<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-447/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0447</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:265">EU:C:2022:265</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220407">7.4.2022</DATE> – Kawżi magħquda C‑447/20 u C‑448/20</HT></P><P>IFAP</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir‑Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220407">7 ta’ April 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95</KEYWORD><KEYWORD>Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni ġudizzjarja kontra l-irregolaritajiet</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ preskrizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Skadenza</KEYWORD><KEYWORD>Invokabbiltà fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru forzat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2)</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Bidu tad-dekorrenza</KEYWORD><KEYWORD>Interruzzjoni u sospensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑447/20 u C‑448/20,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjonijiet tal‑<DATE ISO="20200701">1 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">LM</HT> (C‑447/20),</P><P><HT TYPE="BOLD">BD,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Autoridade Tributária e Aduaneira</HT> (C‑448/20),</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tal-Awla, S. Rodin, J.‑C. Bonichot (Relatur), L. S. Rossi u O. Spineanu‑Matei, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Emiliou,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), minn J. Saraiva de Almeida u N. Domingues, advogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa u H. Almeida, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn E.‑E. Krompa, E. Leftheriotou, E. Tsaousi u K. Boskovits, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Baquero Cruz u B. Rechena, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat‑<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-[Unjoni] Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn l-Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) (l-Istitut għall-finanzjament tal-agrikoltura u tas-sajd IP (IFAP)) u LM (C‑447/20) kif ukoll BD u l-Autoridade Tributária e Aduaneira (l-Awtorità Fiskali u Doganali, il-Portugall) (C‑448/20) dwar l-irkupru forzat, permezz ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, ta’ għajnuna agrikola permezz ta’ programm kofinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tielet u r-raba’ premessa tar-Regolament Nru 2988/95 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>[…] atti li huma ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-[Unjoni] għandhom […] jiġu ribattuti fl-oqsma kollha;</P><P>[…] l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-[Unjoni] titlob li jiġu promulgati sett ta’ regoli legali komuni għall-oqsma kollha koperti mill-politika tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fi kliem l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-[Unjoni], qegħdin hawnhekk jiġu adottati regoli ġenerali fir-rigward ta’ verifiki omoġenji u miżuri amministrattivi u penali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-irregolaritajiet fir-rigward tal-liġi tal-[Unjoni].</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Irregolarità<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> għandha tfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi [tal-Unjoni] li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali [tal-Unjoni] jew il-budget mmexxi [minnha], jew billi jnaqqas jew jitlef id-dħul li jakkumula minn riżorsi tagħhom stess miġbura direttament għan-nom [tal-Unjoni], jew permezz ta’nefqa mhux ġustifikata.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, li jinsab fit-Titolu I tiegħu, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu tal-limitazzjoni għall-proċeduri għandu jkun ta’ erba’ snin minn meta l-irregolarità li ssir msemmija f’Artikolu 1(1) tkun ġiet kommessa. Madankollu, ir-regoli settorjali jistgħu jipprovdu għal perjodu iqsar li ma jistax ikun anqas minn tliet snin.</ALINEA><ALINEA>F’każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti, it-terminu tal-limitazjoni għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih tieqaf l-irregolarità. Fil-każ tal-programmi multiannwi, it-terminu tal-limitazzjoni għandu f’kull każ jibqa’ jiddekorri sakemm il-programm jitwaqqaf definittivament.</ALINEA><ALINEA>It-terminu tal-limitazjoni għandu jiġi interrott bi kwalsiasi att ta’ l-awtorità kompetenti, notifikat lill-persuna in kwestjoni, li jkollha x’taqsam ma’ l-investigazzjoni jew proċeduri legali dwar l-irregolarità. It-terminu għandu jibda jiddekorri mill-ġdid wara kull att li jinterrompih.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, il-limitazzjoni għandha ssir effettiva mhux aktar tard mil-jum li fih perjodu li jkun id-doppju tal-perjodu tat-terminu jiskadi mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun imponiet penali, ħlief fejn il-proċedura amministrattiva tkun ġiet sospiża skond Artikolu 6(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perjodu għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-piena amministrattiva għandu jkun ta’ tliet snin. Dak il-perjodu għandu jibda jiddekorri mill-jum li fih id-deċiżjoni ssir finali.</ALINEA><ALINEA>Każijiet ta’ interruzzjoni u sospensjoni għandhom jiġu rregolati permezz tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibilità li japplikaw perjodu li jkun itwal minn dak li hemm provdut fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-Titolu II tal-istess regolament jinkludi regoli dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>miżuri amministrattivi u l-penali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, b’mod partikolari fl-Artikolu 4 tiegħu li jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala regola ġenerali, kull irregolarità għandha tinvolvi l-irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod skorrett:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-irtirar tal-vantaġġ miksub kif ukoll, fejn ikun hemm hekk provdut, l-imgħax li jista’ jiġi stabbilit abbażi ta’ rata fissa.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri kif hemm provdut f’dan l-Artikolu m’għandhomx jitqiesu bħala penali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Portugiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Decreto‑Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 163 A/2000 (id-Digriet‑Liġi 163‑A/2000) tas‑<DATE ISO="20000727">27 ta’ Lulju 2000</DATE> (Diário da República I, Serje I‑A, Nru 172, tas‑<DATE ISO="20000727">27 ta’ Lulju 2000</DATE>), li jistabbilixxi, b’mod partikolari, ir-regoli ġenerali ta’ applikazzjoni tal-programm operattiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Agrikoltura u żvilupp rurali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jiddisponi fl-Artikolu 11(1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-[IFAP] tista’ xxolji unilateralment il-kuntratt f’każ ta’ nuqqas min-naħa tal-benefiċjarju ta’ wieħed mill-obbligi tiegħu jew fil-każ ta’ nuqqas jew ta’ assenza, imputabbli lill-benefiċjarju, ta’ waħda mill-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 ta’ dan id-Digriet‑Liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Rimborsi tal-għajnuna u tal-ispejjeż<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt mill-[IFAP], il-benefiċjarju għandu l-obbligu li jirrimborsa s-somom riċevuti bħala għajnuna, flimkien mal-interessi kkalkolati bir-rata legali mid-data li fiha dawn is-somom tqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu, bla ħsara għal sanzjonijiet oħra previsti mil-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rimbors previst fil-paragrafu preċedenti għandu jsir fi żmien [ħmistax]‑il jum wara l-komunikazzjoni tax-xoljiment, fejn il-benefiċjarju jkun espressament avżat għal dan il-għan.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 tal-imsemmi digriet‑liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Iċ-ċertifikat ta’ dejn maħruġ mill-[IFAP] jikkostitwixxi titolu eżekuttiv.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Código do Procedimento Administrativo (il-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>CPA<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), jipprevedi fl-Artikolu 163 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Atti annullabbli u sistema li twassal għal annullament<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="163.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-atti amministrattivi li jiksru prinċipji jew dispożizzjonijiet legali oħra applikabbli li għalihom ebda sanzjoni oħra ma hija prevista fil-każ ta’ ksur jistgħu jiġu annullati.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="163.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-atti annullabbli jistgħu jiġu kkontestati quddiem l-amministrazzjoni nnifisha jew quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, fit-termini previsti mil-liġi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 179 taċ-CPA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Eżekuzzjoni ta’ obbligi pekunjarji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="179.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta, bis-saħħa ta’ att amministrattiv, għandhom jingħataw benefiċċji finanzjarji lil persuna ġuridika pubblika jew fuq ordni ta’ din tal-aħħar, għandu jsir riferiment, fin-nuqqas ta’ ħlas volontarju fit-terminu mogħti, għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-proċedura fiskali.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="179.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, il-korp kompetenti għandu jagħti, konformement mad-dispożizzjonijiet legali, ċertifikat li għandu l-valur ta’ titolu eżekuttiv li huwa għandu jibgħat lid-dipartiment kompetenti tal-amministrazzjoni fiskali mal-fajl amministrattiv.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 58(1) tal-Código do Processo nos Tribunais Administrativos (il-Kodiċi tal-Proċedura tal-Qrati Amministrattivi), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>CPTA<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, il-kontestazzjoni tal-atti nulli ma għandha tkun suġġetta għal ebda terminu u dik tal-atti li jistgħu jiġu annullati għandha ssir f’terminu ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>sena, meta tiġi ppreżentata mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tliet xhur, fil-każijiet l-oħra kollha.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 59(2) taċ-CPTA huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>It-terminu ta’ kontestazzjoni għad-dispożizzjoni tad-destinatarji tal-att amministrattiv li lilu għandu jiġi nnotifikat jibda jiddekorri biss mid-data tan-notifika lill-persuna kkonċernata jew, meta din tkun għażlet il-metodu ta’ rappreżentazzjoni fil-proċedura, lill-mandatarju tagħha, jew mid-data tal-aħħar notifika jekk l-att ikun ġie nnotifikat lill-persuna kkonċernata u lir-rappreżentant tagħha, anki jekk l-att kien ippubblikat b’mod obbligatorju.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Código de Procedimento e de Processo Tributário (il-Kodiċi ta’ Proċedura u tal-Kontenzjuż Fiskali), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawżi prinċipali (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>CPPT<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), jipprevedi, fl-Artikolu 148(2) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Jistgħu wkoll jiġu rkuprati mill-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, fil-każijiet u fit-termini espressament previsti mil-liġi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-djun l-oħra fir-rigward tal-Istat u ta’ persuni ġuridiċi oħra rregolati mid-dritt pubbliku li għandhom jitħallsu skont att amministrattiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rimborsi jew okkorrenzi mill-ġdid.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 204 ta’ dan il-kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Raġunijiet għall-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="204.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-oppożizzjoni tista’ tkun ibbażata biss fuq waħda mir-raġunijiet li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>d) il-preskrizzjoni tad-dejn li huwa s-suġġett tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Id-Decreto‑Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 155/92 (id-Digriet‑Liġi Nru 155/92) tat‑<DATE ISO="19920728">28 ta’ Lulju 1992</DATE> (Diário da República I, Serje I‑A, Nru 172 tat‑<DATE ISO="19920728">28 ta’ Lulju 1992</DATE>), jipprevedi fl-Artikolu 40(2) tiegħu, f’dak li jirrigwarda l-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-preskrizzjoni tad-dejn, fir-rigward ta’ dejn li għandu jsegwi s-sistema legali applikabbli għad-djun fil-konfront tal-Istat li ma humiex ta’ natura fiskali, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>t-terminu ta’ preskrizzjoni huwa interrott u sospiż taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-preskrizzjoni ċivili<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 323 tal-Código Civil (il-Kodiċi Ċivili) jiddisponi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>l-preskrizzjoni hija interrotta permezz ta’ ordni jew ta’ notifika ġudizzjarja ta’ kwalunkwe att li jesprimi, direttament jew indirettament, l-intenzjoni li jsir użu minn dan id-dritt, tkun xi tkun il-proċedura li fiha jaqa’ dan l-att u anki jekk il-qorti ma għandhiex ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawżi prinċipali, id‑domandi preliminari u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatti fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑447/20, mid-deċiżjoni tar-rinviju f’din il-kawża jirriżulta li, fit‑<DATE ISO="20020213">13 ta’ Frar 2002</DATE>, l-IFAP, entità amministrattiva awtonoma, u LM ikkonkludew kuntratt intiż għall-għoti ta’ għajnuna taħt programm ikkofinanzjat mill-FAEGG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li LM ipproċeda, mingħajr awtorizzazzjoni, għall-modifika tal-investiment approvat. Id-data ta’ din il-modifika ma hijiex magħrufa. Skont LM, l-irregolarità fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt seħħet fil‑<DATE ISO="20020215">15 ta’ Frar 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Iktar minn erba’ snin wara, fis‑<DATE ISO="20060226">26 ta’ Frar 2006</DATE>, l-IFAP bagħat ittra lil LM li minnha jirriżulta li kellu l-intenzjoni jirrevedi l-ammont tal-għajnuna mogħtija lil dan tal-aħħar. Konferma ta’ rċevuta ta’ din l-ittra ġiet iffirmata minn LM fl‑<DATE ISO="20060301">1 ta’ Marzu 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Iktar minn ħames snin wara, permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20110623">23 ta’ Ġunju 2011</DATE>, l-IFAP informa lil LM bid-deċiżjoni tiegħu li jeżiġi r-rimbors tal-għajnuna finanzjarja mogħtija fit‑<DATE ISO="20020213">13 ta’ Frar 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20120808">8 ta’ Awwissu 2012</DATE>, inbdiet proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa kontra LM intiża għall-irkupru tas-somom imħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Adita b’oppożizzjoni mressqa minn LM kontra l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, it-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Porto, il-Portugall), permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20181023">23 ta’ Ottubru 2018</DATE>, laqgħet din l-oppożizzjoni minħabba li t-terminu li jillimita l-azzjoni ġudizzjarja għall-irregolarità inkwistjoni kien skada.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatti fil-kawża prinċipali fil-Kawża C‑448/20, mid-deċiżjoni tar-rinviju f’din il-kawża jirriżulta li, permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, l-IFAP informa lil BD li kkonstata irregolaritajiet fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ allokazzjoni ta’ għajnuna abbażi tal-programmi operattivi reġjonali, konkluż fl‑<DATE ISO="20040420">20 ta’ April 2004</DATE>, u li dawn l-irregolaritajiet seħħew f’data qabel il‑<DATE ISO="20041231">31 ta’ Diċembru 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20061220">20 ta’ Diċembru 2006</DATE>, BD ressaq ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Iktar minn erba’ snin wara, permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, BD ġie nnotifikat bid-deċiżjoni tal-IFAP li xxolji unilateralment il-kuntratt ta’ allokazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni u li teżiġi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Iktar minn erba’ snin wara, fis‑<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali bdiet proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa kontra BD abbażi ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ċertifikat ta’ dejn<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, maħruġ fl‑<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE> mill-IFAP, li jservi bħala titolu eżekuttiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Adita b’oppożizzjoni mressqa minn BD kontra l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa, it-Tribunal Administrativo e Fiscal de Mirandela (il-Qorti Amministrattiva u Fiskali ta’ Mirandela, il-Portugall), permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20180416">16 ta’ April 2018</DATE>, laqgħet din l-oppożizzjoni għar-raġuni li t-terminu għat-tressiq ta’ azzjoni ġudizzjarja, ta’ tul ta’ erba’ snin, li kien beda jiddekorri fit‑<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, kien skada.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-IFAP ippreżenta rikorsi kontra s-sentenzi msemmija fil-punti 23 u 28 ta’ din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Mid-deċiżjonijiet tar-rinviju f’dawn il-kawżi jirriżulta li, f’dan il-każ, l-IFAP adotta deċiżjonijiet ta’ rkupru li permezz tagħhom obbliga lil LM u lil BD jirrimborsaw għajnuna indebitament riċevuta. Peress li dawn id-deċiżjonijiet ma ġewx ikkontestati fi żmien xieraq quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, dawn id-deċiżjonijiet saru definittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru, id-dritt Portugiż jippermetti lill-IFAP li jirrikorri għal proċedura ġudizzjarja, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>eżekuzzjoni tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. F’dan il-kuntest, LM u BD ressqu oppożizzjoni kontra l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni tat-taxxa billi sostnew li d-deċiżjonijiet ta’ rkupru li ġew indirizzati lilhom kienu ġew adottati wara l-preskrizzjoni ta’ azzjonijiet amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, għandu għalhekk jiġi ddeterminat jekk l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni tat-taxxa tikkostitwixxix il-mezz proċedurali adegwat sabiex tittieħed konjizzjoni tal-preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja prevista fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, u, fl-affermattiv, li jiġi ddeterminat it-terminu applikabbli għal din il-preskrizzjoni kif ukoll ir-regoli ta’ kalkolu tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din il-qorti tenfasizza li l-proċess li hija għandha fih lakuni b’tali mod li l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni ma jistax jiġi ddeterminat bi preċiżjoni. Hija tindika wkoll li hija tinjora jekk l-IFAP adottax atti differenti minn dawk imsemmija iktar ’il fuq li setgħu jinterrompu l-preskrizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni tat-taxxa ma tistax tkun ibbażata fuq il-preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja, għandu jiġi interpretat l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, li jipprevedi terminu li jillimita l-possibbiltà li wieħed jipproċedi għall-irkupru forzat tas-somom imħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-portata tad-dritt Portugiż, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni tat-taxxa tippermetti li tiġi invokata l-preskrizzjoni tad-dejn, li jimplika li għandu jiġi vverifikat jekk it-terminu mogħti lill-kreditur sabiex jeżiġi validament mingħand id-debitur il-ħlas ta’ dejn ikkostitwit b’mod regolari skadiex jew le. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jirregola t-terminu ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-azzjonijiet ġudizzjarji għall-adozzjoni eventwali ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’ għajnuna riċevuta indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li, fil-fehma tagħha, it-terminu ta’ tliet snin, previst fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament għall-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjonijiet, ma huwiex magħdud fit-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja, imsemmi fil-paragrafu 1 tal-istess artikolu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-qorti tirrileva li deċiżjoni ta’ rkupru għandha tiġi kkontestata b’mod kontenzjuż fit-terminu previst għal dan il-għan. Huwa biss f’dan il-kuntest li d-dritt Portugiż jippermetti li jiġu invokati l-illegalitajiet li bihom hija vvizzjata din id-deċiżjoni, inkluż, b’mod partikolari, il-preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja. L-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni tat-taxxa tippermetti li tingħata deċiżjoni biss fuq il-preskrizzjoni tad-dejn u mhux fuq il-preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-imsemmija qorti, l-iskadenza tat-termini previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 tista’ twassal għall-ineżiġibbiltà ta’ kreditu li jirriżulta minn għajnuna indebitament riċevuta. Għalhekk, hija tixtieq tkun taf jekk id-dispożizzjonijiet tad-dritt Portugiż, li jipprovdu li l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni tat-taxxa ma tistax tkun ibbażata fuq il-preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tirrileva li d-dritt Portugiż jipprevedi li t-terminu applikabbli għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru jibda jiddekorri mill-adozzjoni tagħha, filwaqt li l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jirrigwarda d-data li fiha din id-deċiżjoni ssir finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ma huwiex ċert li l-każijiet ta’ interruzzjoni u ta’ sospensjoni ta’ dan it-terminu, previsti mid-dritt Portugiż, huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 2988/95. Fil-fatt, l-ordni tal-persuna kkonċernata fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tinterrompi t-terminu ta’ eżekuzzjoni li miegħu għandhom jiżdiedu l-perijodi ta’ sospensjoni fil-każ ta’ lment, ta’ kontestazzjoni, ta’ rikors jew ta’ oppożizzjoni meta dawn l-atti proċedurali jwasslu għas-sospensjoni tal-irkupru tad-dejn. Tali sospensjoni tkompli sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva li ttemm il-proċedura ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, ifformulati b’mod identiku f’kull waħda minn dawn iż-żewġ kawżi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li l-oneru ta’ kontestazzjoni ġudizzjarja, quddiem qorti kompetenti, tal-att li jiddetermina r-rimbors tal-ammonti rċevuti indebitament wara li tkun ġiet ivverifikata irregolarità, jaqa’ fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna, bir-riskju li […] n-nuqqas ta’ kontestazzjoni fil-ħin ta’ dan l-att (jiġifieri fil-każ li l-benefiċjarju ma jeżerċitax, fil-ħin, il-mezzi ta’ difiża mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mid-dritt intern) jiddetermina li dan ma jistax jiġi kkontestat, u, konsegwentement, li jintalab ir-rimbors tal-ammont imħallas indebitament konformement mar-regoli u t-termini tad-dritt nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li l-benefiċjarju tal-għajnuna finanzjarja ma jistax jinvoka d-dekorriment tat-terminu ta’ 4 jew 8 snin fi proċedura ġudizzjarja ta’ ġbir forzat imressqa kontrih sabiex tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni f’azzjoni ta’ kontestazzjoni tal-att li jiddetermina r-rimbors tal-ammonti rċevuti indebitament minħabba li seħħet irregolarità?</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal dawn id-domandi[, i]t-terminu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jitqies bħala terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi l-ħlas lura tal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament? Barra minn hekk, dan għandu jibda jiddekorri mid-data ta’ adozzjoni tal-att?</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 [jipprekludi] soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li t-terminu ta’ tliet snin għall-preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi r-rimborstal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament jibda jiddekorri mill-adozzjoni ta’ dan l-att u jiġi interrott bl-ordni għall-ġbir forzat ta’ dawn l-ammonti, fejn jibqa’ sospiż inkwantu ma tkunx ingħatat deċiżjoni definittiva jew li tkun saret res judicata, li ttemm il-proċedura, fil-każijiet ta’ lment, kontestazzjoni, rikors jew oppożizzjoni, meta dawn jirriżultaw fis-sospensjoni tal-ġbir tad-dejn?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas‑<DATE ISO="20201027">27 ta’ Ottubru 2020</DATE>, il-Kawżi C‑447/20 u C‑448/20 ingħaqdu flimkien għall-finijiet tal-fażi bil-miktub u tal-fażi orali tal-proċedura, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20210916">16 ta’ Settembru 2021</DATE>, ir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja bagħat lill-qorti tar-rinviju talba għal kjarifiki. B’risposta għal din it-talba, il-qorti tar-rinviju indikat, minn naħa, f’dak li jirrigwarda l-punt ta’ tluq tat-terminu previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, li mill-Artikolu 160 taċ-CPA jirriżulta li d-deċiżjoni li timponi sanzjoni ssir definittiva (effikaċi) mid-data tan-notifika tagħha. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-każijiet ta’ interruzzjoni u ta’ sospensjoni ta’ dan it-terminu, hija affermat li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>fir-rigward ta’ dejn li għandu jsegwi s-sistema legali applikabbli għad-djun fil-konfront tal-Istat li ma humiex ta’ natura fiskali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, mid-dritt Portugiż jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>t-terminu ta’ preskrizzjoni huwa interrott u sospiż taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-preskrizzjoni ċivili<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>jirriżulta wkoll mid-dritt ċivili, applikabbli f’dan il-każ, li ma jeżistux raġunijiet għas-sospensjoni ta’ dan it-terminu ta’ preskrizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, filwaqt li tikkonferma li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>l-preskrizzjoni hija interrotta permezz ta’ ordni jew notifika ġudizzjarja ta’ att<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel u t‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’ somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ din id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax iktar jopponi l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jintroduċi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>regoli ġenerali fir-rigward ta’ verifiki omoġenji u miżuri amministrattivi u penali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-irregolaritajiet fir-rigward tal-liġi tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, u dan, kif ukoll jirriżulta mit-tielet premessa ta’<?PAGE NO="10"?> dan ir-regolament, bil-għan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>li [dak li huwa] ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-[Unjoni] għandhom […] jiġu ribattuti fl-oqsma kollha<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Handlbauer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pfeifer &amp; Langen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:381">EU:C:2015:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill‑Artikolu 4(1) ta’ dan ir‑regolament, dawn il‑miżuri amministrattivi jistgħu jkunu, bħalma huwa l‑każ fil‑kawża prinċipali, l‑irtirar tal-vantaġġ miksub b’mod indebitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 3(1) tar‑Regolament Nru 2988/95 jistabbilixxi, fil‑qasam tal‑azzjoni ġudizzjarja, terminu ta’ preskrizzjoni li japplika, b’mod partikolari, fir‑rigward ta’ tali miżuri amministrattivi u li jiddekorri minn meta ssir l‑irregolarità, b’din tal-aħħar, skont l‑Artikolu 1(2) tal‑istess regolament, tkopri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>kull ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi [tal-Unjoni] li jirriżulta minn att jew nuqqas ta’ operatur ekonomiku, li għandu, jew li jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-budget ġenerali [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Corman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:825">EU:C:2010:825</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Billi adotta r-Regolament Nru 2988/95, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni ddeċieda li jistabbilixxi regola ġenerali ta’ preskrizzjoni applikabbli fil-qasam u li permezz tagħha huwa kellu l-intenzjoni, minn naħa, li jiddefinixxi terminu minimu applikat fl-Istati Membri kollha u, min-naħa l-oħra, li jirrinunzja għall-possibbiltà li jinbdew proċeduri kontra irregolarità li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea wara li jkun għadda perijodu ta’ erba’ snin minn meta sseħħ din l-irregolarità (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2988/95, kull irregolarità li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista’, bħala prinċipju u minbarra f’dawk is-setturi fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa terminu iqsar, tkun is-suġġett ta’ proċeduri mressqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f’terminu ta’ erba’ snin (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li t-terminu msemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 huwa intiż sabiex jiżgura ċ-ċertezza legali tal-operaturi ekonomiċi. Fil-fatt, dawn għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw, fost l-operazzjonijiet tagħhom, dawk li huma definittivament akkwistati u dawk li għadhom jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pfeifer &amp; Langen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:381">EU:C:2015:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tagħti dritt lill-operaturi ekonomiċi, li jimplika li huma għandhom ikunu jistgħu jinvokaw il-preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja relatata ma’ irregolarità sabiex jopponu l-applikazzjoni, fir-rigward tagħhom, ta’ miżuri u ta’ sanzjonijiet amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 2988/95 la jiddetermina r-rimedji legali disponibbli sabiex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet li jimponu miżuri u sanzjonijiet amministrattivi, u lanqas il-qrati kompetenti sabiex jieħdu konjizzjoni tagħhom u lanqas ma jipprevedi terminu ta’ dekadenza jew ta’ preskrizzjoni li fl-iskadenza tiegħu dawn id-deċiżjonijiet, fin-nuqqas ta’ kontestazzjoni quddiem il-qorti kompetenti, jiksbu natura definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru għandu jindika l-qrati kompetenti u jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rikorsi intiżi sabiex jiggarantixxu l-ħarsien tad-drittijiet li l-partijiet fil-kawża għandhom b’riżultat tad-dritt tal-Unjoni, sakemm, minn naħa, dawn il-modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li<?PAGE NO="11"?> jikkonċernaw rikorsi simili ta’ natura nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u, min-naħa l-oħra, ma jrendux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittjiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kempter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:78">EU:C:2008:78</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ebda element li jinsab fid-deċiżjonijiet tar-rinviju ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li t-terminu ta’ tliet xhur, previst fl-Artikolu 58(1) taċ-CPTA, sabiex jikkontesta deċiżjoni amministrattiva, bħad-deċiżjonijiet ta’ rkupru kkontestati, b’mod inċidentali, fil-kawżi prinċipali, imur kontra l-prinċipju ta’ ekwivalenza, fatt li għandu, madankollu, jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li l-iffissar ta’ termini raġonevoli għall-preżentata ta’ rikorsi taħt piena ta’ dekadenza jissodisfa, bħala prinċipju, ir-rekwiżit ta’ effettività, sa fejn din tikkostitwixxi applikazzjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ ċertezza legali. Fil-fatt, tali termini ma humiex ta’ natura li jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, anki jekk, bħala prinċipju, id-dekorriment ta’ dawn it-termini jagħti lok għaċ-ċaħda, totali jew parzjali, tal-azzjoni ġudizzjarja mibdija (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Kempter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑2/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:78">EU:C:2008:78</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190214">14 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Nestrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑562/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:115">EU:C:2019:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, huma l-Istati Membri li għandhom, fir-rigward tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jiddeterminaw it-termini filwaqt li jqisu, b’mod partikolari, l-importanza għall-persuni kkonċernati tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu, il-kumplessità tal-proċeduri u tal-leġiżlazzjoni li għandha tiġi applikata, in-numru ta’ persuni li jistgħu jkunu kkonċernati u l-interessi pubbliċi jew privati l-oħra li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. Bla ħsara għal din il-kundizzjoni, l-Istati Membri huma fil-libertà li jistabbilixxu termini itwal jew iqsar (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>TDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑327/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:974">EU:C:2016:974</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikolu 58(1) u l-Artikolu 59(2) taċ-CPTA, li jipprevedu li d-destinatarju ta’ deċiżjoni amministrattiva, bħad-deċiżjonijiet ta’ rkupru kkontestati, b’mod inċidentali, fil-kawżi prinċipali, għandu terminu ta’ tliet xhur min-notifika tal-imsemmija deċiżjoni sabiex jikkontestaha, taħt piena ta’ dekadenza, ma jidhrux li jmorru kontra l-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali terminu huwa ta’ natura raġonevoli peress li jippermetti lil parti kkonċernata tevalwa jekk ikunux jeżistu raġunijiet sabiex tikkontesta d-deċiżjoni li tikkonċernaha u, jekk ikun il-każ, li tipprepara r-rikors kontra din tal-aħħar. Barra minn hekk, il-punt tat-tluq sa min-notifika tal-att jiggarantixxi li l-persuna kkonċernata ma tkunx tinsab f’sitwazzjoni fejn dan it-terminu jkun għadda mingħajr ma tkun saret taf bl-adozzjoni tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tar-rimedji ġudizzjarji li jippermettu li jiġu kkontestati deċiżjonijiet amministrattivi bħad-deċiżjonijiet ta’ rkupru kkontestati, b’mod inċidentali, fil-kawżi prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li, bħala prinċipju, obbligu li tindirizza lill-qorti amministrattiva kompetenti, bħal dak previst fl-Artikolu 163(3) taċ-CPA, ma jmurx kontra l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, iżda jikkostitwixxi l-eżerċizzju leġittimu tal-awtonomija proċedurali<?PAGE NO="12"?> tal-Istati Membri. B’mod partikolari, tali obbligu ma jistax, fih innifsu, jagħmel prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li l-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu bħala korollarju tiegħu l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u jeżiġi, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari u preċiżi u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għall-partijiet fil-kawża (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960215">15 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>Duff <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑63/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:51">EU:C:1996:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-każ, bla ħsara għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, ma jidhirx, b’mod partikolari, li d-dritt Portugiż ma jippermettix lill-partijiet fil-kawża, destinatarji ta’ deċiżjoni amministrattiva, jiddeterminaw bi preċiżjoni l-qorti kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikorsi kontra tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’ somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ din id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax iktar jopponi l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel parti tat‑tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-iskadenza tat-terminu li huwa jipprevedi twassal għall-preskrizzjoni tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑kamp ta’ applikazzjoni tal‑Artikolu 3(2) tar‑Regolament Nru 2988/95</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, skont il-kliem tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, it-terminu għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>sanzjoni amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> huwa ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt 46 ta’ din is-sentenza, id-deċiżjonijiet nazzjonali li għandhom jiġu eżegwiti ma jagħtux sanzjoni, iżda jimponu miżura amministrattiva, jiġifieri l-irkupru tal-għajnuna indebitament mogħtija. Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 japplikax ukoll fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hemm lok li jiġi kkunsidrat mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sodiaal International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kuntest tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, għandu jitfakkar li, skont il-formulazzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, huwa previst l-għoti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>sanzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, li tista’ tindika li dan is-subparagrafu japplika biss għal azzjonijiet ġudizzjarji kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva, fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sodiaal International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din l-analiżi testwali ma hijiex konklużiva u li, fid-dawl tal-istruttura kif ukoll tal-għan tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet ġudizzjarji li huwa jipprevedi huwa applikabbli kemm għall-irregolaritajiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva, fis-sens tal-Artikolu 5 tiegħu, kif ukoll għal irregolaritajiet, bħal dawk invokati insostenn tar-rikorsi fil-kawża prinċipali, li huma s-suġġett ta’ miżura amministrattiva li tikkonsisti fl-irtirar tal-vantaġġ miksub indebitament, konformement mal-imsemmi Artikolu 4. Minn dan isegwi li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, ma hemmx lok li ssir distinzjoni bejn sanzjoni amministrattiva u miżura amministrattiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sodiaal International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni tapplika wkoll f’dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 jidher fl-ewwel titolu tiegħu, li jirregola l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> tal-applikazzjoni tiegħu. Dan l-artikolu huwa għalhekk intiż li japplika għall-istrumenti kollha previsti fit-Titolu II tal-imsemmi regolament, jiġifieri l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li l-għan tal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 huwa l-istess, jiġifieri l-istabbiliment tar-regoli dwar it-termini li japplikaw għall-azzjonijiet ġudizzjarji kontra irregolaritajiet u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet li jiġu adottati jekk ikun il-każ, fi tmiemhom, u dan jimmilita favur interpretazzjoni koerenti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95, li tgħid li, fil-paragrafu 2 tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni limita ruħu li jiffissa t-terminu ta’ eżekuzzjoni biss tad-deċiżjonijiet li jimponu sanzjoni amministrattiva, filwaqt li, fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, huwa stabbilixxa r-regoli ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-azzjonijiet ġudizzjarji li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet li jimponu mhux biss tali sanzjonijiet, iżda wkoll miżuri amministrattivi, hija inkoerenti. Dan iwassal sabiex huwa biss it-terminu ta’ eżekuzzjoni tal-miżuri amministrattivi li ma jkunx iddeterminat mid-dritt tal-Unjoni, fatt li jmur kontra l-għan tal-imsemmi Artikolu 3 kif ukoll tal-istruttura ġenerali tas-sistema ta’ preskrizzjoni li dan tal-aħħar stabbilixxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sodiaal International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li t-termini ta’ preskrizzjoni previsti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 ikopru kemm id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw sanzjonijiet amministrattivi kif ukoll dawk li jirrigwardaw miżuri amministrattivi, għandu jiġi kkunsidrat, sabiex tiġi żgurata l-koerenza tas-sistema ta’ preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, li t-terminu ta’ eżekuzzjoni msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jkopri wkoll dawn iż-żewġ tipi ta’ deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li mill-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament jirriżulta li s-sanzjonijiet imsemmija fih jikkonċernaw l-irregolaritajiet intenzjonati jew ikkawżati minn negliġenza, li jikkostitwixxu, bħala prinċipju, irregolaritajiet partikolarment gravi. Issa, ikun inkoerenti jekk l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi terminu ta’ eżekuzzjoni biss għad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw tali sanzjonijiet u mhux għad-deċiżjonijiet li jirrigwardaw miżuri amministrattivi, previsti fl-Artikolu 4 tal-istess regolament, li huma wkoll applikabbli għal każijiet ta’ irregolaritajiet inqas serji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-għan tar-Regolament Nru 2988/95, għandu jiġi rrilevat li jimponi wkoll interpretazzjoni uniformi tal-Artikolu 3(1) u (2) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, kif imfakkar fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, ir-Regolament Nru 2988/95 jintroduċi konformement mal-Artikolu 1 tiegħu regoli ġenerali fir-rigward ta’ verifiki omoġenji u miżuri amministrattivi u penali li għandhom x’jaqsmu mal-irregolaritajiet fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, u dan, kif ukoll jirriżulta mit-tielet premessa ta’ dan ir-regolament, bil-għan li jiġi missielet dak kollu li huwa ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-imsemmi regolament jipprovdi, permezz tal-Artikolu 3 tiegħu, qafas koerenti għas-sistema ta’ preskrizzjoni (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Sodaal International,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑383/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:541">EU:C:2015:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).Tali qafas koerenti jikkontribwixxi għall-effikaċja tal-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li, kif jirriżulta mir-raba’ premessa tal-istess regolament, jirrikjedi l-implimentazzjoni ta’ kuntest ġuridiku komuni għall-oqsma kollha koperti mill-politika tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-koerenza ta’ tali sistema teħtieġ li ma tingħatax interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 iktar ristretta minn dik tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif tfakkar fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, it-terminu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu huwa intiż sabiex jiżgura ċ-ċertezza legali tal-operaturi ekonomiċi. Dawn għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw, minn fost l-operazzjonijiet tagħhom, dawk li huma definittivament magħluqa u dawk li għadhom suġġetti għal azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu jsegwi l-istess għan ta’ ċertezza legali. Għalhekk, dan jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiddeterminaw jekk deċiżjoni adottata wara azzjonijiet ġudizzjarji mibdija kontra irregolarità għadhiex tista’ tiġi eżegwita. Fid-dawl ta’ dan l-għan, l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li tgħid li għandha ssir distinzjoni bejn id-deċiżjonijiet li jimponu miżuri amministrattivi u dawk li jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-applikabbiltà tat-terminu ta’ eżekuzzjoni, hija artifiċjali u ma tistax tiġi ġġustifikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Hemm lok, ukoll, li jiġi rrilevat li l-fatt li jiġi kkunsidrat li t-termini minimi msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament Nru 2988/95, li t-tul tagħhom huwa, bħala prinċipju, suffiċjenti sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jipproċedu kontra irregolarità li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cruz &amp; Companhia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2230">EU:C:2014:2230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), japplikaw kemm għad-deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi kif ukoll għal dawk relatati mas-sanzjonijiet amministrattivi, jikkontribwixxi sabiex jiġi żgurat l-obbligu ġenerali ta’ diliġenza li għandha l-amministrazzjoni nazzjonali fil-verifika tar-regolarità tal-ħlasijiet li hija twettaq u li<?PAGE NO="15"?> huma ta’ piż fuq il-baġit tal-Unjoni, li jimplika li din għandha tieħu l-miżuri intiżi sabiex jirrimedjaw l-irregolaritajiet bil-ħeffa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pfeifer &amp; Langen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:381">EU:C:2015:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 2988/95, li jipprevedi li l-miżuri amministrattivi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>m’għandhomx jitqiesu bħala penali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, għandu jiġi rrilevat li din il-preċiżazzjoni hija intiża biss sabiex tenfasizza l-assenza ta’ natura repressiva tal-miżuri amministrattivi sa fejn dawn iwasslu biss għall-irtirar ta’ vantaġġ miksub indebitament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160526">26 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Județul Neamț u Județul Bacău</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑260/14 u C‑261/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:360">EU:C:2016:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għall-kuntrarju, din ma hijiex ta’ natura li tiġġustifika differenza fit-trattament tal-miżuri u tas-sanzjonijiet amministrattivi fid-dawl tat-termini previsti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, peress li dawn iż-żewġ strumenti jistgħu jippreġudikaw l-assi tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jirrigwarda kemm is-sanzjonijiet amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll il-miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament, li jistgħu jittieħdu bil-għan li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑effetti tal‑iskadenza tat‑terminu previst fl‑Artikolu 3(2) tar‑Regolament Nru 2988/95</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-domanda magħmula, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar in-natura tat-terminu previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95. Għalhekk, hija tfittex li tiddetermina jekk il-konvenuti fil-kawża prinċipali jistgħux jopponu l-eżekuzzjoni forzata tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru li ġew indirizzati lilhom. Skont il-qorti tar-rinviju, kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi li l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 twassal għall-preskrizzjoni tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ dawn id-deċiżjonijiet, il-konvenuti fil-kawża prinċipali jkollhom, abbażi tad-dritt Portugiż, raġuni ta’ oppożizzjoni għall-irkupru forzat tad-dejn inkwistjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju ma għamlitx riferiment għal dispożizzjoni li tipprovdi li, fid-dritt Portugiż, huwa possibbli li jiġi applikat terminu ta’ eżekuzzjoni itwal minn dak stabbilit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, konformement mal-possibbiltà li għandhom l-Istati Membri skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Dan premess, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-eżami tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, dan jipprovdi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet li jimponu miżura jew sanzjoni amministrattiva huwa ta’ tliet snin. Minn dan isegwi li, bla ħsara għall-possibbiltà li għandhom l-Istati Membri skont l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-regolament, wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, tali deċiżjonijiet ma jistgħux jiġu eżegwiti iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod speċifiku ta’ deċiżjoni li tinkludi miżura amministrattiva li tobbliga lid-destinatarju tagħha jirrimborsa somma rċevuta indebitament, l-iskadenza tal-imsemmi terminu għandha bħala konsegwenza li s-somma kkonċernata ma tistax iktar tiġi rkuprata permezz tal-eżekuzzjoni forzata. Jekk ikun il-każ, id-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni jista’ għalhekk jopponi l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-assenza eventwali ta’ raġuni ta’ oppożizzjoni prevista mid-dritt ta’ Stat Membru f’każ bħal dan ma tistax tipprekludi lid-destinatarju ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament milli jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fil-fatt, minħabba n-natura tagħhom kif ukoll il-funzjoni tagħhom fis-sistema tas-sorsi tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ regolament għandhom, b’mod ġenerali, effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Handlbauer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGS Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:648">EU:C:2010:648</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Madankollu, uħud minn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jeħtieġu, għall-implimentazzjoni tagħhom, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ applikazzjoni mill-Istati Membri (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040624">24 ta’ Ġunju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Handlbauer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:388">EU:C:2004:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGS Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:648">EU:C:2010:648</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jistax ikun il-każ tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95. Għalkemm huwa minnu li t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jipprevedi li huma l-Istati Membri li għandhom jiffissaw fid-dritt nazzjonali tagħhom il-każijiet ta’ interruzzjoni u ta’ sospensjoni tat-terminu ta’ eżekuzzjoni, meta tali każijiet ta’ interruzzjoni jew ta’ sospensjoni ma jeżistux, ikunu waqfu milli jeżistu jew ma jkunux ġew invokati fil-ħin, l-iskadenza ta’ dan it-terminu neċessarjament twassal għall-impossibbiltà li ssir l-eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi invalidata mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95. Fil-fatt, anki jekk l-Istati Membri jagħmlu użu mill-possibbiltà li japplikaw terminu ta’ eżekuzzjoni itwal minn dak previst fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 3, l-iskadenza tat-terminu estiż twassal ukoll għall-impossibbiltà li tiġi eżegwita deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju dwar jekk id-destinatarji tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament jistgħux jopponu l-infurzar tagħhom wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, ma huwiex neċessarju li jiġi ddeterminat jekk l-iskadenza ta’ dan it-terminu twassalx ukoll għall-preskrizzjoni tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għall-ewwel parti tat-tielet domanda għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni. Minn dan jirriżulta li d-destinatarju ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament għandu, fi kwalunkwe każ, ikun jista’ jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament jew, jekk ikun il-każ, ta’ terminu ta’ eżekuzzjoni estiż skont l-Artikolu 3(3) tal-imsemmi regolament, sabiex jopponi l-irkupru forzat ta’ dawn is-somom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni parti tat‑tielet domanda u fuq l‑ewwel parti tar‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tielet domanda tagħha kif ukoll permezz tal-ewwel parti tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, mill-eżami tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-kliem tiegħu jirriżulta li dan it-terminu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni li timponi miżura jew sanzjoni amministrattiva ssir definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar, kif jirriżulta mill-punt 88 ta’ din is-sentenza, li, minħabba n-natura u l-funzjoni tagħhom fis-sistema tas-sorsi tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet ta’ regolament għandhom, bħala regola ġenerali, effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni ta’ regolament jekk dawn ma jostakolawx l-applikabbiltà diretta tiegħu, jekk dawn ma jaħbux in-natura Komunitarja tiegħu u jekk dawn jippreċiżaw l-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lilhom minn dan ir-regolament filwaqt li jibqgħu fil-parametri tad-dispożizzjonijiet tiegħu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211125">25 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Finanzamt Österreich (Allowances tal-familja għal ħaddiem umanitarju fil-qasam tal-iżvilupp)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑372/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:962">EU:C:2021:962</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn jipprevedi li t-terminu li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-jum li fih id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>deċiżjoni ssir finali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 ma jħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni jibda jiddekorri mill-adozzjoni stess ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament qabel ma din tkun saret definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mir-risposta tal-qorti tar-rinviju għat-talba għal kjarifiki msemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza jirriżulta li din tqis li, skont id-dritt Portugiż, deċiżjoni li timponi l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament issir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>effikaċi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>definittiva<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fil-mument tan-notifika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Huwa ċertament minnu li, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali, peress li din il-missjoni taqa’ esklużivament fuq il-qorti tar-rinviju (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Generics (UK) <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑307/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:52">EU:C:2020:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Xorta jibqa’ l-fatt li hija kompetenti sabiex tinterpreta l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, u, għaldaqstant, sabiex tippreċiża l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>deċiżjoni definittiva<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tagħmel ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri bil-għan li jiġu stabbiliti t-tifsira u l-portata tagħha għandhom normalment jingħataw interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-Unjoni kollha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>van Vemde</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑582/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:37">EU:C:2017:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 li ma jinkludi ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri u li jiddisponi espressament li t-terminu li huwa jistabbilixxi jiddekorri mill-ġurnata li fiha d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>deċiżjoni ssir finali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja li l-kliem tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 ma humiex ambigwi, ir-riferiment magħmul f’din id-dispożizzjoni għal deċiżjoni li ssir definittiva jimmilita favur interpretazzjoni fis-sens li din id-dispożizzjoni tirrigwarda l-aħħar deċiżjoni li sseħħ fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva u li tagħmel definittiva u għalhekk ma tistax tiġi kkontestata l-obbligu ta’ rimbors tas-somom imħallsa indebitament jew il-kundanna għal sanzjoni amministrattiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>van Vemde</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑582/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:37">EU:C:2017:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jirrigwarda deċiżjoni li tikseb natura definittiva jew mal-iskadenza tat-termini raġonevoli għall-preżentata ta’ rikors previsti mid-dritt nazzjonali, jew permezz tal-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni parti tat-tielet domanda kif ukoll għall-ewwel parti tar-raba’ domanda għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament, b’dan it-terminu għandu jiddekorri mill-ġurnata li fiha din id-deċiżjoni ssir definittiva, jiġifieri mill-jum tal-iskadenza tat-termini tar-rikors jew mill-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni parti tar‑raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>It-tieni parti tar-raba’ domanda tirrigwarda l-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-perijodu ta’ eżekuzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, b’risposta għat-talba għal kjarifiki msemmija fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju kkonfermat li l-ordni għall-irkupru forzat tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tinterrompi dan it-terminu ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kuntrarjament għal dak li jirriżulta mir-raba’ domanda, dwar il-każijiet ta’ sospensjoni tat-terminu ta’ eżekuzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95, il-qorti tar-rinviju ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>jirriżulta wkoll mid-dritt ċivili, applikabbli f’dan il-każ, li ma jeżistux raġunijiet għas-sospensjoni ta’ dan it-terminu<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Spjegazzjoni dwar din il-kontradizzjoni apparenti hija nieqsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiddetermina b’ċertezza l-istat tad-dritt Portugiż f’dak li jirrigwarda l-każijiet ta’ sospensjoni tal-perijodu ta’ eżekuzzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95. B’mod partikolari, ma huwiex ċar jekk l-oppożizzjoni għal proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, twassalx għas-sospensjoni ta’ dan it-terminu. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tagħti risposta utli għad-domanda magħmula sa fejn din tirrigwarda dan l-aspett.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tat-tieni parti tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandux jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa interrott mill-ordni għall-irkupru forzat tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jipprovdi li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, permezz tad-dritt nazzjonali tagħhom, il-każijiet ta’ interruzzjoni u ta’ sospensjoni tal-perijodu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95, li jimponi limitu assolut li japplika għall-preskrizzjoni tal-azzjonijiet ġudizzjarji ta’ irregolarità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pfeifer &amp; Langen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑52/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:381">EU:C:2015:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu ma jinkludix tali limitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tad-determinazzjoni tal-każijiet ta’ interruzzjoni u ta’ sospensjoni tal-perijodu ta’ eżekuzzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huma madankollu obbligati josservaw il-limiti li jimponi d-dritt tal-Unjoni, fis-sens li l-modalitajiet previsti mid-dritt nazzjonali ma jistgħux iwasslu sabiex irendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-irkupru tal-għajnuna mhux dovuta u li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha ssir b’mod nondiskriminatorju meta mqabbla mal-proċeduri intiżi sabiex jiddeċiedu kawżi nazzjonali tal-istess tip (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Erzeugerorganisation Tiefkühlgemüse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1011">EU:C:2017:1011</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Istati Membri huma marbuta li josservaw il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Glencore Céréales France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:160">EU:C:2017:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, it-tul tat-termini ta’ preskrizzjoni u ta’ eżekuzzjoni applikabbli ma għandux imur manifestament lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Glencore Céréales France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:160">EU:C:2017:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, dan jeżiġi, b’mod partikolari, li dawn it-termini għandhom jiġu ffissati minn qabel u li kull applikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>b’analoġija<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> ta’ tali termini għandha tkun suffiċjentement prevedibbli għall-parti fil-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190305">5 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Eesti Pagar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑349/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:172">EU:C:2019:172</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fid-dawl tal-elementi li jirriżultaw mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja u bla ħsara għall-verifiki li għandha tagħmel il-qorti tar-rinviju, ma jidhirx li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-interruzzjoni tat-terminu għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ rkupru hija ta’ natura li tagħmel prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, id-deskrizzjoni tad-dritt Portugiż kif tirriżulta mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li jiġi kkunsidrat li l-interruzzjoni ta’ dan it-terminu permezz tal-ordni għall-irkupru forzat tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ma hijiex prevedibbli għall-partijiet fil-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi rrilevat li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi tali interruzzjoni tat-terminu ta’ eżekuzzjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, peress li hija ma tistax iddewwem indefinittivament l-iskadenza ta’ dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni parti tar-raba’ domanda għandha tkun li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa interrott mill-ordni għall-irkupru forzat tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat‑<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-[Unjoni] Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, għall-finijiet ta’ kontestazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rkupru ta’ somom imħallsa indebitament, adottata wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni ġudizzjarja msemmija f’din id-dispożizzjoni, id-destinatarju tagħha huwa obbligat jinvoka l-irregolarità ta’ din id-deċiżjoni f’ċertu terminu quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, u ma jistax iktar jopponi l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni billi jinvoka l-istess irregolarità fil-kuntest tal-proċedura ġudizzjarja għall-irkupru forzat, mibdija kontrih.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, mingħajr ma jkun meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni. Minn dan jirriżulta li d-destinatarju ta’ deċiżjoni ta’ rkupru tas-somom imħallsa indebitament għandu, fi kwalunkwe każ, ikun jista’ jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament jew, jekk ikun il-każ, ta’ terminu ta’ eżekuzzjoni estiż skont l-Artikolu 3(3) tal-imsemmi regolament, sabiex jopponi l-irkupru forzat ta’ dawn is-somom.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="21"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni li huwa jistabbilixxi jibda jiddekorri mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni li timponi r-rimbors tas-somom imħallsa indebitament, b’dan it-terminu għandu jiddekorri mill-ġurnata li fiha din id-deċiżjoni ssir definittiva, jiġifieri mill-jum tal-iskadenza tat-termini tar-rikors jew mill-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu ta’ eżekuzzjoni previst fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa interrott mill-ordni għall-irkupru forzat tad-dejn li huwa s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ rkupru.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>