Official Journal L 177 , 30/06/2001 P. 0041 - 0043
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1318/2001 tad-29 ta’ Ġunju 2001 li jadotta il-bilanċ u jiffissa l-għajnuna għall-provvediment ta’ prodotti mis-sezzjoni tal-bajd u laħam tat-tjur domestiku lill-gżejjer Canary skond arranġamenti provduti fl-Artikli 2,3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 rigward miżuri speċifiċi għall-gżejjer Canary f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti prodotti agrikoli [1], hekk kif ġie amendat mir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 [2] u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(4) tiegħu, Billi: (1) Fl-applikazzjoni tal-Artikli 2,3 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 huwa neċessarju li fuq naħa tiġi determinata, għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur domestiku u għas-sena tas-suq 2001/02, l-kwantità ta’ laħam u bajd ta’ l-estimazzjoni tal-bilanċ ta’ provvisti li tibbenefika minn eżenzjoni mid-dwana ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi jew minn għajnuna għal kunsinja li toriġina fil-bqija tal-Komunità, u fuq in-naħa l-oħra, il-kwantitajiet ta’ materjal għat-trobbija li joriġinaw fil-Komunità u li jibbenifikaw minn għajnuna bil-għan li jkun hemm żvilupp ta’ potenzjal għall-produzzjoni fl-arċipelagu tal-Canaries. (2) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ għajnuniet li ssemmew hawn fuq għall-provvisti ta’ l-arċipelagu, ta’ laħam u bajd fuq naħa, u, fuq in-naħa l-oħra, ta’ materjal għat-trobbija li joriġina fil-bqija tal-Komunità. Dawn l-għajnuniet għandhom jiġu stabbiliti u wieħed għandu jikkunsidra b’mod partikulari l-ispejjeż tal-provvisti mis-suq dinji, kundizzjonijiet minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ l-arċipelagu u l-bażi tal-prezzijiet kurrenti fuq l-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi għall-annimali u l-prodotti konċernati. (3) Ir-regoli komuni u dettaljati għall-implimentazzjoni għall-provvisti ta’ċerti prodotti agrikoli għall-Gżejjer Canary ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2790/94 [3] hekk kif ġie amendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1620/1999 [4]. (4) L-arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi qed tinżamm milli titwettaq u sabiex jiġi evitat xi qtugħ fl-applikazzjoni ta’ arranġamenti ta’ provvisti speċifiċi, il-bilanċ tal-provvisti għandu jiġi stabbilit fil-perijodu ta’ l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2001. (5) Sussegwenti għar-Regolament (KEE) Nru 1601/92, l-arranġamenti tal-provvisti japplikaw mill-1 ta’ Lulju; filwaqt li l-provvedimenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibdew jitwettqu mill-ewwel. (6) Il-miżuri provduti għal dan ir-Regolament qegħdin bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam tat-tjur domestiku u Bajd. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92, il-kwantitajiet ta’ l-estimu tal-bilanċ tal-provvisti mis-sezzjonijiet tal-bajd u laħam tat-tjur domestiku li jibbenefikaw mill-eżenzjoni mid-dwana ta’ l-importazzjoni fuq prodotti, jew li jibbenifikaw mill-għajnuna tal-Komunità għall-prodotti li ġejjin mill-bqija tal-Komunità, se jkunu hekk kif ġew stabbiliti fl-Anness 1 ta’ dak ir-Regolament. L- Artikolu 2 1. Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 160192 l-għajnuna għall-prodotti inklużi fl-estimu tal-bilanċ tal-provvisti u li ġejja mis-suq tal-Komunità għandha tiġi stabbilita fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. 2. Prodotti li jibbenifikaw mill-għajnuna għandhom ikunu speċifikati skond il-provvedimenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 [5] u b’mod partikulari Setturi 8 u 9 ta’ l-Anness ta’ dak ir-Regolament. L- Artikolu 3 L-għajnuna provduta fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 għall-provvisti ta’ materjal għat-trobbija li jikkonsisti fi tjur domestiku lill-Gżejjer Canary. Dan il-materjal joriġina mill-Komunità kif ukoll in-numru ta’ flieles u bajd ta’ tfaqqis li jibbenifikaw minn dik l-għajnuna li għandha tkun iffissata fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament. L- Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2001. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Ġunju 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13. [2] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2. [3] ĠU L 296, tas-17.11.1994, p. 23. [4] ĠU L 192, ta’ l-24.7.1999, p. 19. [5] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Estimu tal-bilanċ tal-provvisti għall-Gżejjer Canary rigward il-prodotti mis-setturi tal-bajd u laħam tat-tjur domestiku għaż-żmien l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2001. (in tonnes) | Kodiċi CN | Deskrizzjoni tal-materjal | Kwantità | ex0207 | Laħam u skart li jittiekel, friżat, tat-tjur domestiku fit-titlu Nru 0105, minbarra prodotti li huma fit-titlu sekondarju 020723 | 18600 | ex0408 | Bajd ta' l-għasafar, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, nixfin, kemm jekk għandhom żieda ta' zokkor, jew ħlewwiet oħra, u kemm jekk le, adattati għall-ikkunsmar. | 100 | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Ammonti ta' għajnuna mogħtija għal prodotti mis-suq tal-Komunità Nota: Il-kodiċi tal-prodotti u l- footnotes huma definiti fir-Regolament (KEE) Nru 384687. (EUR/100 kg) | Kodiċi tal-prodott | Ammonti ta' għajnuna | 020712109900 | 20 | 020712909190 | 20 | 020712909990 | 20 | 020714209900 | 5 | 020714609900 | 5 | 020714709190 | 5 | 020714709290 | 5 | 040811809100 | 30 | 040891809100 | 33 | -------------------------------------------------- L-ANNESS III Provvisti lill-gżejjer Canary ta' materjal għat-trobbija li joriġina fil-Komunità għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2001 – flieles u bajd ta' tfaqqis. (EUR/100 units) | Kodiċi CN | Deskrizzjoni tal-materjal | Numru | Għajnuna | ex010511 | Provvista ta' flieles ġenituri jew nanniet | 50 000 | 1,0 | ex04070019 | Bajd ta' tfaqqis għall-produzzjoni ta' provvisti ta' flieles ġenituri jew nanniet | 50 000 | 1,0 | --------------------------------------------------