2007R1520 — MT — 22.07.2015 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1520/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 335 20.12.2007, p. 17) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2010 tat-2 ta' Diċembru 2010 |
L 317 |
9 |
3.12.2010 |
|
|
REGOLAMENT ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012 tal-5 ta’ Novembru 2012 |
L 307 |
56 |
7.11.2012 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/38 tat-13 ta' Jannar 2015 |
L 8 |
4 |
14.1.2015 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1053 tal-1 ta' Lulju 2015 |
L 171 |
8 |
2.7.2015 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1520/2007
tad-19 ta’ Diċembru 2007
dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem ( 1 ), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali. |
|
(2) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf imressqa skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament tressqu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif ipprovdut fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Saccharomyces cerevisiae (MUCL 39885) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-baqar imrobbija għall-ħalib, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 879/2004 ( 3 ). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu għal baqar imrobbija għall-ħalib. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(6) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għad-dundjani għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1801/2003 ( 4 ). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu, kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(7) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Enterococcus faecium (DSM 10663/NCIMB 10415) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-klieb mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 ( 5 ). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(8) |
L-użu tal-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu Lactobacillus acidophilus (D2/CSL CECT 4529) ġie awtorizzat provviżorjament għat-tiġieġ għall-bajd, għall-ewwel darba, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2154/2003 ( 6 ). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni tal-mikroorganiżmu, kif speċifikat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(9) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,4-beta-glucanase, EC 3.2.1.4 prodotta minn Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 142) ġie awtorizzat provviżorjament, għall-ewwel darba, għall-ħnienes, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 ( 7 ). Tressqet informazzjoni ġdida b’appoġġ għal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien. |
|
(10) |
Il-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet turi li ċerti proċeduri għandhom jiġu rikjesti sabiex il-ħaddiema jkunu mħarsa mill-espożizzjoni għall-addittivi stipulati fl-Annessi. Din il-protezzjoni għandha tiġi assigurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 8 ). |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
▼M1 —————
▼M4 —————
▼M3 —————
Artikolu 5
Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enzimi”, kif speċifikat fl-Anness V, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fl-għalf ta’ l-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
▼M1 —————
▼M4 —————
▼M3 —————
ANNESS V
|
Nru KE |
Addittiv |
Formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ |
||||||||
|
Enzimi |
||||||||
|
E 1616 |
Endo-1,4-beta-glucanase EC 3.2.1.4 |
Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-glucanase prodott minn Trichoderma longibrachiatum (IMI SD 142) li għandha attività minima ta’: Għamla solida: 2 000 CU (1)/g Għamla likwida: 2 000 CU/ml |
Ħnienes (miftuma) |
— |
350 CU |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting. 2. Doża rakkomandata għal kull kilogramma ta’ għalf sħiħ: 350-1 000 CU. 3. Għall-użu f’għalf kompost li fih ħafna polysaccharides li mhumiex tal-lamtu (fil-biċċa l-kbira betaglucans), eż. li fihom aktar minn 40 % xgħir. 4. Għall-ħnienes miftuma sa piż approssimattiv ta’ 35 kg. |
Mingħajr limitu ta’ żmien |
|
(1) 1 CU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 0 128 mikromoli ta’ zokkor riduttiv (ekwivalenti ta’ glukożju) minn beta-glucan tax-xgħir fil-minuta f’pH ta’ 4,5 u 30 °C. |
||||||||
( 1 ) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).
( 2 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
( 3 ) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 65.
( 4 ) ĠU L 264, 15.10.2003, p. 16.
( 5 ) ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).
( 6 ) ĠU L 324, 11.12.2003, p. 11.
( 7 ) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.
( 8 ) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).