<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑343/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013TJ0343</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:926">EU:T:2015:926</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20151203">3.12.2015</DATE> — KAWŻA T‑343/13</P><P>CN vs IL-PARLAMENT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Responsabbiltà mhux kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Petizzjoni indirizzata lill-Parlament</KEYWORD><KEYWORD>Pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑343/13,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CN</HT>, residenti f’Brumath (Franza), irrappreżentat minn M. Velardo, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><INTERVENERS><P>sostnut minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (KEPD)</HT>, inizjalment irrappreżentat minn A. Buchta u V. Pozzato, sussegwentement minn Buchta, M. Pérez Asinari, F. Polverino, M. Guglielmetti u U. Kallenberger, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn N. Lorenz u S. Seyr, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent wara l-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali li tikkonċernah,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn S. Frimodt Nielsen, President, F. Dehousse u A. M. Collins (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Sal-2011, ir-rikorrent, CN, kien uffiċjal tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>, huwa ppreżenta petizzjoni lill-Parlament Ewropew rigward l-appoġġ mogħti lill-membri b’diżabbiltà tal-familja ta’ uffiċjal Ewropew, id-diffikultajiet li jaffaċċjaw l-uffiċjali Ewropej li għandhom problemi ta’ saħħa matul il-karriera tagħhom u rigward kif ġie trattat b’mod ħażin il-fajl tiegħu mill-Kunsill, permezz ta’ formola disponibbli online fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100108">8 ta’ Jannar 2010</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea ġiet ikkonsultata, skont l-Artikolu 202(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="116" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 116, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>regoli interni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li sar l-Artikolu 216(6) tar-regoli interni fil-verżjoni tagħhom ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100115">15 ta’ Jannar 2010</DATE>, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament informa lir-rikorrent li l-petizzjoni tiegħu kienet ġiet iddikjarata ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Wara li rċieva r-risposta tal-Kummissjoni, fil-<DATE ISO="20100315">15 ta’ Marzu 2010</DATE>, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet iddeċieda li jagħlaq il-petizzjoni u informa b’dan lir-rikorrent fl-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Wara li ċaħad il-petizzjoni, il-Parlament ippubblika fuq is-sit tal-internet tiegħu dokument li jikkonċerna din il-petizzjoni intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Komunikazzjoni lill-membri<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Il-Komunikazzjoni kienet tiddeskrivi fil-qosor il-kontenut tal-petizzjoni kif ukoll ir-risposta tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, hija kienet tindika isem ir-rikorrent, filwaqt li kienet tispeċifika li huwa kellu marda serja li kienet ta’ theddida għal ħajtu u li ibnu kellu diżabbiltà mentali jew fiżika serja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’Mejju 2011, ir-rikorrent tqiegħed fuq leave tal-mard mill-Kunsill minħabba l-istat ta’ saħħtu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>F’April 2012, ir-rikorrent bagħat messaġġ elettroniku lid-dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Europe direct contact centre<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tal-Kummissjoni, li ttrażmettietu lill-Parlament fl-<DATE ISO="20120410">10 ta’ April 2012</DATE>. F’dan il-messaġġ elettroniku, ir-rikorrent kien qed jitlob li l-Komunikazzjoni titneħħa minn fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120420">20 ta’ April 2012</DATE>, il-Parlament irrisponda lir-rikorrent billi indikalu li kien neħħa l-Komunikazzjoni minn fuq l-internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120831">31 ta’ Awwissu 2012</DATE>, ir-rikorrenti tenna mill-ġdid it-talba tiegħu tramite l-avukat tiegħu peress li, fil-fehma tiegħu, id-data personali inkwistjoni kienet għadha viżibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120924">24 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Parlament irrisponda li l-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni kienet legali. Huwa żied jgħid li d-data personali tar-rikorrent hija, madankollu, mħassra minn fuq l-internet, minkejja li ma jeżisti ebda obbligu legali li jsir dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Parlament indika, b’risposta għal domanda bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, li l-aħħar eżerċizzju ta’ tħassir, relattivi għall-magni ta’ tiftix abitwali, seħħ fit-<DATE ISO="20121008">8 ta’ Ottubru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20121204">4 ta’ Diċembru 2012</DATE>, l-avukat tar-rikorrent tenna mill-ġdid it-talba, filwaqt li rrileva li d-data personali inkwistjoni kienet għadha viżibbli fuq l-internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>, il-Parlament irrisponda lill-avukat tar-rikorrent li huwa kien iqis l-aġir tiegħu kien legali. Huwa żied jgħid li d-dokumenti kollha preżenti fuq is-sit tal-internet tiegħu kienu, madankollu, ġew ipproċessati jew kienu fil-proċess sabiex titħassar id-data personali tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, id-data personali inkwistjoni kienet disponibbli fuq l-internet għall-inqas sa din id-data tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20130628">28 ta’ Ġunju 2013</DATE>, ir-rikorrenti beda din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ att iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (KEPD) talab li jintervjeni f’din il-proċedura insostenn tat-talbiet tar-rikorrent. Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-President tas-Sitt Awla aċċetta dan l-intervent. Il-KEPD ippreżenta n-nota ta’ intervent tiegħu fis-<DATE ISO="20140207">7 ta’ Frar 2014</DATE>. Il-partijiet ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fuq din in-nota fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tikkundanna lill-Unjoni u lill-Parlament iħallsu s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> bħala kumpens għad-dannu materjali subit u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">40000</FT> bħala kumpens għad-dannu morali subit, flimkien mal-interessi kkalkolati b’rata ta’ 6.75 %;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Unjoni u l-Parlament għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, stiednet lill-partijiet jippreżentaw ċerti dokumenti u għamlitilhom domandi bil-miktub li stednithom jirrispondu qabel is-seduta. Il-partijiet wieġbu għal dawn it-talbiet fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għad-domandi orali magħmula mill-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20150324">24 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq motiv wieħed ibbażat fuq l-eżistenza tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni. Fil-fehma tiegħu, it-tliet kundizzjonijiet li jinvokaw din ir-responsabbiltà huma ssodisfatti f’dan il-każ, jiġifieri l-illegalità tal-aġir tal-Parlament, l-eżistenza ta’ dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-illegalità u d-dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-KEPD isostni t-talbiet tar-rikorrent sa fejn jikkonċernaw l-illegalità tal-aġir tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Parlament iqis li r-rikors huwa infondat kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-illegalità tal-aġir tal-Parlament</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, ir-rikorrent isostni li, skont il-ġurisprudenza, meta illegalità tidher f’qasam li fih l-istituzzjoni kkonċernata għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, l-eżistenza tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni hija suġġetta għall-konstatazzjoni ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi. Il-kriterju deċiżiv sabiex jitqies li ksur huwa suffiċjentement serju huwa dak tan-nuqqas manifest u gravi, minn istituzzjoni, li tosserva l-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Bil-kontra, skont ir-rikorrent, meta istituzzjoni jkollha biss marġni ta’ diskrezzjoni kunsiderevolment imnaqqas, jew saħansitra ineżistenti, is-sempliċi ksur tad-dritt tal-Unjoni jista’ jkun biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iqis li, għal dak li jikkonċerna d-deċiżjoni li tiġi ppubblikata l-Komunikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament, dan tal-aħħar ma kellu ebda setgħa diskrezzjonali, fid-dawl tal-kuntest ġuridiku applikabbli [l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), l-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, adottata fit-<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE> u rratifikata mill-Unjoni fit-<DATE ISO="20101223">23 ta’ Diċembru 2010</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20001218">18 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102)].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-Parlament kiser dawn id-dispożizzjonijiet billi ppubblika informazzjoni dwar l-istat ta’ saħtu u dak ta’ ibnu kif ukoll dwar il-ħajja professjonali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ir-rikorrent jinvoka l-Artikolu 5(d) u l-Artikoli 10 u 16 tar-Regolament Nru 45/2001. Mid-dokument li fih ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar pubbliku tal-petizzjoni tiegħu ma jirriżultax li kien ta l-kunsens tiegħu b’mod ċar għall-pubblikazzjoni ta’ data personali jew li kien ta l-kunsens tiegħu b’mod espress għal dak li jirrigwarda l-pubblikazzjoni ta’ data dwar l-istat ta’ saħtu u dwar il-preżenza, fil-familja tiegħu, ta’ persuna b’diżabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li r-rikorrent talab li d-data personali titneħħa minn fuq is-sit tal-internet tal-Parlament, dan tal-aħħar inizjalment irreaġixxa b’mod negattiv u sussegwentement laqa’ t-talba biss wara l-intervent tal-avukat tiegħu, bi ksur tad-dritt għat-tħassir tad-data personali. Apparti dan, il-fatt li l-Parlament aċċetta li jħassar id-data jimplika li huwa rrikonoxxa b’mod impliċitu l-illegalità tal-pubblikazzjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 45/2001 jipprevedi biss it-tħassir ta’ data li l-ipproċessar tagħha huwa illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ trasparenza tal-Parlament ma jistax jiġġustifika t-tixrid ta’ data personali dwar l-istat ta’ saħħa u l-preżenza ta’ persuna b’diżabbiltà fil-familja. Anki jekk jiġi preżunt li l-pubblikazzjoni ta’ sommarju tal-petizzjonijiet sabiex tingħata informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni huwa interess li għandu jiġi protett, il-preġudizzju għad-drittijiet tar-rikorrent huwa sproporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrent iżid jgħid li l-Parlament kiser ukoll l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tat-<DATE ISO="20050622">22 ta’ Ġunju 2005</DATE> dwar id-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 45/2001 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="308" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU C 308, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament<?PAGE NO="5"?> Nru 45/2001<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) li jipprovdi li talba għat-tħassir għandha tiġi ttrattata f’terminu ta’ ħmistax-il jum ta’ xogħol u li, jekk it-tħassir jiġi aċċettat, dan għandu jiġi eżegwit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>minnufih<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Madankollu, f’dan il-każ, il-proċedura damet madwar għaxar xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, l-Artikolu 203 tar-regoli interni la jimponi u lanqas jawtorizza l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni bħal dik f’dan il-każ. Barra minn hekk, ir-regoli interni, li huwa dokument ta’ organizzazzjoni interna, ma jistax jidderoga mir-Regolament Nru 45/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Parlament iqis li l-aġir tiegħu kien legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-fażi inizjali tal-ipproċessar pubbliku tal-petizzjoni, il-Parlament isostni li l-aġir tiegħu kien konformi mal-Artikolu 5(b) (ipproċessar meħtieġ għall-osservanza ta’ obbligu legali), mal-Artikolu 5(d) (ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens kategoriku), mal-Artikolu 10(2)(a) (kunsens espress għall-ipproċessar ta’ data sensittiva) u l-Artikolu 10(2)(d) (ipproċessar ta’ data sensittiva manifestament magħmula pubblika mill-persuna kkonċernata) tar-Regolament Nru 45/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-ewwel nett, b’mod partikolari, għal dak li jikkonċerna l-argument dwar l-Artikolu 5(b) tar-Regolament Nru 45/2001, il-Parlament ifakkar li l-Artikolu 203 tar-regoli interni (li sar l-Artikolu 217) jistabbilixxi bħala regola ġenerali l-pubblikazzjoni tal-petizzjonijiet. Skont l-Artikolu 201(9) tiegħu (li sar l-Artikolu 215(9) il-petizzjonijiet, fil-prinċipju, isiru dokumenti pubbliċi u isem il-petizzjonant kif ukoll il-kontenut tal-petizzjoni tiegħu jistgħu jiġu ppubblikati mill-Parlament għall-finijiet ta’ trasparenza. Għaldaqstant, il-preżentazzjoni ta’ petizzjoni tinvolvi, fil-prinċipju, il-pubblikazzjoni tagħha, u dan jippermetti lil ċittadini oħra jassoċjaw ruħhom mal-firmatarju. Barra minn hekk, il-Parlament isostni li, skont l-Artikoli 10 TUE u 11 TUE u l-Artikoli 15 TFUE u 232 TFUE, ix-xogħol tiegħu jsir prinċipalment fil-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, skont il-Parlament, l-ipproċessar tad-data personali kien konformi mal-Artikolu 5(d) tar-Regolament Nru 45/2001, fid-dawl tal-fatt li r-rikorrent kien ta l-kunsens tiegħu kategorikament għall-ipproċessar pubbliku tal-petizzjoni tiegħu. Ir-rikorrent kien ġie debitament informat u ma kienx uża l-possibbiltà li ġiet offruta lilu li jitlob ipproċessar anonimu jew kunfidenzjali tal-petizzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Parlament isostni li l-kunsens mogħti mir-rikorrent fiċ-ċirkustanzi deskritti hawn fuq, kien kunsens espress għall-ipproċessar ta’ data sensittiva, fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament Nru 45/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-fażi ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-data, li tirrigwarda t-talba ta’ tħassir, il-Parlament jirrileva li l-kundizzjoni prinċipali sabiex il-persuna kkonċernata tkun tista’ tikseb it-tħassir tad-data tagħha abbażi tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 45/2001 hija dik li l-ipproċessar tagħha jkun illegali, u dan ma kienx il-każ hawnhekk. Minkejja dan, il-Parlament ħassar id-data tar-rikorrent sempliċement b’korteżija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Parlament jirrileva li r-Regolament Nru 45/2001 ma jinkludi ebda dispożizzjoni li tipprevedi l-possibbiltà li l-kunsens mogħti jiġi rtirat. Jekk jiġi preżunt li tali rtirar huwa possibbli, dan jista’ jkollu effett biss għall-ġejjieni. Apparti dan, huwa impossibbli li ċerta data titħassar b’mod retroattiv, bħad-data li tidher fil-minuti tas-seduta tal-Parlament, li tkun ġiet ippubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fin-nota ta’ intervent tiegħu, il-KEPD jikkonċentra fuq il-kundizzjoni li tirrigwarda l-aġir allegatament illegali tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-KEPD iqis li, sabiex il-kunsens ikun validu, dan għandu jkun informat u speċifiku, jiġifieri marbut mal-operazzjoni ta’ pproċessar li biha l-persuna tkun ġiet informata. Għall-KEPD, dawn il-kundizzjonijiet ma kinux issodisfatti f’dan il-każ. Ebda informazzjoni pprovduta fil-formola online ma kienet tinforma b’mod ċar lill-petizzjonant bil-konsegwenzi eżatti tal-ipproċessar li kien ser isir.<?PAGE NO="6"?> B’mod partikolari, f’din il-formola mkien ma kien jissemma li d-data sensittiva kienet ser issir aċċessibbli fuq l-internet. Il-KEPD iżid jgħid li l-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament Nru 45/2001 joffri protezzjoni addizzjonali meta mqabbel mal-Artikolu 5(d) tal-imsemmi regolament, inkwantu huwa jeħtieġ li l-informazzjoni pprovduta lill-persuna sabiex jinkiseb il-kunsens tagħha ssemmi b’mod ċar id-data sensittiva u l-operazzjoni ta’ pproċessar li ser isir. Skont il-KEPD, kwalunkwe interpretazzjoni oħra ċċaħħad lill-Artikolu 5(d) ta’ dan ir-Regolament mill-kontenut tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, il-KEPD huwa tal-fehma li l-Parlament ma kisibx il-kunsens espress tar-rikorrent fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament Nru 45/2001.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[f]il-każ ta’ responsabbiltà mhux kontrattwali, l-Unjoni għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal sistemi legali ta’ l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkaġunat mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-eżistenza tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità, fis-sens tat-tieni paragrafu tal‑Artikolu 340 TFUE, għal aġir illegali tal-istituzzjonijiet tagħha hija suġġetta għal numru ta’ rekwiżiti li għandhom ikunu sodisfatti, jiġifieri l-illegalità tal-aġir li bih l-istituzzjoni tkun akkużata, ir-realtà tad‑dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-allegat aġir u d-dannu invokat (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970711">11 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Oleifici Italiani vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑267/94</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:113">EU:T:1997:113</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>MyTravel vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑212/03</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:315">EU:T:2008:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ir-rekwiżit tal-aġir illegali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jeħtieġ il-ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>MyTravel vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, iċċitata iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:315">EU:T:2008:315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-kriterju deċiżiv sabiex jiġi kkunsidrat li ksur ta’ dritt tal-Unjoni huwa suffiċjentement serju huwa dak tal-ksur manifest u gravi, minn istituzzjoni tal-Unjoni, tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda r-rekwiżit relattiv għall-illegalità tal-aġir tal-istituzzjonijiet, għandu jiġi eżaminat, l-ewwel nett, jekk id-dispożizzjonijiet legali invokati mir-rikorrent għandhomx l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi u, it-tieni nett, jekk il-Parlament wettaqx ksur suffiċjentement serju ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrent jinvoka, minn naħa, dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ data personali li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, fir-Regolament Nru 45/2001 kif ukoll fid-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 45/2001 u, min-naħa l-oħra, dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata li jinsabu fil-KEDB u fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Fuq ir-regoli dwar il-protezzjoni ta’ data personali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa żviluppat mir-Regolament Nru 45/2001 għal dak li jikkonċerna l-atti tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u mid-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 45/2001 għal dak li jikkonċerna b’mod iktar partikolari lill-Parlament. Dawn id-diversi dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi. Għaldaqstant, huma jistgħu jiġu invokati mir-rikorrent fir-rikors tiegħu għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ allegat ksur suffiċjentement serju ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-argumenti żviluppati mir-rikorrent jikkonċernaw essenzjalment l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 45/2001 u tad-dispożizzjonijiet għall-implementazzjonijiet tiegħu. Huwa ma jikkontestax, b’mod<?PAGE NO="7"?> partikolari, li dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli mad-dritt stabbilit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Għaldaqstant, u bil-kontra ta’ dak li jallega r-rikorrent, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Volker und Markus Schecke u Eifert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑92/09 u C‑93/09</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:662">EU:C:2010:662</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma hijiex rilevanti għas-soluzzjoni ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza, mill-ewwel sentenza tal-premessa 15 tar-Regolament Nru 45/2001 jirriżulta li riferiment għal dispożizzjonijiet oħra ma huwiex neċessarju għal ipproċessar imwettaq fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet li jinsabu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, peress li, f’tali każ, huwa manifestament ir-Regolament Nru 45/2001 innifsu li japplika (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Bavarian Lager</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑28/08 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:378">EU:C:2010:378</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, għall-finijiet ta’ dan ir-rikors, għandhom jiġu analizzati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 u d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>data dwar is-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> għandha tingħata interpretazzjoni wiesgħa, b’tali mod li tinkorpora l-informazzjoni kollha li tikkonċerna kull aspett, kemm fiżiku kif ukoll mentali, tas-saħħa ta’ persuna [ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Lindqvist</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/01</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:596">EU:C:2003:596</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, li tikkonċerna d-Direttiva 95/46/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355)]. Madankollu, dan il-kunċett ma jistax jiġi estiż sakemm jinkorpora espressjonijiet li ma jinkludux l-iżvelar ta’ ebda data dwar is-saħħa jew il-kundizzjoni medika ta’ persuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050531">31 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Dionyssopoulou vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑105/03</NO.CASE>, ĠabraSP, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:189">EU:T:2005:189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati, l-ewwel nett, il-pubblikazzjoni inizjali tad-data personali inkwistjoni u, sussegwentement, ir-risposta tal-Parlament għat-talba tar-rikorrent sabiex ineħħi din id-data minn fuq is-sit tal-internet tiegħu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Tixrid tad-data personali fuq l-internet</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, il-Parlament wettaq serje ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data personali fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 45/2001. It-tixrid ta’ data personali, inkluż it-tixrid fuq l-internet, jikkostitwixxi tali operazzjoni ta’ pproċessar fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Komunikazzjoni ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-Parlament kienet tindika, b’mod partikolari, li r-rikorrent, li kien ġie identifikat b’ismu, kellu reċentement marda serja li tista’ tkun ta’ theddida għal ħajtu u li ibnu kellu diżabbiltà. Il-Komunikazzjoni kienet tinkludi wkoll ċertu informazzjoni dwar il-karriera tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-ipproċessar tad-data mwettqa mill-Parlament kien jikkonċerna data personali tar-rikorrent (b’mod partikolari informazzjoni dwar il-karriera tiegħu) kif ukoll data personali sensittiva dwar is-saħħa tar-rikorrent u dik ta’ ibnu. Għandu jsir eżami separat tal-ipproċessar ta’ dawn id-diversi serje ta’ data personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-ipproċessar tad-data personali sensittiva tar-rikorrent għandu jiġi eżaminat fid-dawl tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 45/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 45/2001, l-ipproċessar ta’ data personali li jiżvela data dwar is-saħħa huwa pprojbit. Madankollu, skont l-Artikolu 10(2)(a) tal-imsemmi regolament, din il-projbizzjoni ma tapplikax, fost oħrajn, meta l-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espress tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(h) tar-Regolament Nru 45/2001 jiddefinixxi l-kunsens tas-suġġett tad-data bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>indikazzjoni speċifika u informata tax-xewqat tiegħu jew tagħha li bihom is-suġġett tad-data jagħti l-qbil tiegħu jew tagħha biex data personali li għandha x’taqsam miegħu jew magħha tiġi pproċessata<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi ddeterminat jekk, bħalma allega l-Parlament, ir-rikorrent kien ta l-kunsens espress tiegħu għall-pubblikazzjoni tad-data personali sensittiva tiegħu fuq l-internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, peress li l-Artikolu 2(h) tar-Regolament Nru 45/2001 ma jimponi ebda kundizzjoni rigward il-forma, il-preżentazzjoni tal-petizzjoni tista’ titqies li hija indikazzjoni tax-xewqat tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan tal-aħħar ma jinvoka ebda ċirkustanza li tista’ tpoġġi fid-dubju l-fatt li l-petizzjoni ġiet ippreżentata b’mod liberu, mingħajr forza, restrizzjoni, intimidazzjoni jew qerq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont l-istess dispożizzjoni, il-kunsens għandu jkun speċifiku, jiġifieri marbut ma’ operazzjoni ta’ pproċessar (jew ma’ serje ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar) għal skopijiet preċiżi. L-imsemmija dispożizzjoni tipprevedi wkoll li, sabiex ikun validu, il-kunsens għandu jkun informat, u dan jimplika li fil-mument li tagħti l-kunsens tagħha l-persuna kkonċernata jkollha informazzjoni essenzjali rigward l-aspetti fundamentali tal-ipproċessar, fid-dawl tal-kuntest tal-każ ineżami.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament Nru 45/2001, meta l-kunsens ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta’ data sensittiva, dan għandu jkun espress. Fi kliem ieħor, dan il-kunsens għandu jkun espress, mingħajr ma jkun possibbli li jiġi dedott b’mod impliċitu mill-azzjonijiet tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandu jiġi eżaminat dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li s-sit tal-internet tal-Parlament jirrakkomanda lill-petizzjonanti jaqraw l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>għajnuna online<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> qabel ma jissottomettu petizzjoni. L-imsemmija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għajnuna online<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> kienet tinkludi dan li ġej taħt it-taqsima <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Pubblikazzjoni ta’ petizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-petizzjonanti għandhom ikunu jafu li l-minuti huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali u li, minħabba f’hekk, ċertu informazzjoni, bħal isem il-petizzjonant u n-numru tal-petizzjoni, huma disponibbli fuq l-internet. Dan għandu implikazzjonijiet fuq il-protezzjoni tad-data personali u l-attenzjoni tal-petizzjonant hija mitluba b’mod speċjali fuq dan il-punt. Jekk, bħala petizzjonant ma tixtieqx li ismek jiġi żvelat, il-Parlament Ewropew jirrispetta d-dritt tiegħek għar-rispett tal-ħajja privata. Madankollu, għandek titlob dan b’mod ċar u espress fil-petizzjoni tiegħek. Bl-istess mod, jekk tixtieq li l-petizzjoni tiegħek tiġi pproċessata b’mod kunfidenzjali, għandek titlob dan b’mod ċar. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jagħti importanza lit-trasparenza tal-laqgħat tiegħu li jistgħu jiġu segwiti online. Għaldaqstant huwa possibbli li d-dibattiti jiġu segwiti fuq kwalunkwe kompjuter minn fuq is-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew. Bħala regola ġenerali, il-laqgħat tal-Kumitat huma pubbliċi. Il-petizzjonanti jistgħu jattendu għalihom meta l-petizzjoni tagħhom tkun qed tiġi eżaminata jekk jagħmlu talba f’dan is-sens.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta ppreżenta l-petizzjoni tiegħu permezz tas-sit tal-internet tal-Parlament, ir-rikorrent mela formola billi rrisponda fil-pożittiv għad-domandi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fil-każ li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiddikjara l-petizzjoni tiegħek ammissibbli, taqbel li din tiġi pproċessata pubblikament?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Taċċetta li ismek jiġi rreġistrat f’reġistru pubbliku aċċessibbli mill-internet?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi li ġejjin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-istruttura u l-għan tad-dritt għal petizzjoni lill-Parlament mogħti mill-Artikoli 24 TFUE u 227 TFUE. Dan id-dritt għal petizzjoni huwa espressament maħsub bħala instrument ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika, li l-missjoni tiegħu hija dik ta’ trasparenza sabiex jippermetti lil ċittadini oħrajn jassoċjaw ruħhom eventwalment u għaldaqstant iqanqal dibattitu pubbliku. Barra minn hekk, għandu jsir riferiment għall-Artikoli 15 TFUE u 232 TFUE, li jipprovdu li x-xogħol tal-Parlament isir prinċipalment fil-pubbliku. Huwa għaldaqstant f’dan il-kuntest li r-regoli li jirregolaw id-dritt għal petizzjoni, u b’mod partikolari dawk li jinsabu fl-Artikoli 201 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-regoli interni (li saru l-Artikoli 215 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), għandhom jiġu applikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hemm lok li wieħed jirreferi għas-sens ordinarju tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ipproċessata pubblikament<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> għal persuna medja, meta hija tkun mitluba timla formola meta tippreżenta l-petizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar li, meta r-rikorrent ippreżenta l-petizzjoni tiegħu, huwa ġie informat mill-Parlament bil-fatt li seta’ jitlob ipproċessar anonimu, jew anki kunfidenzjali tal-petizzjoni tiegħu, li l-minuti huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ċertu informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, inkluż isem il-petizzjonant, hija disponibbli fuq l-internet, li hemm reġistru pubbliku aċċessibbli fuq l-internet u li l-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistgħu jiġu segwiti online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, għandu jiġi rrilevat il-kontenut speċifiku tal-petizzjoni inkwistjoni, jiġifieri l-fatt li istituzzjoni tal-Unjoni allegatament ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod xieraq il-marda tar-rikorrent (u d-diżabbiltà ta’ ibnu) għall-finijiet tal-karriera tiegħu, kwistjoni li, fil-prinċipju, tqanqal ċertu interess pubbliku. Għandu jingħad ukoll li l-konferma ta’ rċevuta kienet tikkonferma b’mod espress li s-suġġett tal-petizzjoni kien jirrigwarda preċiżament dawn il-kunsiderazzjonijiet. Għaldaqstant, il-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni kienet tirrigwarda l-kontenut speċifiku tal-petizzjoni, u mhux l-elementi anċillari jew superfluwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 201(9) tar-regoli interni jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[i]l-petizzjonijiet, ladarba jiddaħħlu fir-reġistru, għandhom bħala regola ġenerali jsiru dokumenti pubbliċi, u l-isem tal-petizzjonant kif ukoll il-kontenut tal-petizzjoni jistgħu jiġu ppubblikati mill-Parlament għal raġunijiet ta’ trasparenza<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Il-paragrafu 10 tal-istess artikolu jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[m]inkejja d-dispożizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 9 hawn fuq, il-petizzjonant jista’ jitlob li ismu ma jidhirx sabiex tkun imħarsa l-privatezza tiegħu, f’liema każ il-Parlament għandu jilqa’ it-talba<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 203 tar-regoli interni dwar in-notifika tal-petizzjonijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="203.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha ssir notifika fil-Parlament dwar il-petizzjonijiet li jkunu ddaħħlu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 201(6) u dwar id-deċiżjonijiet prinċipali li jikkonċernaw il-proċedura li għandha tiġi segwita f’petizzjonijiet speċifiċi. Dawn in-notifikazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-minuti tal-proċeduri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="203.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-titlu u l-ġabra fil-qosor tat-test tal-petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru, flimkien mat-testi tal-opinjonijiet u tad-deċiżjonijiet l-aktar importanti li jitressqu b’konnessjoni mal-eżami tal-petizzjonijiet, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’database, kemm-il darba min jagħmel il-petizzjoni jaqbel li dan isir. Petizzjonijiet kunfidenzjali għandhom jinżammu fl-arkivji tal-Parlament fejn ikunu għad-dispożizzjoni tal-Membri li jridu jikkonsultawhom.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, il-petizzjonijiet huma, fil-prinċipju, dokumenti pubbliċi, anki jekk tista’ ssir deroga minn din ir-regola fuq it-talba tal-persuna kkonċernata. Hekk kif il-Parlament enfasizza waqt is-seduta, kwalunkwe konklużjoni oħra tkun ekwivalenti għall-impożizzjoni fuqu ta’ obbligu ta’ ċensura relattiva għall-kontenut tal-petizzjoni ddepożitata mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi kollha riprodotti fil-punti 64 sa 73 iktar ’il fuq, ir-rikorrent ta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>indikazzjoni speċifika u informata tax-xewqat tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Fil-fatt, kieku petizzjonant raġonevolment attent jaqra attentament l-informazzjoni pprovduta mill-Parlament, din kellha tippermettilu jevalwa l-portata tal-azzjoni tiegħu u l-konsegwenzi tagħha. Barra minn hekk, din l-indikazzjoni tax-xewqa tiegħu kienet speċifika peress li l-Parlament informa lir-rikorrent bil-fatt li l-ilment tiegħu, li s-suġġett tiegħu kien jikkonċerna b’mod inerenti l-kunsiderazzjonijiet indikati fil-punt 70 iktar ’il fuq, kien ser ikun aċċessibbli fuq l-internet. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent ta l-kunsens espress tiegħu billi mmarka l-kaxxi fuq il-formola li kienu jikkonċernaw l-ipproċessar pubbliku u r-reġistrazzjoni f’reġistru aċċessibbli fuq l-internet, mingħajr ma l-kunsens tiegħu għandu għalfejn jiġi dedott b’mod impliċitu minn kwalunkwe azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Dawn iċ-ċirkustanzi kollha jiddistingwu b’mod fundamentali l-każ preżenti mill-fatti li wasslu għall-kawża V vs Il-Parlament (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>V vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑46/09</NO.CASE>, ĠabraSP, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:101">EU:F:2011:101</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0138">138</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fiha l-persuna kkonċernata ma kienet tat ebda kunsens għat-trasferiment, min-naħa tal-Kummissjoni lejn il-Parlament, ta’ data medika li tikkonċernaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, il-Qorti Ġenerali tqis li, f’dan il-każ, ir-rikorrent kien ta l-kunsens espress tiegħu għall-iżvelar tal-informazzjoni sensittiva inkwistjoni, fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament Nru 45/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>It-tieni nett, għal dak li jikkonċerna d-data personali li ma tidhirx fost dik imsemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 45/2001 (bħal dik dwar il-karriera tar-rikorrent), l-ipproċessar tagħha huwa suġġett għas-sistema prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 45/2001. Skont l-Artikolu 5(d) ta’ dan ir-regolament, l-ipproċessar jista’ jitwettaq, b’mod partikolari, meta l-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens kategoriku tagħha. Fi kliem ieħor, l-ipproċessar jista’ jitwettaq meta l-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens tagħha b’ċertezza u mingħajr ambigwità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li l-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament Nru 45/2001 jeħtieġ li l-kunsens ikun espress, l-Artikolu 5(d) tal-imsemmi regolament jeżiġi kunsens kategoriku. Hekk kif irrileva l-KEPD, huwa loġiku li fid-dawl tan-natura tad-data personali sensittiva jitqies li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kunsens fis-sens tal-Artikolu 5(d) tar-Regolament Nru 45/2001 ma jistgħux ikunu iktar stretti minn dawk previsti fl-Artikolu 10(2)(a) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jsir riferiment għall-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 57 sa 74 iktar ’il fuq, li għandhom jiġu applikati <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> f’dan il-każ għall-ipproċessar tad-data personali li ma hijiex id-data personali sensittiva tar-rikorrent. B’mod partikolari, għal dak li jikkonċerna l-għan tal-petizzjoni, għandu jiġi enfasizzat li hija kienet issemmi speċifikament il-fatt li istituzzjoni tal-Unjoni ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni b’mod xieraq is-sitwazzjoni personali tar-rikorrent għall-finijiet tal-karriera tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent kien bla dubju ta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>indikazzjoni speċifika u informata tax-xewqat tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu mill-Parlament u, b’mod partikolari, l-iżvelar tagħha fil-kuntest ta’ pproċessar ta’ petizzjoni mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Peress li l-ġustifikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 45/2001 għall-ipproċessar ta’ data ma humiex kumulattivi, hekk kif jirriżulta mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat jekk l-ipproċessar tad-data personali kienx iġġustifikat ukoll taħt waħda mid-dispożizzjonijiet invokati mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Qorti Ġenerali tqis li l-Parlament ma wettaqx ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali billi ppubblika d-data personali inkwistjoni fuq l-internet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi rrilevat li, sa fejn hija tindika li iben ir-rikorrent għandu diżabbiltà mentali jew fiżika serja, il-Komunikazzjoni tinkludi wkoll data personali sensittiva dwar dan tal-aħħar, anki jekk huwa ma jissemmhiex b’ismu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni li r-rikorrent huwa r-rappreżentant legali ta’ ibnu, il-kunsens espress li ta ma jistax jiġġustifika l-ipproċessar tal-imsemmija data mill-Parlament, skont l-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament Nru 45/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Madankollu, iben ir-rikorrent ma huwiex parti f’din l-azzjoni. Barra minn hekk, hekk kif għadu kif ġie espost, ma hemm ebda prova li r-rikorrent huwa r-rappreżentant legali ta’ ibnu jew li għandu mandat sabiex jippreżenta dan ir-rikors f’isem dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, sabiex jiġi ggarantit l-effett utli tal-kundizzjoni relatata mal-ksur ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi, huwa neċessarju li l-protezzjoni mogħtija mid-dispożizzjoni invokata tkun effettiva fir-rigward tal-persuna li tinvokaha u, għaldaqstant, li din il-persuna tkun fost dawk li d-dispożizzjoni inkwistjoni tagħtihom drittijiet. Ma tistax tiġi aċċettata bħala sors ta’ kumpens regola li ma tipproteġix l-individwu kontra l-illegalità li huwa jinvoka, iżda li tipproteġi individwu ieħor. (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070912">12 ta’ Settembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Nikolaou vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑259/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:254">EU:T:2007:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Ristic <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑238/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:263">EU:T:2009:263</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minn dan jirriżulta li r-rikorrent ma jistax jinvoka, fil-kuntest tar-rikors tiegħu għad-danni, illegalitajiet li jirriżultaw mill-allegat ksur ta’ drittijiet ta’ terz, b’mod partikolari ta’ ibnu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Wara t-talba sabiex id-data titneħħa minn fuq is-sit tal-internet.</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk l-aġir tal-Parlament wara t-talba tar-rikorrent sabiex id-data personali tiegħu titneħħa minn fuq is-sit tal-internet tiegħu jistax jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, meta huwa talab sabiex id-data personali titneħħa minn fuq is-sit tal-internet tal-Parlament, dan inizjalment irreaġixxa b’mod negattiv u laqa’ t-talba biss wara l-intervent tal-avukat tiegħu, bi ksur tad-dritt għat-tħassir ta’ data personali. Barra minn hekk, il-fatt li l-Parlament aċċetta li jħassar id-data jimplika li huwa rrikonoxxa b’mod impliċitu l-illegalità tal-pubblikazzjoni. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent iżid jgħid li l-Parlament kiser l-Artikolu 12 tad-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 45/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Essenzjalment, l-argumenti tar-rikorrent jinvolvu l-analiżi ta’ żewġ kwistjonijiet: l-ewwel waħda dik dwar jekk kellux id-dritt li jikseb it-tneħħija tad-data personali tiegħu u, it-tieni waħda dwar jekk il-Parlament ittrattax din it-talba b’mod diliġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-ewwel kwistjoni, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 45/2001 jagħti d-dritt li jinkiseb it-tħassir tad-data personali biss meta l-ipproċessar ikun illegali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Vinci vs BĊE</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑130/07</NO.CASE>, ĠabraSP, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:114">EU:F:2009:114</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), hekk kif ir-rikorrent jammetti huwa stess. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata insostenn ta’ talba għat-tħassir meta l-ipproċessar huwa legali, bħalma kien f’dan il-każ (ara l-punti 52 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>). Il-fatt li l-Parlament iddeċieda li jilqa’ t-talba ma jimplikax fih innifsu r-rikonoxximent tal-illegalità tal-pubblikazzjoni inizjali. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Parlament kien spjega li kien ħassar id-data b’korteżija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 45/2001, il-persuna kkonċernata għandha d-dritt li toġġezzjona fi kwalunkwe mument, għal raġunijiet imperattivi u leġittimi li jikkonċernaw is-sitwazzjoni partikolari tagħha, li data li tikkonċernaha tiġi pproċessata, ħlief meta, b’mod partikolari, hija tkun tat il-kunsens kategoriku tagħha fis-sens tal-Artikolu 5(d) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn l-ipproċessar tad-data f’dan il-każ, kien ibbażat fuq il-kunsens tal-persuna kkonċernata, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 45/2001 ma jipprevedix b’mod espliċitu l-possibbiltà li l-kunsens mogħti inizjalment jiġi rtirat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent ma setax jinvoka dritt għat-tħassir tad-data personali inkwistjoni abbażi tar-Regolament Nru 45/2001. Għandu jingħad ukoll li r-rikorrent ma invokax, b’mod validu, kwalunkwe bażi oħra għat-talba tiegħu għat-tħassir tad-data. Fi kwalunkwe każ, għandu jitfakkar li l-Parlament, minkejja l-assenza ta’ kwalunkwe obbligu vinkolanti, ħassar id-data minn fuq is-sit tal-internet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li l-kawża li wasslet għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain ut Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dwar id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>dritt li d-data tintesa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fuq l-internet, kienet tikkonċerna kuntest fattwali u legali differenti ħafna minn dak f’dan il-każ. B’mod partikolari, anki jekk f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment qieset li tali dritt seta’ jeżisti taħt ċerti kundizzjonijiet, għandu jiġi kkonstatat li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46 li l-Qorti tal-Ġustizzja bbażat il-motivazzjoni tagħha fuqhom [jiġifieri l-Artikolu 7(f), l-Artikolu 12(b), u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46] ivarjaw b’mod sinjifikattiv minn dawk inkwistjoni f’dan il-każ, li huwa essenzjalment marbut mal-kwistjoni tal-kunsens tal-persuna kkonċernata. Fil-fatt, għandu jitfakkar li, b’differenza minn dan il-każ, fil-kawża Google l-persuna kkonċernata ma kinitx tat il-kunsens tagħha għall-pubblikazzjoni inizjali tad-data personali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna t-tieni kwistjoni, ir-rikorrent ma invokax il-ksur ta’ regola jew ta’ prinċipju ta’ dritt fl-ipoteżi li l-pubblikazzjoni inizjali mill-Parlament kienet legali, bħalma kien il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 12 tad-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 45/2001, dwar id-dritt għal tħassir, jipprovdi fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Il-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data għandha tirrispondi f’terminu ta’ 15-il jum ta’ xogħol minn meta tirċievi t-talba għat-tħassir tagħha. Jekk it-talba tiġi aċċettata, dan għandu jseħħ minnufih. Jekk il-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data tqis li t-talba ma hijiex iġġustifikata, hija għandha terminu ta’ 15-il jum ta’ xogħol sabiex tinforma b’dan, permezz ta’ ittra mmotivata, lill-persuna kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-Parlament għandu terminu ta’ 15‑il jum ta’ xogħol sabiex jirrispondi għal talba għal tħassir, kemm jekk tkun fondata u kemm jekk le. F’dan il-każ, ir-rikorrent bagħat it-talba tiegħu lid-dipartiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Europe direct contact centre<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tal-Kummissjoni, li ttrażmettietha lill-Parlament fl-<DATE ISO="20120410">10 ta’ April 2012</DATE>. Dan tal-aħħar irrisponda għall-imsemmija talba fit-terminu stabbilit. Bil-kontra għal dak li jsostni r-rikorrent, il-Parlament qatt ma ċaħad it-talba. Fir-realtà, hekk kif jirriżulta mir-risposti tal-<DATE ISO="20120420">20 ta’ April 2012</DATE>, tal-<DATE ISO="20120924">24 ta’ Settembru 2012</DATE> u tal-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>, il-Parlament aċċetta li jħassar id-data filwaqt li ġustament enfasizza li l-pubblikazzjoni kienet legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Id-data personali tħassret madwar it-<DATE ISO="20121008">8 ta’ Ottubru 2012</DATE>, skont il-Parlament, u l-<DATE ISO="20130110">10 ta’ Jannar 2013</DATE>, skont ir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Bħala d-difiża tiegħu, il-Parlament indika li kien hemm bżonn ċertu żmien sabiex jinsabu d-dokumenti li fihom kien hemm id-data tar-rikorrent u sabiex jittieħdu l-miżuri tekniċi neċessarji. Hekk kif il-Parlament spjega matul is-seduta bħala risposta għad-domandi tal-Qorti Ġenerali, it-tħassir komplet mill-internet hija proċedura teknika delikata. Il-Qorti Ġenerali jqis li huma dawn id-diffikultajiet tekniċi<?PAGE NO="13"?> li jispjegaw id-differenza fiż-żmien li ħa l-Parlament, li d-dipartimenti tekniċi tiegħu kellhom jintervjenu diversi drabi sabiex titħassar id-data inkwistjoni u li dan tal-aħħar inizjalment ma oġġezzjonax għal rifjut tat-talba tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 12(3) tad-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 45/2001 jipprovdi li, meta t-talba tiġi aċċettata, it-tħassir għandu jsir minnufih. Madankollu, din id-dispożizzjoni tkopri sitwazzjonijiet li fihom it-talba hija aċċettata minħabba li tkun fondata, jiġifieri għar-raġuni li l-ipproċessar huwa illegali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa loġiku li għandu jsir minnufih. Min-naħa l-oħra, meta, bħal f’dan il-każ, it-talba ma tkunx fondata, iżda tiġi aċċettata b’korteżija, ma hemmx raġuni għaliex jiġi impost l-obbligu ta’ tħassir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>minnufih<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. F’dan il-każ, il-Parlament huwa obbligat biss jeżegwixxi l-impenn tiegħu f’terminu raġonevoli. Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Parlament, il-Qorti Ġenerali tqis li, f’dan il-każ, huwa ma wettaqx illegalità fl-ipproċessar tat-talba għal tħassir, inkluż fl-eżekuzzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Qorti Ġenerali tqis li l-Parlament ma wettaqx ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali wara t-talba għal tħassir imressqa mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><P>Regoli dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata invokati mir-rikorrent, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 6(3) TUE, id-drittijiet fundamentali, hekk kif iggarantiti mill-KEDB, jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni bħala prinċipji ġenerali, anki jekk l-Unjoni ma hijiex parti mill-KEDB. Min-naħa l-oħra, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà ġiet irratifikata mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Madankollu, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk, fid-dawl tan-natura u l-istruttura tagħhom (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19991123">23 ta’ Novembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Portugall vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑149/96</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:574">EU:C:1999:574</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050203">3 ta’ Frar 2005</DATE>, <NAME.CASE>Chiquita Brands <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑19/01</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:31">EU:T:2005:31</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-KEDB u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà jinkludu dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrent sempliċement jinvoka l-ksur tal-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, mingħajr ma jipprovdi ebda argument speċifiku insostenn ta’ din l-allegazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-allegat ksur tal-Artikolu 8 tal-KEDB. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent sempliċement jiċċita tliet sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li, fil-fehma tiegħu, juru li d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata jinkludi d-dritt li l-istat ta’ saħħtu jinżamm sigriet (Qorti Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem, S. u Marper vs Ir‑Renju Unit, Nru 30562/04 u 30566/04, tal-<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE>) kif ukoll id-dritt li d-data li tikkonċerna l-ħajja professjonali tiegħu ma tiġix żvelata (Qorti Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem, Amman vs L‑Isvizzera, Nru 27798/95, tas-<DATE ISO="20000216">16 ta’ Frar 2000</DATE>, u Rotaru vs Ir-Rumanija, Nru 28341/95, tal-<DATE ISO="20000504">4 ta’ Mejju 2000</DATE>). Madankollu, dawn is-sentenzi jirrigwardaw sitwazzjonijiet ferm differenti mis-sitwazzjoni f’dan il-każ, b’mod partikolari ż-żamma ta’ data bijometrika ta’ persuni ssuspettati li wettqu reati kriminali, l-interċezzjoni ta’ telefonati professjonali u l-ħolqien minn awtoritajiet pubbliċi ta’ fajls li jinkludu varji informazzjoni personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941005">5 ta’ Ottubru 1994</DATE>, <NAME.CASE>X vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑404/92 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:361">EU:C:1994:361</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iċċitata mir-rikorrent insostenn tal-allegazzjonijiet tiegħu, tikkonċerna wkoll kwistjoni ferm differenti, b’mod partikolari r-rifjut tal-Kummissjoni li timpjega persuna wara li għamlet testijiet li jistgħu jwasslu għal suspetti li hija kienet infettata bil-virus tal-Aids, minkejja l-oġġezzjoni ta’ din il-persuna li tagħmel tali testijiet. Għandu jiġi kkonstatat li s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>V vs Il-Parlament</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:101">EU:F:2011:101</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>), tikkonċerna wkoll sitwazzjoni li ma hijiex paragunabbli,<?PAGE NO="14"?> inkwantu tirrigwarda t-trasferiment ta’ data medika ta’ ex impjegat tal-Kummissjoni lill-Parlament mingħajr il-kunsens tal-persuna kkonċernata, li wasslet għall-irtirar min-naħa tal-Parlament tal-offerta ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, huwa diffiċli li jinstabu paralleliżmu jew similarità bejn il-fatti li wasslu għal dawn is-sentenzi u s-sitwazzjoni, f’dan il-każ, li jistgħu jsostnu l-argumenti tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għar-raġunijiet esposti fil-punti 52 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, ma huwiex possibbli li jitqies li hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>indħil minn awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-ħajja privata fis-sens tal-Artikolu 8 tal-KEDB meta r-rikorrent jagħti l-kunsens tiegħu għall-iżvelar ta’ informazzjoni bħal f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrent ma stabbilixxiex l-eżistenza ta’ ksur tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà jew tal-KEDB mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, l-argumenti dwar l-illegalità tal-aġir tal-Parlament għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Peress li t-tliet kundizzjonijiet dwar l-eżistenza tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni huma kumulattivi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Nikolaou vs Il-Qorti tal-Awdituri,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑220/13 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2057">EU:C:2014:2057</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti dwar id-dannu u r-rabta kawżali. Madankollu, f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tqis opportun li teżamina dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dannu u r-rabta kawżali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Ir-rikorrent isostni li l-aġir illegali tal-Parlament ikkawżalu dannu materjali u morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li ġie mġiegħel jirrikorri għas-servizzi ta’ avukat u li kien biss wara żewġ intimazzjonijiet min-naħa ta’ dan li l-Parlament neħħa d-dokument minn fuq is-sit tal-internet tiegħu. Minħabba dan, ir-rikorrent sostna spejjeż fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>, li jikkostitwixxi dannu materjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>It-tieni nett, għal dak li jirrigwarda d-dannu morali, ir-rikorrent isostni li dan jirriżulta mill-attitudni ta’ disprezz tal-Parlament u mill-fatt li dan ried itawwal iż-żmien, li weġġgħuh profondament u kkawżawlu stress kbir, inkwiet li ibnu li jsofri minn patoloġija mentali serja u fraġli ħafna, jista’ jsir jaf bl-informazzjoni ppubblikata. Huwa jistima d-dannu morali <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> għal EUR <FT TYPE="NUMBER">40000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrent isostni li ż-żmien li għadda bejn il-pubblikazzjoni u t-talba għat-tħassir ma għandu ebda importanza. Barra minn hekk, huwa jirrileva li ressaq it-talba għat-tħassir minnufih, hekk kif sar jaf bil-pubblikazzjoni tad-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Ir-rikorrent iqis li teżisti rabta kawżali diretta bejn l-illegalità u d-dannu, minħabba li dan jirriżulta mill-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament kif ukoll mid-diffikultà li kellu sabiex jikseb it-tneħħija ta’ din l-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Il-Parlament ma jikkontestax li, jekk l-eżistenza ta’ aġir illegali tiġi stabbilita, ir-rikorrent ikun subixxa dannu materjali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> minħabba l-ispejjeż tal-avukat. Madankollu, huwa jqis li r-rikorrent ma pprovax l-eżistenza ta’ dannu morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Parlament ma jikkontestax l-eżistenza ta’ rabta kawżali jekk il-Qorti Ġenerali tqis li kien aġixxa b’mod illegali u li r-rikorrent subixxa dannu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, għal dak li jikkonċerna l-kundizzjoni ta’ eżistenza ta’ dannu, dan tal-aħħar għandu jkun reali u ċert. Min-naħa l-oħra, dannu purament ipotetiku u indeterminat ma jagħtix dritt għal kumpens (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100428">28 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>BST vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑452/05</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:167">EU:T:2010:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0165">165</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, il-kundizzjoni relattiva għall-eżistenza ta’ dannu ċert hija ssodisfatta meta d-dannu huwa imminenti u prevedibbli b’ċertezza suffiċjenti, anki jekk dan ikun għadu ma jistax jiġi kkalkolat bi preċiżjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870114">14 ta’ Jannar 1987</DATE>, <NAME.CASE>Zuckerfabrik Bedburg <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>281/84</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:3">EU:C:1987:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>L-oneru tal-prova rigward l-eżistenza jew l-estent tad-dannu invokat huwa tal-parti li timmina r-responsabbiltà tal-Unjoni u din għandha tistabbilixxi rabta suffiċjentement diretta ta’ kawża u effett bejn dan id-dannu u l-aġir li l-istituzzjoni tkun akkużata bih (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>BST vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:167">EU:T:2010:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0167">167</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-Parlament ma jikkontestax l-eżistenza tad-dannu materjali invokat mir-rikorrent, jiġifieri l-ispejjeż tal-avukat tiegħu, sakemm jeżisti aġir illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda d-dannu morali, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrent ma pprovax l-eżistenza ta’ tali dannu. Huwa sempliċement allega li l-attitudni ta’ disprezz tal-Parlament u l-fatt li ried itawwal iż-żmien kienu weġġgħuh profondament u kkawżawlu stress kbir, mingħajr ma pprovda ebda prova insostenn ta’ din l-allegazzjoni. Għaldaqstant, dan ma jistax jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, l-argumenti tar-rikorrent dwar l-eżistenza ta’ dannu morali għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li jkun hemm rabta kawżali meta jkun hekk relazzjoni diretta bejn kawża u effet bejn l-iżball imwettaq mill-istituzzjoni kkonċernata u d-dannu invokat u l-oneru tal-prova ta’ dan huwa tar-rikorrent (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990928">28 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Hautem vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑140/97</NO.CASE>, ĠabraSP, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:176">EU:T:1999:176</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dannu għandu jirriżulta b’mod suffiċjentement dirett mill-aġir allegat (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970625">25 ta’ Ġunju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Perillo vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑7/96</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:94">EU:T:1997:94</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, minkejja li l-persuna kkonċernata ma tistax tiġi pprojbita li tieħu parir ta’ avukat f’fażi prekontenzjuża, din hija l-għażla tagħha u ma tistax tiġi imputata lill-istituzzjoni kkonċernata (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780309">9 ta’ Marzu 1978</DATE>, <NAME.CASE>Herpels vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>54/77</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:45">EU:C:1978:45</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Internationaler Hilfsfonds vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/05 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:390">EU:C:2007:390</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑48/05</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:257">EU:T:2008:257</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0415">415</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-ispejjeż, li saru liberament b’dan il-mod mill-persuna kkonċernata, ma jistgħux għaldaqstant jiġu imputati lill-Parlament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, iċċitata iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:390">EU:C:2007:390</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, ma hemm ebda rabta kawżali bejn l-allegat dannu materjali subit mir-rikorrent u l-aġir tal-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-argumenti tar-rikorrent dwar ir-rabta kawżali bejn l-allegata illegalità u d-dannu materjali għandhom ukoll jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba tar-rikorrent dwar il-kumpens għad-dannu allegatament subit għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrent tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-KEPD għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">CN għandu jbati l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew kif ukoll l-ispejjeż tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Frimodt Nielsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dehousse</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>