|
16.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151/39 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-9 ta’ Ġunju 2009
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE
(BĊE/2009/13)
(2009/465/KE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.6 u l-Artikoli 17, 22 u 23 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE (1). |
|
(2) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE adotta l-Linja ta’ Gwida BĊE/2009/9 tas-7 ta’ Mejju 2009 li tmenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 dwar is-Sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (2) fost l-oħrajn biex jingħata aċċess lit-TARGET2 minn istituzzjonijiet ta’ kreditu pubbliċi li, minħabba n-natura istituzzjonali speċifika tagħhom taħt id-dritt Komunitarju, huma suġġetti għal skrutinju ta’ standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
|
(3) |
Id-definizzjoni tat-terminu istituzzjoni ta’ kreditu fl-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 għandha tinbidel minħabba l-emendi riċenti magħmulin fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-definizzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fl-Artikolu 1 tal-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2007/7 tinbidel b’dan li ġej:
|
“— |
‘credit institution’ means either: (a) a credit institution within the meaning of § 1(1) of the KWG; or (b) another credit institution within the meaning of Article 101(2) of the Treaty that is subject to scrutiny of a standard comparable to supervision by a competent authority.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għadha tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 9 ta’ Ġunju 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET