|
18.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 37/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/213
tat-8 ta’ Frar 2022
dwar il-kanċellament tar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Luxembourg” (IĠP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (2) jipprevedi li l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tapplika mutatis mutandis għall-kanċellament ta’ reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-applikazzjoni li bagħat il-Lussemburgu biex jikkanċella r-reġistrazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Lussemburgu” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014. |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-isem “Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Lussemburgu” (IĠP) jenħtieġ li jiġi kkanċellat mir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti. |
|
(4) |
Skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, tali kanċellament jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Il-miżura prevista f’dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Politika dwar il-Kwalità tal-Prodotti Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reġistrazzjoni tal-isem “Salaisons fumées, marque nationale Grand-Duché de Lussemburgu” (IĠP) hija b’dan ikkanċellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17).