt piena li titneħħa kull effettività tad-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva 1999/13, il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B ta’ din id-direttiva ma jistax madankollu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-operatur ikkonċernat estensjoni tat-terminu sakemm prodotti ta’ sostituzzjoni jsiru disponibbli, mingħajr l-ebda limitazzjoni fiż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessa 8 tad-Direttiva 1999/13 jirriżulta li l-għoti ta’ estensjoni tat-terminu skont il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B ta’ din id-direttiva huwa prevedibbli biss jekk prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu effettivament qed jiġu żviluppati fid-data li fiha din l-estensjoni tat-terminu għandha tingħata u jekk jista’ jiġi preżunt li ser ikunu disponibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>matul is-snin li ġejjin<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Jekk minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-estensjoni tista’ tkun fuq diversi snin, għandu madankollu jitqies li t-tul ta’ żmien ta’ din ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-iżvilupp tal-prodotti ta’ sostituzzjoni. Dan għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha, u b’mod partikolari billi jiġu mwieżna, minn naħa, l-ammont tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet li ser jippermettu l-prodotti ta’ sostituzzjoni li qed jiġu żviluppati kif ukoll l-ispejjeż ta’ dawn il-prodotti u, min-naħa l-oħra, l-ammont tal-emissjonijiet addizzjonali li jirriżulta mill-estensjoni tat-terminu kif ukoll l-ispejjeż ta’ eventwali miżuri alternattivi.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għat-tieni u t-tielet domanda għandha tkun li l-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis teżiġi awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, li tippreżupponi talba minn qabel min-naħa tal-operatur ikkonċernat. Sabiex jiġi stabbilit jekk għandhiex tingħata estensjoni tat-terminu lil operatur għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis u sabiex jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien tal-estensjoni tat-terminu eventwalment mogħtija, huma dawn l-awtoritajiet kompetenti, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom, li għandhom jivverifikaw, fost l-oħrajn, li prodotti ta’ sostituzzjoni adattati biex jintużaw fl-installazzjonijiet ikkonċernati u biex inaqqsu l-emissjonijiet tat-taħlit organiku volatili effettivament qed jiġu żviluppati, li x-xogħol li hu għaddej, fid-dawl tal-elementi pprovduti, huwa kapaċi li jwassal sabiex jiġu ffinalizzati tali prodotti, li ma teżistix miżura alternattiva li tista’ twassal, bi spejjeż inqas, għal tnaqqis simili ta’ emissjonijiet, jew saħansitra ikbar, u b’mod partikolari li prodotti oħra ta’ sostituzzjoni ma humiex diġà disponibbli. Barra minn hekk, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni bejn, minn naħa, it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jista’ jintlaħaq permezz tal-prodotti ta’ sostituzzjoni li jkunu qed jiġu żviluppati kif ukoll l-ispejjeż ta’ dawn u, min-naħa l-oħra, l-emissjonijiet addizzjonali kkawżati mill-estensjoni tat-terminu kif ukoll l-ispejjeż ta’ eventwali miżuri alternattivi. It-tul ta’ żmien tal-estensjoni tat-terminu ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-iżvilupp tal-prodotti ta’ sostituzzjoni. Dan għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha, u b’mod partikolari fid-dawl tal-ammont tal-emissjonijiet addizzjonali li jirriżulta mill-estensjoni tat-terminu kif ukoll fid-dawl tal-ispejjeż ta’ eventwali miżuri alternattivi meta mqabbla mal-ammont tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet li jippermettu l-prodotti ta’ sostituzzjoni li qed jiġu żviluppati u mal-ispejjeż ta’ dawn il-prodotti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Anness II B tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-<DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit organiku volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni tat-terminu li huwa jipprevedi fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tiegħu, tista’ tingħata lill-operatur ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>installazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 2, punt 1 ta’ din id-direttiva, għall-applikazzjoni tal-iskema tiegħu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, anki meta jista’ jiġi preżunt, għal din l-installazzjoni, kontenut kostanti ta’ solidi u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi ddefinit il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili teżiġi awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, li tippreżupponi talba minn qabel min-naħa tal-operatur ikkonċernat. Sabiex jiġi stabbilit jekk għandhiex tingħata estensjoni tat-terminu lil operatur għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili u sabiex jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien tal-estensjoni tat-terminu eventwalment mogħtija, huma dawn l-awtoritajiet kompetenti, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom, li għandhom jivverifikaw, fost l-oħrajn, li prodotti ta’ sostituzzjoni adattati biex jintużaw fl-installazzjonijiet ikkonċernati u biex inaqqsu l-emissjonijiet tat-taħlit organiku volatili effettivament qed jiġu żviluppati, li x-xogħol li hu għaddej, fid-dawl tal-elementi pprovduti, huwa kapaċi li jwassal sabiex jiġu ffinalizzati tali prodotti u li ma teżistix miżura alternattiva li tista’ twassal, bi spejjeż inqas, għal tnaqqis simili ta’ emissjonijiet, jew saħansitra ikbar, u b’mod partikolari li prodotti oħra ta’ sostituzzjoni ma humiex diġà disponibbli. Barra minn hekk, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni bejn, minn naħa, it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jista’ jintlaħaq permezz tal-prodotti ta’ sostituzzjoni li jkunu qed jiġu żviluppati kif ukoll l-ispejjeż ta’ dawn u, min-naħa l-oħra, l-emissjonijiet addizzjonali kkawżati mill-estensjoni tat-terminu kif ukoll l-ispejjeż ta’ eventwali miżuri alternattivi. It-tul ta’ żmien tal-estensjoni tat-terminu ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-iżvilupp tal-prodotti ta’ sostituzzjoni. Dan għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha, u b’mod partikolari fid-dawl tal-ammont tal-emissjonijiet addizzjonali li jirriżulta mill-estensjoni tat-terminu kif ukoll fid-dawl tal-ispejjeż ta’ eventwali miżuri alternattivi meta mqabbla mal-ammont tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet li jippermettu l-prodotti ta’ sostituzzjoni li qed jiġu żviluppati u mal-ispejjeż ta’ dawn il-prodotti.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>