9.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 68/05)

1.   

Fl-1 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

GamaLife - Companhia de Seguros de Vida, S.A. (“GamaLife”, il-Portugall),

—

Unità tan-negozju ta’ Zurich Investments Life S.p.A. (Il-“Kumpanija fil-Mira”, l-Italja).

Gamalife takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Gamalife hija impriża tal-assikurazzjoni tal-ħajja, attiva primarjament fil-Portugall, proprjetà kollha kemm hi ta’ fondi ta’ investiment mogħtija minn Apax Partners LLP (“AP”, ir-Renju Unit).

—

Il-Kumpanija fil-Mira hija portafoll prinċipalment magħluq ta’ kuntratti tal-assikurazzjoni tal-ħajja, flimkien mal-assi, l-operazzjonijiet, il-kuntratti, l-impjegati, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet u l-obbligi rilevanti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10582 - GAMALIFE / GOING CONCERN OF ZURICH INVESTMENTS LIFE

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.