|
13.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1010
tat-2 ta’ Lulju 2020
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/264 (BiH/29/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(2) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2018, il-KPS iddeċieda fil-prinċipju li l-Viċi Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali Supremi tal-Potenzi Alleati fl-Ewropa (SHAPE) jenħtieġ li jinħatar bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mid-29 ta’ Marzu 2019, dment li n-NATO jikkonferma d-disponibbiltà tiegħu. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana kkonferma d-disponibbiltà tal-Viċi Kap tal-Persunal ta’ SHAPE biex jassumi r-rwol tiegħu ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE taħt l-Arranġamenti ‘Berlin plus’, mid-29 ta’ Marzu 2019. |
|
(4) |
Fis-7 ta’ Frar 2019, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/264 (2) dwar il-ħatra tal-Viċi Kap tal-Persunal ta’ SHAPE, il-Logutenent Ġeneral Olivier RITTIMANN, bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mid-29 ta’ Marzu 2019. |
|
(5) |
Fil-15 ta’ Mejju 2020, in-NATO ddeċidiet li taħtar il-Maġġur Ġeneral Brice HOUDET bħala Viċi Kap tal-Persunal ta’ SHAPE, biex jieħu post il-Logutenent Ġeneral Olivier RITTMANN mit-18 ta’ Lulju 2020. Minn dik id-data, il-Maġġur Ġeneral Brice HOUDET jenħtieġ ukoll jieħu post il-Logutenent Ġeneral Olivier RITTMANN fil-kapaċità tiegħu bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina. |
|
(6) |
Fis-26 ta’ Mejju 2020, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea qabel li jirrakkomanda n-nomina tal-Maġġur Ġeneral Brice HOUDET bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mit-18 ta’ Lulju 2020. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/264 titħassar. |
|
(8) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. |
|
(9) |
Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen adotta dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti ‘Berlin plus’ u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma wkoll membri tan-NATO jew inkella li huma partijiet fis-‘Sħubija għall-Paċi’, u li konsegwentement ikkonkludew arranġamenti bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Maġġur Ġeneral Brice HOUDET, il-Viċi Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali Supremi tal-Potenzi Alleati fl-Ewropa (SHAPE), huwa b’dan maħtur biex jieħu post il-Logutenent Ġeneral Olivier RITTMANN bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina mit-18 ta’ Lulju 2020.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2019/264 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2020.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2019/264 tas-7 ta’ Frar 2019 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/464 (BiH/27/2019) (ĠU L 44, 15.2.2019, p. 12).