21.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10587 - BLACKSTONE / WARBURG PINCUS / INTRAFI GROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 31/09)

1.   

Fl-14 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Blackstone Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka, “Blackstone”),

—

Warburg Pincus LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka, “Warburg Pincus”),

—

Nexus Parent LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka, “IntraFi Group”), ikkontrollata minn Blackstone.

Blackstone u Warburg Pincus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ IntraFi Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Blackstone: ġestjoni tal-assi globali. Għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerka u għandha uffiċċji fl-Ewropa u fl-Asja. Blackstone hija kkwotata fil-Borża ta’ New York,

—

Warburg Pincus: kumpanija fi New York b’responsabbiltà limitata u tiġġestixxi l-fondi tal-ekwità privata ta’ Warburg Pincus. Hija kumpanija ta’ ekwità privata globali li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York,

—

IntraFi Group: fornitur ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi finanzjarji li toffri tqegħid ta’ depożiti u servizzi ta’ finanzjament bl-ingrossa lill-istituzzjonijiet finanzjarji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10587 – BLACKSTONE / WARBURG PINCUS / INTRAFI GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.