|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/495 |
23.1.2024 |
P9_TA(2023)0223
Emendi għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament rigward ir-riferiment ta’ proposti għal atti legalment vinkolanti lill-kumitati u l-proċedura għas-soluzzjoni ta’ kunflitti ta’ kompetenza
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2023 dwar emendi għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament rigward ir-riferiment ta’ proposti għal atti legalment vinkolanti lill-kumitati u l-proċedura għas-soluzzjoni ta’ kunflitti ta’ kompetenza (2023/2055(REG))
(C/2024/495)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu bid-data tat-12 ta’ Ottubru 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0198/2023), |
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni. |
Emenda 1
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament
Artikolu 48 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Il-President għandu jirreferi proposti għal atti legalment vinkolanti rċevuti minn istituzzjonijiet jew Stati Membri oħra lill-kumitat responsabbli biex jiġu eżaminati. |
1. Il-President għandu jirreferi proposti għal atti legalment vinkolanti rċevuti minn istituzzjonijiet jew Stati Membri oħra lill-kumitat responsabbli biex jiġu eżaminati. Il-kumitati l-oħra għandhom jiġu infurmati dwar ir-riferiment fl-istess ħin. |
Emenda 2
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament
Artikolu 48 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
2a. Il-President għandu jħabbar ir-riferiment fil-Parlament wara li jirċievi l-proposta fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u, għajr f’każijiet ta’ talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti skont l-Artikolu 163, wara li, meta rilevanti, kwalunkwe kunflitt ta’ kompetenza bejn il-kumitati jkun ġie solvut f’konformità mal-Artikolu 211(2). Ladarba jitħabbar fil-Parlament, ir-riferiment għandu jsir pubbliku fuq is-sit web tal-Parlament. |
Emenda 3
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament
Artikolu 211 – paragrafu 1
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
1. Jekk kumitat permanenti jiddikjara lilu nnifsu mhux kompetenti biex jeżamina punt, jew jekk jinqala’ konflitt dwar il-kompetenza ta’ żewġ kumitati permanenti jew iżjed, il-kwistjoni ta’ kompetenza għandha tiġi riferuta lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati fi żmien erba’ ġimgħat minn meta jitħabbar fil-Parlament li sar ir-riferiment lill-kumitat. |
1. Jekk kumitat permanenti jiddikjara lilu nnifsu mhux kompetenti biex jeżamina punt, jew jekk jinqala’ kunflitt dwar il-kompetenza ta’ żewġ kumitati permanenti jew iżjed, il-kwistjoni ta’ kompetenza għandha tiġi riferuta lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati fi żmien ġimagħtejn mir-riferiment lill-kumitat previst fl-Artikolu 48(1). Il-ġimgħat mingħajr attivitajiet parlamentari u l-ġimgħat riżervati għall-attivitajiet parlamentari esterni ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ dik l-iskadenza . |
Emenda 4
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament
Artikolu 211 – paragrafu 2
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
2. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat wara li l-kwistjoni tkun ġiet riferuta lilha abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew, jekk ma jkunx hemm rakkomandazzjoni ta’ dan it-tip, mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati . Jekk il-Konferenza tal-Presidenti ma tieħux deċiżjoni f’dak il-perjodu, ir-rakkomandazzjoni għandha titqies li tkun ġiet approvata. |
2. Sa mhux aktar tard mit-tieni laqgħa tagħha wara l-iskadenza stipulata fil-paragrafu 1, il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati jew il-President tagħha għandhom joħorġu rakkomandazzjoni . Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni abbażi ta’ dik ir-rakkomandazzjoni fi żmien sitt ġimgħat wara t-trażmissjoni tagħha . Jekk il-Konferenza tal-Presidenti ma tiħux deċiżjoni f’dak il-perjodu, ir-rakkomandazzjoni għandha titqies li tkun ġiet approvata. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/495/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)