|
30.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 88/2014
tas-16 ta' Mejju 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (2) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (3) jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (4), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 iħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 (5) u (KEE) Nru 3118/93 (6) u d-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 iħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 (8) u (KE) Nru 12/98 (9), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(7) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE):
|
|
2. |
Dan li ġej jiżdied mal-punt 24e (ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat bi:
|
|
3. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 25 (id-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
4. |
Il-punt li ġej jiddaħhal wara l-punt 32 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92):
|
|
5. |
It-test tal-punti 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE), 25 (id-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 26a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92), 26c (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93), 32 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92) u 33b (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98) huwa mħassar. |
Artikolu 2
L-Appendiċi 2, 4 u 7 tal-Anness XIII tal-Ftehim jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (KE) Nru 1073/2009 bl-ilsien Iżlandiż u b'dak Norveġiż, li se jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
(2) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72.
(3) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88.
(4) ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1.
(6) ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1.
(7) ĠU L 374, 27.12.2006, p. 5.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
ANNESS
L-Appendiċi 2, 4 u 7 tal-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
1. |
L-Appendiċi 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “APPENDIĊI 2 DOKUMENTI STABBILITI FL-ANNESS TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1072/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL, KIF ADATTATI GĦALL-FINIJIET TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE (ara l-addatament (f) fil-punt 25 tal-Anness XIII tal-Ftehim)
“ANNESS II IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA (a) (Kulur Pantone ċelesti, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar) (L-ewwel paġna tal-liċenzja) (Test fl-ilsien/ilsna (jew wieħed minnhom) uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħorġ il-liċenzja)
LIĊENZJA Nru … (jew) KOPJA VERA ĊERTIFIKATA Nru għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq f'isem ħadd ieħor Din il-liċenzja tintitola lil (2) iwettaq trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq, f'isem ħadd ieħor, fuq kwalunkwe rotta, għall-vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa f'isem ħadd ieħor fit-territorju tal-Komunità u tal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (3), kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim taż-ŻEE), u skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.
(b) (It-tieni paġna tal-liċenzja) (Test fl-ilsien/ilsna (jew wieħed minnhom) uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħorġ il-liċenzja) DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Din il-liċenzja hija maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE. Din tintitola lid-detentur iwettaq trasport bit-triq internazzjonali ta' merkanzija f'isem ħadd ieħor fuq kwalunkwe rotta, għal vjaġġi jew partijiet minn vjaġġi mwettqa fit-territorju tal-Komunità u l-Istati tal-EFTA, u, fejn xieraq, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti hawnhekk:
u vjaġġi mingħajr tagħbija li għandhom rabta ma' dan it-trasport. Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA lejn pajjiż terz jew viċi versa, din il-liċenzja mhix valida għal dik il-parti tal-vjaġġ imwettqa fl-Istati Membri tal-UE jew fl-Istat tal-EFTA tat-tagħbija jew il-ħatt. Din il-liċenzja hija personali għad-detentur u mhijiex trasferibbli. Hija tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA li jkun ħariġha, partikolarment meta d-detentur:
L-oriġinal tal-liċenzja jrid jinżamm mill-impriża tat-trasport. Kopja ċertifikata tal-liċenzja trid tinżamm fil-vettura (5). Fil-każ ta' grupp magħqud ta' vetturi trid tkun fil-vettura bil-mutur. Hija tkopri vetturi kombinati anke jekk it-trejler jew is-semitrejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat biex juża t-toroq f'isem id-detentur tal-liċenzja jew jekk ikun irreġistrat jew awtorizzat juża t-toroq fi Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA ieħor. Il-liċenzja trid tiġi preżentata fuq it-talba ta' kwalunkwe uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat. Fit-territorju ta' kull Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA, id-detentur għandu jikkonforma mal-liġijiet, mar-regolamenti u mad-disposizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u tat-traffiku. “ANNESS III IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA (a) (Kulur Pantone roża, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar) (L-ewwel paġna tal-attestazzjoni) (Test fl-ilsien/ilsna (jew wieħed minnhom) uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħorġ l-attestazzjoni)
ATTESTAZZJONI TAX-XUFIER Nru … għat-trasport ta' merkanzija bit-triq f'isem ħadd ieħor permezz ta' liċenzja tal-Komunità jew liċenzja maħruġa mill-Islanda il-Liechtenstein jew in-Norveġja (7) (Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija) Din l-attestazzjoni tiċċertifika li fuq il-bażi tad-dokumenti ppreżentati minn: ix-xufier segwenti:
huwa impjegat, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u, kif xieraq, mal-ftehimiet kollettivi, skont ir-regoli applikabbli fl-Istat tal-EFTA segwenti, bil-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali ta' xufier applikabbli f'dak l-Istat tal-EFTA sabiex jagħmel operazzjonijiet tat-trasport tat-triq f'dak l-Istat: Rimarki partikolari
(b) (It-tieni paġna tal-attestazzjoni) (Test fl-ilsien/ilsna (jew wieħed minnhom) uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħorġ l-attestazzjoni) DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Din l-attestazzjoni hija maħruġa skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 kif adattat għall-għanijiet tal-Ftehim taż-ŻEE. Hija tiċċertifika li x-xufier imsemmi hawnhekk huwa impjegat, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u, kif xieraq, mal-ftehimiet kollettivi, skont ir-regoli applikabbli fl-Istat tal-EFTA msemmi fl-attestazzjoni, bil-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali ta' xufier applikabbli f'dak l-Istat tal-EFTA sabiex jagħmel operazzjonijiet tat-trasport tat-triq f'dak l-Istat. L-attestazzjoni tax-xufier tappartjeni lit-trasportatur, li jagħmilha għad-disposizzjoni tax-xufier imsemmi fiha meta dak ix-xufier isuq vettura (11) użata fit-trasport bl-użu ta' liċenzja Komunitarja jew liċenzja minn Stat tal-EFTA maħruġa lil dak it-trasportatur. L-attestazzjoni tax-xufier mhijiex trasferibbli. L-attestazzjoni tax-xufier tkun valida biss sakemm il-kondizzjonijiet li tkun inħarġet taħthom ikunu għandhom issodisfati u trid tintbagħat minnufih lura mit-trasportatur lill-awtoritajiet tal-ħruġ jekk dawn il-kondizzjonijiet ma jibqgħux issodisfati. Tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-EFTA li jkun ħarġiha, partikolarment meta d-detentur:
Kopja ċċertifikata awtentika tal-attestazzjoni trid tinżamm mill-impriża tat-trasportatur. Attestazzjoni oriġinali trid tinżamm fil-vettura u trid tiġi preżentata mix-xufier fuq talba ta' kwalunkwe uffiċjal tal-ispezzjoni awtorizzat. (11) ‘Vettura’ tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat tal-EFTA jew vetturi kombinati, li l-vettura bil-mutur tagħhom ta' mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat tal-EFTA, użata esklusivament għat-trasport tal-merkanzija." |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
L-Appendiċi 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “APPENDIĊI 4 DOKUMENTI STABBILITI FL-ANNESS TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1073/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL, KIF ADATTATI GĦALL-FINIJIET TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE (ara adattament (e) fil-punt 32 tal-Anness XIII tal-Ftehim)
“ANNESS II IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA (a) (Kulur Pantone ċelesti, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew aktar) (L-ewwel paġna tal-liċenzja) (It-test bil-lingwa/i uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li qed joħroġ il-liċenzja)
LIĊENZJA Nru … (jew) KOPJA ĊERTIFIKATA AWTENTIKA Nru għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank f'isem ħadd ieħor Id-detentur ta' din il-liċenzja (13) huwa awtorizzat jopera trasport internazzjonali ta' passiġġieri bit-triq f'isem ħadd ieħor fit-territorju tal-Komunità u l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (14) skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE), u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.
(b) (It-tieni paġna tal-liċenzja) (It-test bil-lingwa/i uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li qed joħroġ il-liċenzja) DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
L-Appendiċi 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “APPENDIĊI 7 ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ANNESS III TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1071/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL, KIF ADATTAT GĦALL-FINIJIET TAL-FTEHIM ŻEE (ara addattament (D) fil-punt 19 tal-Anness XIII tal-Ftehim)
“ANNESS III IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA (Kulur Pantone stout fawn — Format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew iżjed) (Test fil-lingwa/i uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-EFTA li joħroġ iċ-ċertifikat)
ĊERTIFIKAT TA' KOMPETENZA PROFESSJONALI FIT-TRASPORT BIT-TRIQ TAL-MERKANZIJA/TAL-PASSIĠĠIERI (18) Nru Aħna b'dan niċċertifikaw li (19) imwieled nhar fi għadda b'suċċess it-testijiet tal-eżaminazzjoni (sena: …; sezzjoni: …) (20) meħtieġa għall-għoti taċ-ċertifikat tal-kompetenza professjonali fit-trasport bit-triq tal-merkanzija/tal-passiġġieri (18) skont ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq (21), kif adattat għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE. Dan iċ-ċertifikat jikkostitwixxi prova suffiċjenti ta' kompetenza professjonali li jirreferi għaliha l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. Maħruġ fi, nhar (22) (18) Aqta' kif xieraq." (19) Kunjom u isem; post u data tat-twelid." (20) Identifikazzjoni tal-eżami." (18) Aqta' kif xieraq." (21) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51." (22) Timbru u firma tal-awtorità jew il-korp awtorizzat biex joħroġ iċ-ċertifikat." |
(11) ‘Vettura’ tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat tal-EFTA jew vetturi kombinati, li l-vettura bil-mutur tagħhom ta' mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat tal-EFTA, użata esklusivament għat-trasport tal-merkanzija.
(18) Aqta' kif xieraq.
(19) Kunjom u isem; post u data tat-twelid.
(20) Identifikazzjoni tal-eżami.
(21) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.
(22) Timbru u firma tal-awtorità jew il-korp awtorizzat biex joħroġ iċ-ċertifikat.’
(1) Is-sinjali distintivi huma IS (Islanda), FL (Liechtenstein), (N) in-Norveġja.
(2) Isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.
(3) Minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘l-Istati tal-EFTA’.
(4) Il-firma u s-siġill tal-awtorità jew tal-korp kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzja.
(5) ‘Vettura’ tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat tal-EFTA jew vetturi kombinati, li l-vettura bil-mutur tagħhom ta' mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat tal-EFTA, użata esklusivament għat-trasport tal-merkanzija.
(6) Is-sinjali distintivi huma IS (Islanda), FL (Liechtenstein), (N) in-Norveġja.
(7) Minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘l-Istati tal-EFTA’.
(8) Isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.
(9) Isem l-Istat tal-istabbiliment tat-trasportatur.
(10) Il-firma u s-siġill tal-awtorità jew tal-korp kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzja.
(12) Is-sinjali distintivi huma IS (Islanda), FL (Liechtenstein), (N) in-Norveġja.
(13) Isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.
(14) Minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘l-Istati tal-EFTA’.
(15) Il-firma u t-timbru tal-awtorità jew il-korp kompetenti li qed t/joħroġ il-liċenzja.