2007D0102 — MT — 08.11.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 Frar 2007 li tadotta l-pjan ta' ħidma għall-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), inkluż il-programm annwali ta' ħidma għall-konċessjonijiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 219M, 24.8.2007, p.226) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 300 |
73 |
17.11.2007 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 Frar 2007
li tadotta l-pjan ta' ħidma għall-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), inkluż il-programm annwali ta' ħidma għall-konċessjonijiet
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2007/102/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 166 tiegħu, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1261/2005 ta' l-20 ta' Lulju 2005 ( 3 ),
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) ( 4 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE tal-15 ta' Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva, “l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika”, għat-tmexxija ta' l-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika – skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 ( 5 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:|
(1) |
L-Artikolu 110 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jistipula li l-konċessjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal programm annwali, li jrid ikun ippubblikat fil-bidu tas-sena. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE, Eurotom) Nru 2342/2002, il-programm annwali ta' ħidma għall-konċessjonijiet għandu jispeċifika l-att bażiku, l-għanijiet, l-iskeda ta' sejħiet għall-proposti bl-ammonti indikattivi u r-riżultati mistennija. |
|
(3) |
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE jipprovdi għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' pjan annwali ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-programm, li jkun jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjoni li għandha tittieħed, inkluż l-allokazzjoni tar-riżorsi. Il-pjan ta' ħidma għall-2007 għandu għalhekk jiġi adottat. |
|
(4) |
Id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta' ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju tista' titqies bħala d-deċiżjoni finanzjarja stabbilita mill-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u mill-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, bil-kondizzjoni li dan ikun jikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), |
|
(6) |
Skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika twettaq ċerti attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-programm dwar is-saħħa pubblika u għandha tirċievi l-fondi neċessarji għal dan il-għan. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-pjan ta' ħidma ta' l-2007 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), kif stabbilit fl-Anness I, huwa hawnhekk adottat.
Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumatur għandu jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-programm.
Artikolu 2
L-allokazzjonijiet tal-baġit meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) għandhom ikunu trasferiti lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika.
ANNESS I
AZZJONI KOMUNITARJA FIL-QASAM TAS-SAĦĦA PUBBLIKA IL-PJAN TA' ĦIDMA GĦALL-2007
1. IL-KUNTEST ĠENERALI
1.1. Il-kuntest politiku u legali
Id-Deċiżjoni 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbiliet programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Programm”). Il-programm huwa implimentat permezz ta' pjan ta' ħidma annwali li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni tar-riżorsi.
L-ewwel erba’ snin ta' l-implimentazzjoni tal-programm kienu ta' pedament għal strateġija komprensiva u koerenti, li tikkonċentra fuq tliet prijoritajiet (linji ta' żvilupp): informazzjoni dwar is-saħħa, il-perikli għas-saħħa, u l-fatturi determinanti tas-saħħa. Kollha flimkien, dawn il-linji ta' żvilupp jikkontribwixxu għal livell għoli ta' saħħa fiżika u mentali u ta' benessri madwar l-UE. B’mod partikolari, mis-sejħiet għall-proposti preċedenti, diġà ġew magħżula 267 proġett għall-iffinanzjar ( 6 ).
F’Mejju 2006, il-Kummissjoni adottat proposta emendata ( 7 ) għal programm ġdid tas-saħħa li huwa mistenni li jiġi approvat fl-2007. B’riżultat ta' dan, l-2007 għandha tkun l-aħħar sena ta' implimentazzjoni tad-‘Deċiżjoni tal-Programm’.
Analiżi ta' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' ħidma għall-2003-2006 wasslet biex l-attivitajiet jiġu organizzati fl-2007 sabiex tkun żgurata kopertura ta' oqsma li ma ġewx ittrattati preċedentement u biex b’hekk jipprova jitlesta l-aktar possibbli mill-programm kurrenti.
Fl-2007, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika se tkun operattiva b’mod sħiħ u se jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' ħidma.
1.2. Ir-Riżorsi
Il-Baġit li jemenda Nru 1/2007 jammonta għal EUR 38 800 000 għall-approprjazzjonijiet operattivi taħt l-entratura 17 03 01 01 tal-baġit u għal EUR 1 200 000 għall-approprjazzjonijiet amministrattivi taħt l-entratura 17 01 04 02 tal-baġit.
Il-linja tal-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi relatati ma’ l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika hija 17 01 04 30.
Il-baġit approvat għall-2007 (impenji) jammonta għal EUR 40 000 000.
Il-baġit għall-approprjazzjonijiet operattivi huwa ta’ EUR 38 800 000. Il-baġit għall-approprjazzjonijiet amministrattivi huwa ta’ EUR 1 200 000.
Ma’ dan il-baġit iridu jiżdiedu:
— Il-kontribuzzjoni li waslet mill-pajjiżi ŻEE/EFTA li kienet ta’ EUR 884 640;
— il-kontribuzzjoni ta’ Pajjiż Applikant wieħed (it-Turkija), stmata li tlaħħaq EUR 957 697;
— il-kontribuzzjoni ta’ pajjiżi li ġejjin li kienu kandidati, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, ir-Rumanija u s-Slovenja, għal ammont ta’ EUR 5 906 986,28.
Il-baġit totali għall-2007 huwa għalhekk ta’ EUR 47 749 323,28. Dan jinkludi kemm ir-riżorsi għall-baġit operattiv kif ukoll riżorsi għal għajnuna teknika u amministrattiva:
— it-total għall-baġit operattiv huwa stmat li jlaħħaq EUR 46 416 963,28;
— it-total għall-baġit amministrattiv huwa stmat li jlaħħaq EUR 1 332 360.
Huwa propost li EUR 5 324 000 tal-baġit operattiv jintuża għas-sejħiet għall-offerti, u EUR 2 550 000 għal għotjiet diretti għal organizzazzjonijiet internazzjonali.
L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għall-proposti huwa stmat li jlaħħaq EUR 37 888 963.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-allokazzjoni ta’ għotjiet għas-sejħa għall-proposti, se jipprova jintlaħaq bilanċ bejn il-linji ta’ żvilupp differenti tal-programm, filwaqt li tkun ikkunsidrata l-kwalità u l-kwantità tal-proposti li jaslu, kemm-il darba ma jinqalgħux emerġenzi partikolari għas-saħħa pubblika (eż. influwenza pandemika) li jkunu jiġġustifikaw kwalunkwe allokazzjoni mill-ġdid tar-riżorsi. Fil-każ li jibqgħu disponibbli riżorsi mill-baġit operattiv fl-aħħar ta’ l-2007, dawn se jiġu allokati mill-ġdid għall-finanzjament ta’ l-għotijiet magħżula permezz tas-Sejħa għal proposti 2007.
2. L-ISTRUMENTI FINANZJARJI
2.1. Is-sejħa għall-proposti
Fil-pjan ta' ħidma ta' l-2007 ġew identifikati oqsma ta' azzjoni u prijoritajiet ewlenin ġodda. Dawn huma bbażati fuq l-azzjonijiet u l-miżuri ta' appoġġ imsemmija fid-“Deċiżjoni tal-Programm” flimkien ma' dawk l-oqsma li ma kinux ġew koperti mill-proposti mressqa taħt sejħiet preċedenti.
B’riżultat ta' dan, il-prijoritajiet għas-sejħa għall-proposti għall-2007 se jerġgħu jiffokaw fuq ċerti azzjonijiet ewlenin li diġà nbdew u se jkopru wkoll għadd ta' oqsma ġodda, kif deskritt fid-dettall hawn taħt.
L-għotjiet għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-linja tal-baġit 17 03 01 01.
L-ammont indikattiv totali għas-sejħa għall-proposti huwa stmat li jlaħħaq għal EUR 37 888 963
Se tkun ippubblikata sejħa għall-proposti waħda “Is-Saħħa Pubblika – 2007” fil-Ġurnal Uffiċjali fi Frar 2007 (data indikattiva) u din se tiġi eżegwita taħt ir-responsabbiltà ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika ( 8 ).
Il-proġetti għall-finanzjament konġunt għandhom ikunu innovattivi fin-natura tagħhom u m’għandhomx jaqbżu l-massimu ta' tliet snin bħala tul ta' żmien.
Minħabba n-natura komplementari u motivazzjonali ta' l-għotjiet Komunitarji, mill-inqas 40 % ta' l-ispejjeż tal-proġett għandhom ikunu ffinanzjati minn sorsi oħra. B’konsegwenza ta' dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja normali tista’ titla’ sa 60 % ta' l-ispejjeż eleġibbli għal kull benefiċjarju għall-proġetti kkunsidrati. F’kull każ individwali se jkun determinat il-persentaġġ massimu li għandu jingħata.
Jista’ jkun previst ko-finanzjament massimu ta' 80 % għal kull benefiċjarju (jiġifieri, għal kull benefiċjarju ewlieni u assoċjat) ta' l-ispejjeż eleġibbli f’każ li l-proġett ikollu valur miżjud Ewropew sinifikanti. M’għandux ikun hemm iktar minn 10 % tal-proġetti ffinanzjati li jirċievu ko-finanzjament ta' iktar minn 60 %.
Għandu jingħad li l-ammont indikattiv għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-proġetti miżmuma matul il-ftuħ tan-negozjati jista’ jvarja minn –20 % sa + 10 % minħabba dan ta’ l-aħħar.
Il-prinċipji u l-kriterji ġenerali għall-għażla u l-finanzjament ta' l-azzjonijiet taħt il-Programm dwar is-Saħħa Pubblika huma stabbiliti f’dokument separat.
Id-dettalji li jikkonċernaw l-eleġibilità għall-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-għajxien huma pprovduti f’anness ma' dan il-pjan ta' ħidma.
Il-prijoritajiet għall-2007
Biex kollox ikun ċar, l-azzjonijiet huma miġbura f’taqsimiet li jikkorrispondu għal-linji ta' żvilupp imsemmija fit-taqsima 1.1.: l-Informazzjoni dwar is-Saħħa, il-Perikli għas-Saħħa u l-Fatturi Determinanti tas-Saħħa. Kull azzjoni tirreferi għall-punt ta' l-Artikolu/l-Anness korrispondenti tad-“Deċiżjoni tal-Programm”.
Il-proposti kollha, fejn rilevanti, għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif se tkun ikkunsidrata l-perspettiva ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi u għandhom jagħtu prova li jistgħu jiġu żviluppati sinerġiji ma' l-attivitajiet rilevanti ta' riċerka finanzjati taħt l-appoġġ xjentifiku għall-attivitajiet ta' l-istrateġiji politiċi tas-6 Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka ( 9 ) u tas-suċċessur tiegħu ( 10 ).
2.1.1 L-Informazzjoni dwar is-Saħħa – l-Artikoli 2(2)(a) u 3(2)(a)
L-attivitajiet ta' din it-taqsima għandhom l-għan li:
— jiżviluppaw u jħaddmu sistema sostenibbli ta' monitoraġġ tas-saħħa;
— itejbu s-sistema għat-trasferiment u l-qsim ta' informazzjoni u data dwar is-saħħa inkluż l-aċċess għall-pubbliku;
— jiżviluppaw u jużaw mekkaniżmi għall-analiżi u r-rappurtaġġ ta' informazzjoni u konsultazzjoni ma' Stati Membri u partijiet interessati dwar oqsma tas-saħħa fuq livell Komunitarju;
— itejbu l-analiżi u l-għarfien ta' l-impatt ta' l-iżviluppi tal-politika dwar is-saħħa, ta' strateġiji politiċi oħra tal-Komunità u ta' attivitajiet dwar is-saħħa;
— jappoġġjaw l-iskambju ta' informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa, inkluż teknoloġiji ta' l-informazzjoni ġodda u esperjenzi dwar prattiċi tajbin.
Il-proposti tal-proġett għandhom jiffukaw fuq:
2.1.1.1
— L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' indikaturi u l-ġbir ta' data dwar determinanti soċjo-ekonomiċi tas-saħħa, l-inugwaljanza fil-qasam tas-saħħa, is-saħħa skond is-sess, is-saħħa ta' gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni (inkluż il-fattibilità u n-nefqa). Analiżi statistika ta' l-Indikatur tas-Snin ta' Ħajja b’Saħħitha skond il-kategoriji soċjo-ekonomiċi bl-użu tal-metodoloġija standard ta' l-UE ( 11 ). Dan is-suġġett għandu jsir f’kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-attivitajiet ta' l-Eurostat, mingħajr sforzi doppji, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-attivitajiet tal-Forza tax-Xogħol tiegħu dwar “It-Tul Mistenni tal-Ħajja skond il-gruppi Soċjo-ekonomiċi”
— l-iżvilupp ta' indikaturi u l-ġbir ta' data dwar is-saħħa pubblika, l-istrateġiji politiċi ta' prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa fl-Istati Membri, u indikaturi għal politika u leġislazzjoni ta' l-UE b’impatt fuq is-saħħa (inkluż il-fattibilità u n-nefqa);
— il-promozzjoni ta' sistemi ta' indikaturi tas-saħħa u r-rappurtar fl-Istati Membri bl-użu tal-lista ta' indikaturi tas-saħħa tal-Komunità Ewropea u ta' l-Indikatur tas-Snin ta' Ħajja b’Saħħitha, b’attenzjoni partikolari fuq l-integrazzjoni ta' l-użu tagħhom fl-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara l-1 ta' Mejju 2004 u fil-pajjiżi kandidati.
2.1.1.2.
— Studji pilota fuq stħarriġiet ta' l-eżaminazzjoni tas-saħħa bħala parti mill-istudju tal-fattibilità ( 12 ). Il-ħolqien jew it-titjib ta' reġistri tal-morbidità li jkopru l-Istati Membri kollha fir-rigward ta' mard gravi u kroniku (inkluż il-fattibilità u n-nefqa) u li għalihom teżisti definizzjoni soda u bażika ta' indikaturi ( 13 ) u għal dawk li għadhom mhux koperti mill-proġetti eżistenti ( 14 );
— l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni, permezz ta' strumenti eżistenti jew li ġew żviluppati reċentement ta' stħarriġiet bl-użu ta' intervisti dwar is-saħħa, ta' ġabra ta' mistoqsijiet ad hoc għat-taqsima dwar is-saħħa tas-Sistema Ewropea tal-Moduli ta' Stħarriġ Soċjali u Statistiku;
— iktar żvilupp u implimentazzjoni tas-sistema li m’hix ibbażata fuq xi lingwa għall-ikkowdjar awtomatiku tal-kawżi tal-mewt (IRIS);
— l-implimentazzjoni tad-Data Base għall-Korrimenti (IDB – Injury Data Base) ( 15 ) fl-Istati Membri kollha, b’mod partikolari il-ġbir u l-ipproċessar tad-data dwar il-korrimenti kollha (inkluż l-inċidenti fid-dar u waqt il-ħin liberu), skond is-sistema ta' kkowdjar ġdida u armonizzata.
2.1.1.3
— Il-forniment ta' evidenza u rapporti dwar l-impatt ta' l-istrateġiji politiċi tal-Komunità fuq is-saħħa, fuq is-saħħa u t-tkabbir ekonomiku u fuq l-iżvilupp sostenibbli;
— il-produzzjoni ta' rapporti dwar gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni (jiġifieri, in-nisa u t-tfal), dwar l-impatt u l-fatturi ta' riskju għad-diżabilitajiet (eż. in-nuqqas ta' vista), dwar il-protezzjoni għall-pubbliku mir-riskji ta' espożizzjoni għall-kampijiet elettromanjetiċi (EMF – Electro Magnetic Fields), dwar l-għażla ta' l-indikaturi u l-linji ta' gwida rilevanti ta' l-EMF u dwar ir-rabtiet bejn il-fatturi ambjentali u r-riżultati fuq is-saħħa;
— appoġġ għal analiżi aktar fid-dettall ta' l-istatistika dwar il-kawżi tal-mewt sabiex tinkiseb iktar esperjenza fir-rigward tal-mudelli ta' mortalità u sabiex ikunu monitorati l-bidliet madwar l-UE kif ukoll l-analiżi ta' kawżi tal-mewt li setgħu ġew evitati (inkluż ħidma biex tinstab definizzjoni komuni ta' x’inhuma kawżi tal-mewt li setgħu ġew evitati).
2.1.1.4.
— Appoġġ għal proġetti ta' għarfien dwar il-mard li jikkonċernaw l-okkurrenza, it-trattament, il-fatturi ta' riskju u l-istrateġiji ta' tnaqqis tar-riskju tiegħu, kif ukoll l-ispejjeż tal-mard u l-appoġġ soċjali f’termini ta' żvilupp ta' rakkomandazzjonijiet għall-aħjar prattika;
— l-iżvilupp ta' strateġiji u mekkaniżmi għall-iskambju ta' informazzjoni fost persuni milquta minn mard rari u l-promozzjoni ta' studji epidemjoloġiċi, kodifikazzjoni, klassfikazzjoni u definizzjonijiet aħjar;
— appoġġ għal netwerks Ewropej ta' referenza fir-rigward ta' mard rari fi sforz biex jiġu stabbiliti linji ta' gwida għall-aħjar prattika fit-trattament, u sabiex jixtered l-għarfien dwar dan il-mard, flimkien ma' l-evalwazzjoni tar-rendiment;
— studji ta' fattibilità għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi għal ġbir komprensiv ta' data dwar il-volum u l-impatt ta' kura tas-saħħa bejn il-fruntieri, li jkunu integrati fis-sistemi eżistenti ta' ġbir ta' data fi ħdan l-Istati Membri u mingħajr piż amministrattiv żejjed u li m’hemmx bżonnu.
2.1.1.5.
— titjib fir-rabtiet bejn il-websajts nazzjonali u reġjonali u dawk ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-portal tas-saħħa ta' l-UE ( 16 ); titjib fl-elenkar ta' u fl-aċċess ta' l-UE għal sorsi rilevanti ta' informazzjoni medika;
— il-promozzjoni ta' proġetti li jtejbu l-fluss ta' l-informazzjoni dwar is-saħħa fi ħdan u fost l-istituzzjonijiet tas-saħħa (it-titjib fis-sigurtà tal-pazjenti u fir-rappurtar dwar is-saħħa pubblika, il-kontribuzzjoni għal netwerking effettiv u/jew il-wiri ta' xenarji li jipprovdu kwalità f'relazzjoni ma' l-spejjeż);
— l-iżvilupp ta' rappurtar dwar il-bdil ta' l-imġiba u l-perċezzjoni tal-pazjenti u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa li jirriżulta mill-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet ta' l-eHealth, il-ħolqien ta' mudelli ta' l-implikazzjonijiet ta' sigurtà u riskju fir-rigward tal-bidliet relatati mat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni.
F’kooperazzjoni ma' oqsma oħra ta' politika ta' l-UE:
— Il-promozzjoni u t-tixrid ta' proġetti pilota, imwettqa taħt il-Programm tal-Komunità u l-Innovazzjoni u taħt strumenti oħra rilevanti tal-Komunità ( 17 ),z dwar sommarji tal-pazjenti, identifikaturi tal-pazjenti, ta' l-istaff u ta' l-oġġetti, dwar il-preskrizzjoni elettronika (l-ePrescription) dwar settijiet ta' data ta' emerġenza u dwar l-iżvilupp ta' interoperabilità semantika;
— Analiżi ta' kwistjonijiet legali, mediċi u etiċi ta' kunfidenzjalità; il-pussess u l-aċċess għal data li tirriżulta mill-użu ta' għodod ta' l-eHealth u ta' monitoraġġ elettroniku tas-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta' l-iskambju ta' rekords elettroniċi dwar is-saħħa f’postijiet bejn il-fruntieri; is-sistemi ta' sorveljanza u tar-rappurtar; il-prevenzjoni u l-promozzjoni, il-kura li ttaffi l-uġigħ u l-kura domestika;
2.1.1.6.
— L-iżvilupp ta' sistema ta' informazzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa permezz ta' żieda fir-rabta tad-data, ta' studji pilota għal sorveljanza konġunta tal-varjabbli ta' l-ambjent u s-saħħa; studji li jwasslu għal intervent fuq l-ambjent lokali u s-saħħa li jinkludu l-karatterizzazzjoni soċjo-ekonomika; studji dwar kawżi ambjentali possibbli li jġibu l-mard (respiratorju u kardjovaskulari), studji dwar l-effetti fuq is-saħħa ta' l-espożizzjoni għal fatturi ta' stress ambjentali fuq perjodu twil ta' żmien flimkien ma' espożizzjoni ta' livell baxx; it-titjib tal-kwalità tad-data ta' mortalità u morbidità fir-rigward tal-mard respiratorju u kardjovaskulari; il-funzjonijiet ta' espożizzjoni-rispons, il-morbidità konġunta u t-twissija minn kmieni li tkun ibbażata fuq l-individwazzjoni ta' sekwenza rikorrenti;
— ir-rappurtar dwar linji ta' gwida ta' ppjanar urban li jkun rilevanti għas-saħħa, b’mod speċjali għall-prevenzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa;
— il-provvista ta' iktar studji dwar il-kamp elettromanjetiku (EMF) skond in-nuqqasijiet identifikati mill-Kumitati Xjentifiċi ta' l-UE, proġetti rilevanti u l-WHO (jiġifieri dwar l-effetti fuq perjodu twil ta' żmien minħabba espożizzjoni ta' livell baxx għall-EMF, inkluż għall-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju – RFID) u studju ta' fattibilità dwar indikaturi ta' allarm u ħtiġijiet oħra ta' monitoraġġ relatati ma' l-EMF; il-promozzjoni ta' studji dwar il-perċezzjoni tar-riskju u l-aħjar prattiċi għall-komunikazzjoni, l-appoġġ għall-iżvilupp ta' linji ta' gwida ta' dożimetrija fir-rigward ta' l-EMF u l-installazzjoni ta' linji ta' gwida għall-kumpaniji ta' l-elettronika u t-telefon ċellulari;
2.1.1.7.
— Il-promozzjoni tas-sigurtà tal-pazjent u tal-kwalità tas-servizzi tas-saħħa billi tingħata għajnuna għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni u kollaborazzjoni Ewropea bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati rilevanti. L-azzjonijiet f’dan il-qasam ikopru l-iskambju ta' l-aħjar prattika dwar it-titjib tas-sigurtà tal-pazjent, inkluż l-involviment ta' professjonisti tas-saħħa u l-koordinament ta' taħriġ u informazzjoni relatata; l-iżvilupp ta' fehim aħjar ta' interventi għas-sigurtà tal-pazjent u l-implikazzjonijiet ekonomiċi ta' servizzi li ma jkunux siguri u ta' żbalji mediċi; l-għajnuna lil korpi nazzjonali u reġjonali biex dawn jimplimentaw strateġiji ta' prevenzjoni ta' ħsara;
— in-netwerking ta' korpi konsultattivi tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri.
— l-appoġġ għal inizjattivi u sħubiji biex ikun evalwat u mtejjeb il-fehim tal-qasam tas-saħħa.
2.1.1.8.
— L-iżvilupp ta' għodod biex ikun immonitorjat il-benefiċċju ta' l-istrateġiji politiċi tas-saħħa u l-impatt tagħhom fuq l-ekonomija;
— l-iżvilupp ta' għarfien, netwerking u attivitajiet ta' kooperazzjoni maħsuba biex ikabbru investiment strateġiku fil-qasam tas-saħħa appoġġjat mill-fondi strutturali ta' l-UE;
— l-appoġġ għan-Netwerk ta' l-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa ta' l-UE permezz ta' ħidma mwettqa grazzi għall-attivitajiet ta' proġetti eżistenti ( 18 ) u permezz ta' konnessjonijiet mal-ħidma tal-Forum Farmaċewtiku.
2.1.1.9.
— Il-ħolqien ta' netwerk ta' avukati li jaħdmu fuq il-leġislazzjoni rilevanti għas-saħħa fl-Istati Membri ta' l-UE (“liġi dwar is-saħħa ta' l-UE”). In-netwerk għandu jipprovdi informazzjoni dwar kif il-liġi tista’ tintuża biex tippromwovi s-saħħa u tipprovdi tagħrif għall-iżvilupp tal-politika u l-evalwazzjoni ta' l-impatt. Għandu ukoll iservi bħala pjattaforma għall-qsim u t-trasferiment ta' għarfien dwar il-liġi tas-saħħa.
2.1.2. Ir-rispons immedjat u b’mod koordinat għat-theddid fil-qasam tas-saħħa – l-Artikoli 2(2)(b) u 3(2)(a)
L-attivitajiet f’din it-taqsima għandhom l-għan li jsaħħu l-istat ta' tħejjija u li jiżguraw rispons rapidu għal theddid u emerġenzi għas-saħħa pubblika. Dan se jkun ta' għajnuna kbira għall-kooperazzjoni stabbilita taħt in-netwerk tal-Komunità dwar il-mard trażmissibbli ( 19 ) u għal leġislazzjoni oħra tal-KE fil-qasam tas-saħħa pubblika u jista’ jikkomplementa l-attivitajiet tal-Programm Qafas ta' Riċerka Ewropea.
L-attivitajiet ta' valutazzjoni tar-riskju jaqgħu taħt il-kappa taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC – European Centre for Disease Prevention and Control) ( 20 ), eż. is-sorveljenza, li saret operattiva matul l-2005. L-attivitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-ġestjoni nazzjonali tar-riskji u t-theddidiet ġew stabbiliti f’konsultazzjoni ma' l-ECDC sabiex tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni mifruxa madwar l-UE kollha, u b’hekk ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda repetizzjoni tal-ħidma.
L-attivitajiet li jeħduha kontra t-theddida ta' rilaxx apposta ta' aġenti bijoloġiċi se jitwettqu flimkien ma' attivitajiet oħra li qed isiru bħalissa dwar il-mard trażmissibbli. Dawn l-attivitajiet u l-attivitajiet dwar ir-rilaxx apposta ta' aġenti kimiċi qed jiġu żviluppati fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-15 ta' Novembru 2001 tal-Ministri tas-Saħħa u tal-“Programm ta' kooperazzjoni dwar il-preparazzjoni u r-rispons għall-attakki bijoloġiċi u kimiċi” (Is-sigurtà fil-qasam tas-saħħa) ( 21 ).
2.1.2.1.
Din l-azzjoni għandha l-għan li tiżviluppa ħiliet u strateġiji biex tgħin lill-Istati Membri, lill-Pajjiżi Kandidati, lill-Pajjiżi taż-ŻEE/EFTA, u lill-Komunità b’mod sħiħ, sabiex jittrattaw it-theddidiet marbuta mas-saħħa. Il-prijorità hija mogħtija lit-theddida ta' l-influwenza pandemika u lil attivitajiet dwar il-prevenzjoni jew il-ġestjoni ta' l-influwenza, lill-istrateġiji u l-preparazzjoni komuni ta' komunikazzjoni ta' emerġenza u lil għodod ta' l-ogħla kwalità u informazzjoni dwar is-saħħa u lill-impatt soċjo-ekonomiku tal-pandemija u lil miżuri relatati li jistgħu jiġġieldu din is-sitwazzjoni, f’koordinazzjoni ma' l-attivitajiet tal-Programm Qafas ta' Riċerka Ewropea ( 22 ).
Prijoritajiet oħra huma:
— theddidiet ta' mard mhux trażmissibbli bħalma huwa dak relatat ma' kwistjonijiet kimiċi u ambjentali li jeħtieġu intervent rapidu;
— iktar żvilupp ta' sistema ta' twissija bikrija dwar aġenti kimiċi u attivitajiet ta' traċċabilità fir-rigward tat-trasport bejn il-fruntieri ta' sustanzi perikolużi li jkunu rilevanti għas-saħħa pubblika;
— aspetti ta' ġestjoni ta' mard trażmissibbli fir-rigward ta' mard li jittieħed u kwistjonijiet marbuta maċ-ċaqliq bejn il-fruntieri, inkluż il-monitoraġġ u l-kwistjonijiet marbuta ma' l-ittraċċar ta' xi kuntatt;
— l-għajnuna fit-trattament ta' prijoritajiet loġistiċi (eż. il-ksib, l-istokkjar, it-tqassim tal-mediċina) u ta' interventi mhux mediċi (eż. miżuri biex tiżdied id-distanza soċjali, il-monitoraġġ mad-dħul u l-ħruġ, il-miżuri ta' diżinfestazzjoni, eċċ) waqt sitwazzjonijiet ta' emerġenza.
2.1.2.2.
L-azzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jtejbu l-preparazzjoni tas-settur tas-saħħa f’każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi u għandhom irawmu kollaborazzjoni intersettorjali (eż. mas-setturi tal-protezzjoni ċivili, ta' l-ikel u ta' l-annimali) sabiex ikun żgurat rispons koerenti f’każ ta' kriżi. L-attivitajiet għandhom jiffukaw fuq l-appoġġ għall-ġestjoni ta' riskju u kriżi u fuq aspetti ta' komunikazzjoni tar-riskju.
Dawn li ġejjin huma ta' interess partikolari:
— attivitajiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' ppjanar ta' preparazzjoni ġenerika, bħalma huma r-rabta ta' l-istituzzjonijiet differenti tas-saħħa (eż. sptarijiet u ċentri ta' kriżi fuq livell nazzjonali/reġjonali) biex ikun hemm tħejjija għal ġbir tal-massa u biex tkun żviluppata l-kapaċità li jitnaqqas l-impatt ta' l-emerġenzi tal-massa (eż. nies imweġġgħa u gruppi kbar ta' immigranti, gruppi vulnerabbli, nies spostati u refuġjati). L-attivitajiet huma meħtieġa wkoll biex isostnu l-kontinwità tal-ħidma matul is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza (eż. jipprovdu servizzi utli għas-saħħa pubblika matul xi avveniment li jkollu impatt kbir);
— attivitajiet li jżidu l-użu ta' l-għodod u l-istrumenti eżistenti u ta' dawk ġodda, inkluż l-istrumenti legali, biex jappoġġjaw it-traċċabilità ta' passiġġieri internazzjonali (eż. it-traċċar ta' passiġġieri tal-linji ta' l-ajru f’każ ta' kontaminazzjoni potenzjali minn mikro-organiżmi patoġeniċi) u t-traċċar tal-kuntatt;
— attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp ta' ħiliet għal infurzar konġunt tal-liġi u operazzjonijiet ta' l-awtorità tas-saħħa;
— attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp ta' ħiliet u l-implimentazzjoni meħtieġa biex ikun hemm konformità mar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa adottati mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa ( 23 ) (eż. mekkaniżmi biex jinbeda u jkun implimentat it-traċċar ta' vjaġġaturi internazzjonali, meta dan ikun meħtieġ);
— l-użu ta' għodod innovattivi ta' teknoloġija informatika għall-analiżi tat-theddidiet għas-saħħa, bħalma huma s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika (GIS), l-analiżi spazjali-temporali, l-iskemi ġodda għal twissija bikrija u għal tbassir, l-analiżi awtomatizzati u l-iskambju ta' data dijanjostika;
— mod kif ikunu indirizzati kwistjonijiet relatati mat-trasport (eż. l-eżerċizzju fejn il-kampjuni jintbagħtu bil-posta) u l-applikazzjoni ta' dijanjostiċi ġodda (eż. ring tests fuq patoġeni ġodda/emerġenti).
2.1.2.3.
Għad hemm xi nuqqasijiet fl-informazzjoni u t-tagħrif li jikkonċerna r-reviżjoni, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni ta' strateġiji politiċi u pjanijiet li huma maħsuba biex jitrattaw il-perikli li jirriżultaw fil-postijiet differenti tal-kura tas-saħħa, mill-kabinett tal-ġeneralist sal-kmamar ta' l-emerġenza fl-ewwel linja sa l-iktar sptarijiet sofistikati u speċjalizzati, inkluż dawk maħsuba biex jieħdu ħsieb pazjenti b’riskju għoli.
It-titjib fis-sigurtà tal-pazjent u fil-kwalità tal-kura tas-saħħa jista’ jiġi appoġġjat fl-Istati Membri billi jkun hemm netwerking fuq livell Ewropew u billi jkunu adottati strateġiji u strutturi xierqa biex ikunu jistgħu jwieġbu għall-emerġenzi ta' sigurtà fil-qasam tas-saħħa u sabiex jikkontrollaw il-mard komunikabbli. Din l-azzjoni għandha l-għan li tippromwovi attivitajiet relatati mal-preparazzjoni (bħalma huma t-tilqim u l-ħażna ta' materjal qabel l-avveniment), il-kontroll/l-eliminazzjoni ta' mard trażmissibbli u s-sigurtà tal-pazjenti. Se jiġu promossi azzjonijiet li jappoġġjaw il-komunikazzjoni bejn id-dixxiplini (eż. tobba, spiżjara, veterinarji, u dixxiplini mhux mediċi rilevanti) u li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni permezz ta' pjattaformi u netwerking.
Prijoritajiet oħra huma attivitajiet li jappoġġjaw:
— programmi ta' kontroll u prevenzjoni għal mard infettiv tat-tfal (inkluż attivitajiet li jrawmu l-iskambju ta' l-aħjar prattika dwar strateġiji ta' tilqim u immunizzazzjoni, eż. mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE ( 24 )). Attivitajiet dwar il-kontroll ta' effetti ħżiena (minn tilqim, kimiċi, antivirili, mediċini oħra u tagħmir mediku), f’kooperazzjoni ma' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA);
— in-netwerking u l-qsim ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-pazjent u l-kwalità tal-kura, b’mod partikolari l-ġestjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u r-reżistenza antimikrobika, inkluż espożizzjonijiet oħra relatati ma' l-ambjent ta' l-isptar jew tal-kura tas-saħħa (espożizzjoni kimika, drogi, diżinfettanti, il-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa, eċċ). Attivitajiet relatati ma' kwistjonijiet bħalma huma l-iskambju ta' l-aħjar prattika fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjent (sistema ta' rappurtar u ta' tagħlim, taħriġ u edukazzjoni), l-iżvilupp ta' mekkaniżmi u għodod biex titejjeb l-informazzjoni għall-pazjenti, iċ-ċittadini u l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa fir-rigward tas-sigurtà tal-pazjent, biex ikun żviluppat fehim aħjar ta' l-interventi għas-sigurtà tal-pazjent kif ukoll l-implikazzjonijiet ekonomiċi ta' servizzi mhux siguri u ta' żbalji mediċi, u biex jiġi appoġġjat is-sostenn għall-programmi u l-istrateġiji politiċi nazzjonali.
2.1.2.4.
Din l-azzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-kwalità, is-sigurtà u d-disponibilità ta' sustanzi ta' oriġni umana (organi, tessuti, ċelloli, demm u komponenti tad-demm) użati għal skopijiet terapewtiċi li jkunu marbuta mal-ġbir, l-ipproċessar, it-tqassim u l-użu tagħhom. Dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu biex jimplimentaw il-leġislazzjoni eżistenti ta' l-UE.
Il-prijorità se tingħata lil attivitajiet li:
— Jiżviluppaw għodod li jipprovdu gwida prattika dwar valutazzjoni tar-riskju u metodoloġija ta' validità fil-ksib, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta' sustanzi ta' oriġni umana;
— jwettqu valutazzjoni dettaljata tar-riskju tat-tipi differenti ta' proċeduri bl-għan li jipproduċu linji ta' gwida speċifiċi għal kull tip ta' proċess u sustanza. Dawn għandhom jikkunsidraw it-tip ta' proċess u r-rotta ta' l-applikazzjoni tas-sustanza fil-ġisem uman;
— jaħdmu biex jippromwovu donazzjonijiet volontarji u mhux imħallsa ta' sustanzi ta' oriġni umana. L-azzjonijiet għandhom jaħdmu biex jaqsmu d-data dwar il-prattiċi ta' rutina tagħhom fir-rigward tal-kumpens offrut lid-donaturi ta' sustanzi ta' oriġni umana fl-isptarijiet u fl-organizzazzjonijiet maħsuba għal dan il-għan.
2.1.3. Il-fatturi determinanti tas-saħħa – l-Artikoli 2(1)(c) u 3(2)(b)
L-attivitajiet taħt din is-sezzjoni huma maħsuba biex:
— isostnu l-istrateġiji politiċi u l-attivitajiet ta' l-UE fir-rigward tal-fatturi determinanti fil-qasam tas-saħħa,
— jappoġġjaw azzjonijiet biex jipprovdu u jkun hemm skambju ta' l-aħjar prattika,
— jippromwovu metodi ċari u integrativi fost diversi fatturi determinanti fil-qasam tas-saħħa u jieħdu l-massimu mill-isforzi tal-pajjiżi.
Fl-2007, il-prijorità se tingħata lil proġetti marbuta ma' u li jappoġġjaw l-istrateġiji politiċi ta' l-UE u l-istrateġiji dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa, b’mod partikolari dwar is-saħħa mentali, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, it-tabakk, l-alkoħol, id-drogi u l-ambjent u s-saħħa. Se jkun hemm attenzjoni partikolari għal proġetti li jindirizzaw prattika tajba fit-twassil ta' ħiliet relatati mas-saħħa, b’mod partikolari għat-tfal u ż-żgħażagħ, u li jkopru fatturi ta' riskju u fatturi protettivi b’impatt fuq il-mod ta' l-għajxien u l-imġiba. Il-proġetti għandhom ukoll jevidenzjaw li huma konxji tal-konsiderazzjonijiet soċjo-ekonomiċi u għandhom jikkontribwixxu biex inaqqsu l-inugwaljanza fil-qasam tas-saħħa.
Il-prijoritajiet identifikati għall-2007 huma kif ġej:
2.1.3.1.
Il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:
— l-iżvilupp ta' strateġiji innovattivi u ta' l-aħjar prattiċi li jikkonċernaw metodi ta' prevenzjoni u twaqqif b’attenzjoni partikolari fuq iż-żgħażagħ u l-popolazzjoni li taħdem;
— it-tipjip passiv: l-evalwazzjoni ta' l-impatt ta' l-istrateġiji politiċi dwar in-nuqqas ta' tipjip fl-Istati Membri fir-rigward ta' l-espożizzjoni għal tipjip ta' xi ħaddieħor u għall-konsum tat-tabakk;
— il-kontroll tal-Prodotti tat-Tabakk: il-ħidma fuq l-effettività, l-infurzar u l-iżvilupp ta' miżuri ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll tat-tabakk, b’mod partikolari fuq ingredjenti tat-tabakk, kontroll ta' emissjonijiet u informazzjoni pubblika f’dak li għandu x’jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC) fuq il-livell ta' l-UE.
L-Attivitajiet relatati ma' l-alkoħol se jkunu marbuta mal-metodu strateġiku ewlieni li jnaqqas il-ħsara relatata ma' l-alkoħol, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija ta' l-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara relatata ma' l-alkoħol ( 25 ).
Il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:
— l-iżvilupp ta' metodoloġija standardizzata ta' analiżi tal-benefiċċju ta' l-ispejjeż fir-rigward ta' l-istrateġiji politiċi dwar l-alkoħol sabiex ikun evalwat l-impatt ekonomiku ta' l-istrateġiji politiċi eżistenti dwar l-alkoħol fl-UE;
— l-iżvilupp ta' servejs standardizzati u komparattivi dwar ix-xorb qawwi, il-binge-drinking (xorb qawwi ta' kultant), is-sokor, il-kuntest tax-xorb, id-dipendenza mill-alkoħol u l-konsum mhux reġistrat;
— il-ġbir ta' l-aħjar prattiċi ta' strateġiji għall-post tax-xogħol sabiex jitnaqqas l-impatt tal-konsum ħażin u perikoluż ta' l-alkoħol fuq l-ekonomija (eż. jitnaqqas l-assenteiżmu, ix-xorb matul il-ħinijiet tax-xogħol, ix-xogħol waqt li wieħed ikun qed ibati bil-hangover u l-qgħad);
— in-netwerking, l-evalwazzjoni u l-ġbir ta' l-aħjar prattiċi dwar proġetti komunitarji ta' mobilizzazzjoni u intervenzjoni li jkollhom riżorsi tajbin, u li jkunu jinvolvu setturi u msieħba differenti sabiex jinħolqu ambjenti aktar siguri fir-rigward tax-xorb.
— l-appoġġ għall-iżvilupp ta' l-aħjar prattika fir-reklamar, l-awto-regolazzjoni u l-monitoraġġ.
Skond l-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar id-Drogi u r-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar id-Drogi ( 26 ), il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:
— l-iżvilupp u t-titjib ta' programmi ta' prevenzjoni, li jikkunsidraw id-differenzi bejn is-sessi u li għandhom postijiet speċifiċi bħala l-mira tagħhom (eż. il-postijiet tax-xogħol);
— l-implimentazzjoni u s-sostenibbiltà ta' programmi għat-tnaqqis tal-ħsara fost gruppi vulnerabbli sabiex ikun evitat it-tixrid ta' mard infettiv (eż. it-tuberkolożi, l-epatite, l-HIV/AIDS) fost ħabsin, persuni li jittaqqbu għad-drogi (IDUs – injection drug users) u s-sħab sesswali tagħhom u anke l-infezzjonijiet li jgħaddu mill-omm għall-wild;
— l-iżvilupp ta' l-aħjar prattiċi sabiex ikun imtejjeb l-aċċess għas-servizzi soċjali, psikoloġiċi u mediċi għal min juża d-droġa, b’attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ;
— l-iżvilupp u t-titjib ta' taħriġ għal professjonisti li jaħdmu mill-qrib ma' min juża d-droga (eż. is-servizzi ta' l-emerġenza).
2.1.3.2.
Fir-rigward tan-nutrizzjoni u l-attività fiżika, bħala tħejjija u appoġġ għall-“White Paper dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika” li se toħroġ dalwaqt u għar-“Rapport dwar il-Kontribuzzjonijiet għall-Green Paper” ippubblikat fil-11 ta' Settembru 2006, il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:
— prattiċi tajbin fi programmi edukattivi dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, inkluż fl-iskejjel;
— appoġġ pilota għal inizjattivi kollaborattivi ta' diversi partijiet involuti fir-rigward ta' mod ta' għajxien b’saħħtu fil-komunitajiet b’attenzjoni partikolari fuq gruppi vulnerabbli speċifiċi, speċjalment it-tfal;
— l-effettività ta' azzjonijiet biex tkun mibdula l-imġiba tal-konsumatur fir-rigward ta' l-għażla ta' l-ikel u l-attività fiżika;
— l-evalwazzjoni (valutazzjonijiet ta' l-impatt fuq is-saħħa/analiżi tal-benefiċċji fil-konfront ta' l-ispejjeż) ta' l-istrateġiji politiċi u tal-miżuri;
— evidenza jew għodod li jappoġġjaw it-twettiq ta' strateġiji politiċi fil-qasam tal-bejgħ ta' l-ikel għat-tfal;
— it-tisħiħ ta' l-attività fiżika permezz tal-ħolqien ta' ambjenti sani u bl-involviment ta' setturi oħra (eż. l-ippjanar, it-trasport u l-bini urban).
Fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' saħħa li għandhom x’jaqsmu ma' l-HIV/AIDS u s-sess u r-riproduzzjoni, skond il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS ( 27 ), il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet dwar:
— it-tixrid preżenti ta' HIV fost irġiel li jkollhom x’jaqsmu sesswalment ma' irġiel oħra (MSM) fl-Ewropa billi jinħolqu netwerks, f’kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-ECDC u korpi oħra rilevanti Ewropej, bħala sostenn għal strateġija ta' komunikazzjoni favur il-prevenzjoni permezz ta' l-użu ta' mekkaniżmi mmirati u innovattivi;
— metodi għall-iskambju u t-tixrid ta' esperjenzi nazzjonali u internazzjonali sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-HIV/AIDS u s-saħħa sesswali;
— l-identifikazzjoni ta' prattika tajba u gwida dwar konsulenza u ttestjar volontarju ta' l-HIV, filwaqt li tkun ikkunsidrata d-diversità ta' gruppi vulnerabbli speċifiċi (bħalma huma ż-żgħażagħ, il-popolazzjonijiet emigranti, min juża d-drogi);
— l-identifikazzjoni u t-tixrid ta' prattika tajba relatata ma' attivitajiet li jnaqqsu l-ħsara (prevenzjoni, trattament, kura u appoġġ) b’attenzjoni partikolari fuq gruppi vulnerabbli b’mod speċjali fuq persuni li jieħdu d-droga;
— strateġiji innovattivi biex jippromwovu sess aktar sigur fost l-adolexxenti u l-popolazzjonijiet b’riskju għoli, inkluż aċċess għal servizzi mmirati, u iktar għarfien dwar infezzjonijiet li jixterdu sesswalment u dwar il-prevenzjoni tagħhom.
Fir-rigward ta' l-attivitajiet relatati mas-saħħa mentali ibbażati fuq l-orjentazzjonijiet stabbiliti fl-istrateġija ta' l-UE dwar is-saħħa mentali ( 28 ); il-proposti tal-proġetti għandhom jiffukaw fuq:
— l-iżvilupp ta' mekkaniżmu għall-identifikazzjoni u r-reviżjoni ta' prattika tajba, li tintegra għarfien minn proġetti eżistenti, u li tinkludi miżuri li jkabbru r-rikonoxximent viżibbli ta' prattika ta' tmexxija fil-promozzjoni tas-saħħa mentali, fil-prevenzjoni tal-mard mentali, fil-ġlieda kontra l-istigma, filwaqt li jkunu promossi l-inklużjoni u d-drittijiet umani ta' persuni bi problemi ta' saħħa mentali;
— l-appoġġ għat-tmexxija u n-netwerking għal integrazzjoni wiesgħa ta' promozzjoni tas-saħħa mentali u prevenzjoni tal-mard mentali fuq il-post tax-xogħol, bit-tisħiħ ta' bilanċ pożittiv bejn is-saħħa mentali u l-ħajja tax-xogħol;
— il-preżentazzjoni tal-bażi ta' l-evidenza għall-effettività ta' l-investiment sabiex ikun hemm promozzjoni tas-saħħa mentali u prevenzjoni tal-mard mentali.
2.1.3.3.
Il-fatturi determinanti soċjali ta' l-attivitajiet tas-saħħa se jikkonċentraw fuq l-iżvilupp tal-politika, il-metodi innovattivi u l-evalwazzjoni u se jiffukaw fuq:
— l-iskambju ta' prattika tajba dwar il-ħolqien ta' kuxjenza, inkluż l-iżvilupp ta' pjattaformi/netwerks jew mekkaniżmi komprensivi simili li jinkludi diversi persuni involuti;
— id-dokumentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' prattika tajba fit-trattament ta' kwistjonijiet ta' aċċess għall-kura tas-saħħa u d-differenzi fir-riżultati tal-kura tas-saħħa skond il-grupp soċjali;
— metodi innovattivi sabiex ikunu indirizzati kwistjonijiet migranti ta' saħħa;
— l-iskambju u l-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet għal prattika tajba fil-promozzjoni tas-saħħa fil-post tax-xogħol, b’attenzjoni speċjali fuq impjegati aktar anzjani u fuq it-titwil tal-karrieri tax-xogħol. Dan se jipprova jintlaħaq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-politika tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
L-attivitajiet dwar fatturi determinanti ambjentali, b’mod konformi mal-Pjan ta' azzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa ( 29 ), se jiffukaw fuq azzjonijiet ta' saħħa pubblika li jiżviluppaw netwerks għall-ġbir ta' l-aħjar prattiċi, linji ta' gwida u miżuri ta' rimedju fuq livell nazzjonali u lokali, fir-rigward tal-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa b’inklużjoni ta' l-analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji. B’mod partikolari se jkollhom fil-mira tagħhom:
— miżuri preventivi u ta' rimedju sabiex titnaqqas l-espożizzjoni għar-radon;
— miżuri ta' rimedju li jkollhom l-għan li jtejbu l-ventilazzjoni, b’mod partikolari fl-iskejjel;
— l-użu u l-manutenzjoni ta' apparati ta' kombustjoni;
— l-umdità u t-tixrib tan-nida fil-bini.
2.1.3.4.
Il-proposti għall-proġetti dwar il-prevenzjoni tal-mard għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp ta' linji ta' gwida u ta' rakkomandazzjonijiet ta' l-aħjar prattiċi sabiex ikun indirizzat il-mard ewlieni li jirrigwardja s-saħħa pubblika, bħalma hu l-kanċer, id-dijabete u l-mard respiratorju, filwaqt li kollox ikompli jinbena fuq il-ħidma eżistenti.
Il-proġetti dwar il-prevenzjoni ta' korrimenti għandhom jagħtu prijorità lil:
— l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' skemi ta' amministrazzjoni tas-sigurtà għal attivitajiet sportivi ta' riskju għoli, f’kollaborazzjoni ma' assoċjazzjonijiet sportivi Ewropej;
— l-iżvilupp ta' għodod maħsuba għall-azzjoni, f’kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ( 30 ), sabiex tkun indirizzata l-prevenzjoni tal-korrimenti fost l-impjegati żgħażagħ;
— l-appoġġ lil azzjonijiet implimentattivi favur l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' azzjoni dwar is-sigurtà tat-tfal, b’enfażi fuq id-difiża tal-prinċipju u l-komunikazzjoni intensiva;
— il-promozzjoni ta' l-iskambju ta' informazzjoni u għarfien permezz ta' panels ta' esperti, ta' konsultazzjoni u billi jkun provdut tip sostenibbli ta' “aġenzija li tiġbor u tqassam l-informazzjoni” dwar il-prattiċi tajba.
2.1.3.5.
Se tingħata prijorità lil:
— il-promozzjoni ta' kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi dwar il-kontenut komuni ta' korsijiet u moduli Ewropej ta' taħriġ f’oqsma ewlenin tas-saħħa pubblika u lill-iżvilupp ta' kurrikula apposta ta' taħriġ għal ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u għal professjonisti oħra involuti fis-servizzi tas-saħħa mentali;
— appoġġ fi żmien qasir għall-iżvilupp tal-kapaċità ta' netwerks Ewropej magħżula li jkollhom importanza kbira fir-rigward tas-saħħa pubblika u li jilħqu numru sinifikanti ta' Ewropej sabiex jegħlbu xi dgħufija speċifika ġeografika jew ta' żvilupp. Se tingħata attenzjoni speċifika lil kapaċità ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam ta' l-HIV/AIDS sabiex tkun appoġġjata l-integrazzjoni u l-adeżjoni ta' Persuni li Jgħixu bl-HIV u l-AIDS (PLWHA – People Living with HIV and AIDS) fi programmi ta' trattament anti-retrovirali.
2.2. Is-sejħiet għall-offerti
Ix-xiri tas-servizzi għandu jiġu ffinanzjat taħt l-entraturi tal-baġit 17 03 01 01 u 17 01 04 02. L-ammont indikattiv totali għas-sejħiet għal offerti jitla’ sa EUR 5 324 000.
Sa Frar 2007 (data indikattiva) għandha tkun adottata deċiżjoni finanzjarja addizzjonali għall-kuntratti tal-ksib tas-servizzi.
Ġew identifikati l-oqsma ta' ħidma li ġejjin:
L-INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦA
(1) ir-reviżjoni u l-aġġornament tar-Rapport ta' Implimentazzjoni fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni ta' l-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) ( 31 );
(2) l-appoġġ għal servejs pilota ad hoc bl-użu ta' l-istħarriġ ta' l-Ewrobarometru;
(3) ir-rapportar fuq l-integrazzjoni ta' rekwiżiti ta' protezzjoni tas-saħħa fit-titoli differenti ta' l-istrateġiji tal-Komunità, inkluż il-metodoloġiji għall-valutazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa li diġà ġew żviluppati fuq livell Komunitarju;
(4) l-amministrazzjoni, l-editjar, l-aġġornament u l-iżvilupp tal-portal tas-saħħa ta' l-UE;
(5) il-komunikazzjoni dwar il-Programm tas-Saħħa Pubblika
(6) l-appoġġ għat-twaqqif ta' segretarjati xjentifiċi
(7) is-sigurtà tal-pazjent: it-twaqqif ta' netwerk ġenerali integrat sabiex itejjeb il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjent, b’attenzjoni partikolari fuq il-kulturi, it-tmexxija u l-awtorità klinika, il-mekkaniżmi ta' rappurtar u ta' tagħlim, l-iskambju ta' l-aħjar prattiċi u l-involviment tal-persuni involuti.
IT-THEDDIDIET TAS-SAĦĦA
(1) It-twaqqif ta' pjattaformi għall-preparazzjoni, it-twettiq u l-evalwazzjoni ta' eżerċizzji, l-organizzazzjoni ta' taħriġ dwar għodod għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-iżvilupp ta' għodod ta' l-IT fil-qasam tal-preparazzjoni u l-organizzazzjoni ta' workshops speċjalizzati.
(2) Il-preżentazzjoni u l-karatterizzazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti fir-rigward tal-laboratorji ta' referenza, inkluż l-istudji dwar il-fattibilità, sabiex ikun hemm identifikazzjoni aħjar u aktar kredibbli u fil-ħin ta' varjanti tal-virus ta' l-influwenza u sabiex ikun hemm ukoll standards ta' l-UE dwar patoġeni partikolarment rilevanti, inkluż il-forniment ta' riżorsi tekniċi u dijanjostiċi essenzjali.
(3) L-iżvilupp ta' Gwida dwar prattika tajba għal stabbilimenti li jaħdmu fil-kwalità fil-qasam tas-sustanzi ta' oriġni umana.
IL-FATTURI DETERMINANTI TAS-SAĦĦA
(1) L-evalwazzjoni tar-riżultat tat-twissijiet testwali u bl-istampi fil-qasam tas-saħħa li qed jintużaw fl-Istati Membri u l-iżvilupp ta' iktar settijiet ta' twissijiet testwali u bl-istampi;
(2) L-appoġġ għal servizzi għat-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' netwerking fost il-persuni involuti u għal proċessi ta' konsultazzjoni fir-rigward tal-fatturi determinanti tas-saħħa, b’mod partikolari dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika, l-alkoħol, is-saħħa mentali u l-HIV/AIDS;
(3) Is-saħħa mentali: L-Istudju Il-bażi ta' l-evidenza għall-effettività ta' l-investiment sabiex ikun hemm promozzjoni tas-saħħa mentali u prevenzjoni tal-mard mentali;
(4) Il-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' strateġiji nazzjonali u sotto-nazzjonali dwar il-fatturi determinanti tas-saħħa (b’mod partikolari l-HIV/AIDS u n-nutrizzjoni u l-attività fiżika);
(5) Strixxa ambjentali tas-saħħa: l-iżvilupp ta' għodda ta' informazzjoni bbażata fuq l-internet dwar il-kwalità ta' l-arja ta' ġewwa.
Minbarra l-prijoritajiet imsemmija hawn fuq, ġiet identifikata ħtieġa ewlenija għall-koordinazzjoni ta' l-input ta' l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi fl-inizjattivi tas-saħħa fuq il-livell ta' l-UE; kemm fi pjattaformi stabbiliti kif ukoll f’inizjattivi oħra, dwar suġġetti bħalma huma n-nutrizzjoni u l-attività fiżika, l-alkoħol, is-servizzi tas-saħħa, is-saħħa mentali, il-farmaċewtiċi u s-saħħa, eċċ.
2.3. Il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali
2.3.1. L-oqsma għall-kooperazzjoni fl-2007
Skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika u l-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) se titfittex li tintlaħaq matul il-kors tal-programm f’koordinazzjoni ma’ servizzi tal-Kummissjoni li jitrattaw l-istess suġġetti.
Il-kooperazzjoni mal-WHO se tiġi mwettqa b’konformità ma’:
— ‘Il-ftehim bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-Komunità Ewropea fuq il-prinċipji li japplikaw għall-finanzjament jew il-ko-finanzjament mill-Komunità tal-programmi u l-proġetti amministrati min-Nazzjonijiet Uniti’ li daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Awwissu 1999, u l-Ftehim tal-Klawsola ta’ Verifika bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995, kif emendat;
— L-iskambju ta’ korrispondenza bejn il-WHO u l-Kummissjoni Ewropea li jikkonċerna l-konsolidazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni (inkluż il-memorandum dwar il-qafas u l-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn il-WHO u l-Kummissjoni Ewropea li jifforma parti mill-iskambju ta’ ittri).
— L-assistenza finanzjarja mill-Kummissjoni Ewropea għall-attivitajiet imwettqa mill-WHO għandha, kemm-il darba ma jiġix miftiehem xort’oħra f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tingħata skond il-Ftehim tal-Qafas Finanzjarju u Amministrattiv bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti, li daħal fis-seħħ fid-29 ta’ April 2003 (adeżjoni mill-WHO fil-11 ta’ Diċembru 2003).
Wara t-taħdita li seħħet mal-WHO, ġew identifikati l-oqsma ta’ prijorità tat-tibdil fil-klima/ambjent, in-nutrizzjoni u s-sorveljanza ta’ l-attività fiżika, u s-saħħa mentali.
— It-tibdil fil-klima/l-ambjent u t-tagħrif dwar is-saħħa biex jiġi implimentat l-Istrument ta’ Appoġġ għad-Deċiżjoni dwar it-Tagħrif fuq il-Klima għas-Sħana fl-Ewropa bħala Sistema ta’ Twissija għas-Saħħa dwar is-Sħana ta’ l-UE għat-tbassir ta’ eventi ta’ sħana fl-Ewropa.
— Sorveljanza dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika biex jingħaqdu flimkien id-databases, jiġi aġġornat il-kontenut tagħhom u jiġi pprovdut appoġġ lill-Istati Membri għall-istandardizzazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tat-tagħrif miġbur mill-Kummissjoni u l-WHO.
— Is-saħħa mentali. Isir rendikont tar-rikkezza ta’ esperjenza u ta’ inizjattivi fil-promozzjoni tas-saħħa mentali, il-prevenzjoni tat-taqlib mentali u l-inklużjoni soċjali ta’ nies bi problemi ta’ saħħa mentali fil-pajjiżi fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, jiġu identifikati u jingħataw appoġġ il-mexxeja kredibbli fis-settur tas-saħħa u jiġi identifikat il-vojt fl-evidenza fejn hemm ħtieġa ta’ aktar riċerka.
L-azzjonijiet meħuda se jevitaw kull xogħol żejjed jew duplikat ma’ attivitajiet oħra ffinanzjati mill-Komunità, b’mod partikolari azzjonijiet oħra ffinanzjati taħt il-programm ta’ saħħa pubblika.
Hemm il-ħsieb ta’ negozjat għalih ma’ l-IARC għal proġett għall-iżvilupp ta’ l-Istudju Prospettiv tan-Nutrizzjoni u l-Kanċer Ewropew (EPIC) u n-Netwerk ta’ Reġistri dwar il-Kanċer Ewropew (ENCR), biex jiġi aġġornat il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer u jitħejja Atlas dwar il-Mortalità mill-Kanċer fl-Unjoni Ewropea bl-użu ta’ l-aktar data reċenti dwar il-mortalità. ( 32 )
2.3.2. L-iffinanzjar
Il-fondi għal azzjonijiet ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq jistgħu jiġu allokati biss permezz ta’ ftehimiet ta’ konċessjoni diretta. Il-ftehimiet għal għotjiet diretti jtejbu s-sinerġiji u s-sensibilità tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn l-azzjonijiet jitwettqu flimkien. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ċerti kapaċitajiet marbuta mal-missjonijiet u r-responsabilitajiet speċifiċi tagħhom, li jagħmluhom partikolarment ikkwalifikati biex iwettqu wħud mill-azzjonijiet stabbiliti f’dan il-Programm ta’ Ħidma u li għalihom ftehimiet għal għotjiet diretti huma kkunsidrati bħala l-proċedura l-aktar xierqa.
L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jitla’ sa 60 % għal kull organizzazzjoni ta’ l-ispejjeż eleġibbli għall-proġetti kkunsidrati. Il-Kummissjoni tiddetermina f’kull każ individwali l-perċentwali massima li tingħata.
L-għotjiet Diretti għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja tal-baġit 17 03 01 01; l-ammont indikattiv għall-għotjiet diretti huwa stmat li jlaħħaq għal EUR 2 550 000. Dan l-ammont jista’ jiżdied skond l-approprjazzjonijiet mhux użati disponibbli taħt il-baġit operattiv.
2.4. Il-Kumitati Xjentifiċi
Il-Kumitati Xjentifiċi li huma rilevanti għall-Programm tas-Saħħa Pubblika għandhom ikunu finanzjati taħt il-Punt tal-Baġit 17 03 01 01.
Ammont totali ta' EUR 254 000 se jkun assenjat għall-ħlas ta' għoti ta' flus lill-parteċipanti f’laqgħat relatati mal-ħidma tal-kumitati xjentifiċi u tar-relaturi għall-ġbir ta' l-opinjonijiet tal-kumitat xjentifiku, fil-qafas tal-Kumitati Xjentifiċi ( 33 ). Dawn l-għotjiet ta' flus se jkopru l-oqsma kollha rilevanti għall-Programm tas-Saħħa Pubblika, jiġifieri 100 % ta' l-ispejjeż għax-SCHER (Scientific Committee on Health and Environmental Risks – Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u r-Riskji Ambjentali) u 50 % (bħala persentaġġ indikattiv) ta' l-ispejjeż għax-SCENIHR (Scientific Committee on Emerging and Newly Identified Health Risks – Kumitat Xjentifiku dwar Riskji tas-Saħħa li Qed Jiżviluppaw u dawk Idetifikati Reċentement) u għall-Koordinazzjoni.
2.5. Is-sotto-delegazzjoni għad-Direttorat Ġenerali Eurostat
Sotto-delegazzjoni għal ammont massimu ta' EUR 400 000, taħt il-Punt tal-Baġit 17 03 01 01, se tingħata lid-Direttorat Ġenerali Eurostat (Eurostat) għall-iskop ta' appoġġ lil:
(1) awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika fl-implimentazzjoni fl-2007-2008 tal-moduli ewlenin ta' l-Istħarriġ Ewropew bl-Intervisti dwar is-Saħħa (kif definit fil-Programm Statistiku għall-2007);
(2) awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika fl-implimentazzjoni u f’iktar espansjoni tas-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa fl-UE (f’kooperazzjoni ma' l-OECD u l-WHO).
ANNESS II
L-eliġibilità ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien
Dawn il-linji ta' gwida japplikaw għar-rimborż ta' spejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien:
— ta' ħaddiema impjegati mill-benefiċjarju (il-benefiċjarji ewlenin jew assoċjati) ta' l-għotjiet u l-esperti mistiedna mill-benefiċjarju biex jieħdu sehem fil-gruppi ta' ħidma;
— meta jkun provdut dan b'mod espliċitu fil-kuntratti tas-servizzi.
|
(1) |
L-għotjiet ta' flus b'rata fissa għall-għajxien ikopru l-ispejjeż kollha għall-għajxien matul missjonijiet, inkluż il-lukandi, ir-restoranti u t-trasport lokali (it-taxis u/jew it-trasport pubbliku). Dawn japplikaw għal kull ġurnata tal-missjoni f'distanza minima ta' 100 km mill-post normali tax-xogħol. L-għotjiet ta' flus għall-għajxien ivarjaw skond il-pajjiż li fih tkun qed titwettaq il-missjoni. Ir-rati ta' kuljum jikkorrispondu għas-somma ta' l-għotja ta' kuljum u l-prezz massimu tal-lukanda stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1313 ( 34 ) skond kif emendata. |
|
(2) |
Il-missjonijiet f'pajjiżi li m'humiex fost il-25 membru ta' l-UE, fost il-pajjiżi ta' l-Adeżjoni u dawk Applikanti u fost il-pajjiżi ta' l-EFTA-ŻEE se jkunu suġġetti għal ftehim preċedenti tal-Kummissjoni. Dan il-ftehim se jkun jirrigwardja l-għanijiet tal-missjoni, l-ispejjeż u r-raġunijiet li għalihom tkun se titwettaq din il-missjoni. |
|
(3) |
L-ispejjeż għall-ivvjaġġar huma eleġibbli taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin: — l-ivvjaġġar mir-rotta l-iktar diretta u l-iktar ekonomika; — distanza ta' mill-inqas 100 km bejn il-post tal-laqgħa u l-post normali tax-xogħol; — l-ivvjaġġar bil-ferrovija: fl-ogħla klassi; — l-ivvjaġġar bl-ajru: fil-klassi ekonomika, kemm-il darba ma tkunx tista' tintuża xi tariffa irħas (eż. Apex); l-ivvjaġġar bl-ajru huwa permess biss għal vjaġġi bir-ritorn ta' iktar minn 800 km; — l-ivvjaġġar bil-karozza: rimborż fuq il-bażi ta' l-ekwivalent tan-noll tal-ferrovija fl-ogħla klassi. |
( 1 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
( 2 ) ĠU Nru L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).
( 3 ) ĠU L 201, 02.08.2005, p. 3.
( 4 ) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).
( 5 ) ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
( 6 ) NB: L-atti legali kkusotati f'dan id-dokument huma, meta hu xieraq, l-aħħar verżonijiet emendati.
Ara http://europa.eu.int/comm/health/ph_projects/project_en.htm
( 7 ) COM(2006)234 finali ta' l-24.5.2006.
( 8 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73).
( 9 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/834/KE (ĠU L 294, 29.12.2002, p. 1). Is-6 Programm Qafas proġetti relatati mas-saħħa taħt l-Appoġġ Xjentifiku għall-Istrateġiji Politiċi – is-sit web tal-CORDIS: http://www.cordis.lu/lifescihealth/ssp.htm
( 10 ) Għandu jingħad li taħt is-sejħiet li se jiġu ppubblikati fil-bidu ta' l-2007 fis-7 Programm Qafas li jmiss tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, se jkun hemm suġġetti b'referenza partikolari għas-saħħa pubblika fit-taqsima “Intejbu t-Twettiq tal-Kura tas-Saħħa għaċ-Ċittadini Ewropej”.
( 11 ) Għad-dettalji a http://ec.europa.eu/health/ph_information/indicators/lifeyears_calcul_en.htm
( 12 ) http://ec.europa.eu/health/ph_projects/2005/action1/action1_2005_full_en.htm#20
( 13 ) Dan huwa l-każ tad-dijabete, il-mard mentali, is-saħħa orali, l-ażżma u l-mard kroniku li jostakola n-nifs, il-mard muskolo-skeletriku (b'attenzjoni partikolari fuq l-osteoporożi u l-mard ta' l-artrite u r-rewmatiżmu) u l-mard kardjovaskulari.
( 14 ) Dan jinkludi l-marda tal-Parkinson, l-Isklerożi Multipla l-Epilessija l-Isklerożi Amjotrofika laterali l-ADHD – Attention Deficit Hyperactivity Disorders ir-Ritard Konjittiv u t-tfixkil tal-funzjonijiet taċ-ċaqliq, dawk perċettivi, tal-lingwa u dawk soċjo-emozzjonali, il-mard ematoloġiku, (inkluż l-emofilja), il-mard immunoloġiku, l-allerġiji minbarra l-ażżma il-mard ġenito-urinarju il-mard gastro-enteroloġiku il-mard krinoloġiku il-mard fil-widnejn, l-imnieħer u l-gerżuma il-mard oftalmoloġiku u dermatoloġiku kif ukoll il-mard relatat ma' fatturi ambjentali. Se jinkludi ukoll attakki ta' puplesija uġigħ ta' ras, u uġigħ kroniku (eż. is-Sindrome ta' Għeja Kronika u l-Fibromjalġja.
( 15 ) https://webgate.cec.eu.int/idb/
( 16 ) http://ec.europa.eu/health-eu/
( 17 ) http://cordis.europa.eu/innovation/en/policy/cip.htm#adoption u COM (2004) 356 finali “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni eHealth – intejbu l-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej: Pjan ta' azzjoni għal Żona Ewropea ta' eHealth”.
( 18 ) http://ec.europa.eu/health/ph_projects/2005/action1/action1_2005_full_en.htm#13
( 19 ) Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE. (ĠU L 21, 26.01.2000, p. 32).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE. (ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE. (ĠU L 86, 3.4.2002, p. 44).
( 20 ) Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 30.04.2004, p. 1).
( 21 ) Ara: http://europa.eu.int/comm/health/ph_threats/Bioterrorisme/bioterrorism01_en.pdf
( 22 ) Ara ukoll l-Appoġġ Xjentifiku FP6 għall-Istrateġiji Politiċi, il-5 sejħa, SSP-5B INFLUENZA.
( 23 ) Ara: http://www.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA58/WHA58_3-en.pdf
( 24 ) Ara n-nota tal-qiegħ 11.
( 25 ) COM (2006) 625 ta' l-24.10.2006.
( 26 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/488/KE (ĠU L 165, 3.7.2003 p. 31).
( 27 ) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (COM(2005) 654 finali tal-15.12.2005).
( 28 ) Il-Green paper“Nippromwovu s-saħħa mentali tal-popolazzjoni Lejn strateġija dwar is-saħħa mentali għall-UE” (COM(2005) 484 finali ta’ l-14.10.2005).
( 29 ) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew dwar l-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM (2004) 416 finali tad-9.6.2004).
( 30 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1).
( 31 ) ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.
( 32 ) http://ec.europa.eu/health/ph_international/int_organisations/who_en.htm
( 33 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).
( 34 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar dispożizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni li jadottaw il-Gwida għal missjonijiet ta' uffiċjali u impjegati tal-Kummissjoni Ewropea.