|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1025 |
20.2.2026 |
Notifika dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping
(C/2026/1025)
1.
Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami f’konformità mal-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmijin hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2.
ProċeduraIl-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami ta’ skadenza. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għat-tkomplija jew għar-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu. F’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż tal-esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad jingħataw l-opportunità biex jelaboraw dwar il-kwistjonijiet imsemmijin fit-talba għal rieżami, jirribattuhom jew jikkummentaw dwarhom.
3.
SkadenzaIl-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw talba bil-miktub għal rieżami fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità G-1), CHAR 4/39, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË (2), fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
4.
Din in-notifika hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036.|
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
|
Kejbils fibrottiċi |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
19.11.2026 |
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/2020-08-11.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl (00:00) tal-jum imsemmi f’din il-kolonna
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1025/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)