Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2007 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/05)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti Komunitarja – Provvista ta’ servizzi għall-ġbir, għall-produzzjoni u għat-tixrid ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari tas-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea – Ċaħda ta’ l-offerta ta’ offerent – Trattament ugwali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Nuqqas ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Proċedura ta’ sejħa għal offerti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 89(1)) (ara l-punti 45-46)

2.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2)) (ara l-punti 68-69, 75, 78)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Għoti ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti (ara l-punt 89)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tal-15 ta’ April 2005 li tirrifjuta l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti maħruġa fid-19 ta’ Novembru 2004 (ĠU S 226, 2004), li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi għall-ġbir, għall-produzzjoni u għat-tixrid ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi, b’mod partikolari, tas-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul.

Dispożittiv

 

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

 

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.