Official Journal L 113 , 20/04/2004 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 728/2004 tal-15 ta'April 2004 dwar il-klassifika ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tagħha, Billi: (1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifika tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu wkoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li tkun totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi suddiviżjoni li tiġi stabbilita b'disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' miżuri tat-tariffa u ta' miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ tal-merkanzija. (3) Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tiġi kklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet spjegati fil-kolonna 3. (4) Huwa approprjat li jiġi pprovdut li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi ta' verifika doppja u ma' sorveljanza Komunitarja retrospettiva ta' prodotti tessili waqt l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni vinkolanti fuq it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi invokata għal perjodu ta' 60 jum mid-detentur, taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [2]. (5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tiġi kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2. Artikolu 2 Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi ta' verifika doppja u ma' sorveljanza Komunitarja retrospettiva ta' prodotti tessili waqt l-importazzjoni fil-Komunità, informazzjoni vinkolanti fuq it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta'l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi invokata għal perjodu ta' 60 jum mid-detentur, taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2913/92. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara li ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 15 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346, tal-31.12.2003, pġ. 1). [2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifika tal- kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Sett ta' biċċtejn ħwejjeġ imqiegħda għall-bejgħ bl-imnut, li jikkonsistu fi: | | Il-klassifika tiġi stabbilita mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali minn 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 13 għat-Taqsima XI, noti 3(b) u 8 għall-Kapitolu 62 u t-termini tal-kodiċijiet tan-NM 6204, 620463, 62046318, 6206 a u 62064000. Il-klassifika bħala sett wieħed hija eskluża skond in-nota 3(b) għall-Kapitolu 62, għaliex il-biċċtejn ħwejjeġ in kwistjoni m'humiex magħmulin mill-istess drapp. Il-klassifika bħala piġami hija eskluża, għaliex l-ilbies in kwistjoni, minħabba r-raġuni tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, mhux identifikabbli bħala li huwa maħsub biex li jintlibes esklussivament jew essenzalment bħala lbies ta' bil-lejl. | A)drapp kulurit minnu nnifsu (100 % polyester), b'għonq dejjaq stil ta' mandarin, bi skollatura parzjali li testendi miċ-ċentru ta'l-għonq sa l-abt tax-xellug u li tinqafel b'tal-lemin fuq tax-xellug permezz ta' buttuni u aċċetti. Il-buttuni kbar jikkonsistu fi drapp minsuġ irrumblat dejjaq. Marbuta fit-tarf tal-kmiem, ta'l-għonq u tal-fetħa ta' quddiem u ta' isfel. Il-bażi tal-libsa u t-truf tal-kmiem huma milwija u għandhom talji fil-ġnub. Il-libsa hija maqtugħa dritt u maħsuba biex tgħatti l-parti ta' fuq tal-ġisem sal-ġenbejn. Għandha disinn irrakkmat fuq qudddiem.(Bluża)(Ara r-ritratt Nru 632 A) | 62064000 | B)Libsa wiesgħa u ħafifa magħmula minn drapp stampat ta' nisġa leqqiena (199 % polyester), maħsuba biex tgħatti n-naħa ta' isfel tal-ġisem tibda mill-qadd u tasal sal-għekiesi, waqt li ddur ma kull riġel b'mod separat, maqtugħa għad-dritt. Għandha qadd elastikat bla fetħa u tkun marbuta n-naħa ta' isfel tar-riġel permezz ta' drapp bla disinn. It-truf tan-naħa tar-riġlejn huma maqtugħa għat-tond u għandhom fetħiet fil-ġnub.(Qliezet)(Sara r-ritratt Nru 632 B) | 62046318 | +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------