12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

410


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Settembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2004/459/KE li tadotta miżura tranżizzjonali favur ċerti stabbilimenti fil-qasam tal-ħalib fl-Ungerija

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3455)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/662/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Ungerija ngħatat perjodi ta' tranżizzjoni għal ċerti stabbilimenti tal-ħalib elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/459/KE tad-29 ta’ April 2004 li tadotta miżura tranżizzjonali favur ċerti stabbilimenti fil-qasam tal-ħalib fl-Ungerija (2).

(2)

Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Ungeriża, ċerti stabbilimenti kkompletaw il-proċess tagħhom ta' titjib u issa jinsabu f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti waqqfu l-attivitajiet tagħhom.

(3)

Numru limitat ta’ stabbilimenti għamlu sforzi konsiderevoli sabiex jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti strutturali stipulati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Madanakollu dawn l-istabbilimenti ma jinsabux f’pożizzjoni li jtemmu l-proċess tagħhom ta’ titjib mal-limitu ta’ żmien preskritt, minħabba limitazzjonijiet tekniċi eċċezzjonali. Għalhekk huwa ġġustifikat li jingħatalhom iżjed żmien sabiex jikkompletaw il-proċess ta’ titjib.

(4)

L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/459/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. Għal raġjunijiet ta’ ċarezza, dak l-Anness għandu jinbidel.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/459/KE jinbidel bit-test fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-16 ta’ Settembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(2)   ĠU L 156, 30.4.2004, p. 68. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 55.


ANNESS

Stabbilimenti tal-ħalib f’tranżizzjoni

 

Numru ta’ approvazzjoni veterinarja

Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment

Qasam tal-ħalib

Attività ta’ l-istabbilimenti

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Data ta’ konformità

1.

02502

Cosinus Gamma Kft. Sajtüzem, Kunszentmiklós, Bács

x

31.12.2005

2.

13513

Drávatej Kft., Barcs, Somogy

x

31.12.2005

3.

16518

Dámtej Kft., Tamási, Tolna

x

31.12.2005

4.

18520

Gici sajt Kft., Gic, Veszprém

x

31.12.2005