Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità /* KUMM/2010/0150 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 8.4.2010 KUMM(2010)150 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità sabiex ikun possibbli l-finanzjament ta' nfiq definit b'mod ċar li ma jistax jiġi ffinanzjat fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda jew aktar tal-qafas finanzjarju multiannwali. Skont punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali, u wara li kienu eżaminati l-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt intestatura 4, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Istrument tal-Flessibbiltà għall-finanzjament tal-Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-Banana (BAM), għal ammont ta' EUR 18.3 miljun lil hinn mil-limitu massimu tal-intestatura 4. Iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja huma mfakkra li l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea m'għandhiex issir aktar tard mill-pubblikazzjoni tal-Baġit ta' Emenda Nru 3/2010. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[2], u b'mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[3], Billi, wara li eżaminaw il-possibiltajiet għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura 4, iż-żewġ fergħat tal-awtorità tal-baġit qablu li jimmobilizzaw l-Istrument tal-Flessiblità sabiex jikkumplimenta l-finanzjament fil-baġit tal-2010, lil hinn mill-limitu massimu tal-intestatura 4, ta' EUR 18.3 miljun lejn il-finanzjament tal-Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana (BAM). IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-baġit tal-2010"), l-istrument tal-flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 18.3 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestatura 4. Dawn l-ammonti għandhom jintużaw sabiex jikkumplimentaw il-finanzjament ta': - EUR 18.3 miljun lejn il-finanzjament tal-Miżuri ta' Akkumpanjament tal-Banana (BAM). Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14 06 2006, p. 1 [2] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1. [3] ĠU […]