|
13.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/20 |
Rettifika tar-Regolament (UE) 2019/630 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 111 tal-25 ta’ April 2019 )
Fil-paġna 8, fl-Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu ġdid 47a(6), il-parti introduttorja,
minflok:
“Ir-ripagament sħiħ u fil-ħin ma għandux jitqies li jkun probabbli sakemm id-debitur ma jkunx għamel pagamenti regolari u fil-ħin ta’ ammonti ekwivalenti għal wieħed minn dawn li ġejjin:”,
aqra:
“Ir-ripagament sħiħ u fil-ħin jista’ jitqies li jkun probabbli fejn id-debitur ikun għamel pagamenti regolari u fil-ħin ta’ ammonti ekwivalenti għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:”.