Official Journal L 275 , 27/10/2000 P. 0001 - 0001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 2371/2000; tat-23 ta’ Ottubru 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2358/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ IL-KUNSILL TA’ L- UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 il-Finlandja tista’, bla ħsara għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tagħti għajnuna għal ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ tal-ħaxix u żrieragħ taċ-ċereali minħabba l-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ klima ta’ dak il-pajjiż. (2) Fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni mill-Finlandja, il-Kummissjoni bagħtet lill-Kunsill ir-rapport meħtieġ skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71. Dak ir-rapport juri li l-għajnuna mogħtija bejn l-1995 u l-1999 ma effetwatx il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Bħala riżultat huwa xieraq li tinżamm il-possibilta li l-Finlandja, bla ħsara għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, tagħti għajnuna għall-produzzjoni ta’ żrieragħ tal-ħaxix u żrieragħ taċ-ċereali, iżda li ssir dispożizzjoni għal rapport ġdid mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2006, flimkien mal-proposti meħtieġa, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 "Qabel l-1 ta’ Jannar 2006 il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tat-tagħrif provdut fil-ħin mill-Finlandja, tibgħat lill-Kunsill rapport dwar vir-riżultati ta’ l-għajnuna awtorizzata, flimkien ma’ xi proposti meħtieġa." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussimburgu, fit-23 ta’ Ottubru 2000. Għall-Kunsill Il-President J. Glavany [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) No 1405/1999 (ĠU L 164, tat-30.6.1999, p. 17). --------------------------------------------------