<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑450/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0450</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:824">EU:C:2013:824</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20131212">12.12.2013</DATE> — KAWŻA C‑450/12</P><P>HARK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tariffa Doganali Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Intestaturi 7307 u 7321</KEYWORD><KEYWORD>Settijiet ta’ pajpijiet għall-fuklari</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> ta’ fuklari u ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>tgħamir relatati mal-pajpijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑450/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20120919">19 ta’ Settembru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20121008">8 ta’ Ottubru 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HARK GmbH &amp; Co. KG Kamin- und Kachelofenbau</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Duisburg,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President tal-Awla, A. Rosas u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal HARK GmbH &amp; Co. KG Kamin- und Kachelofenbau, minn H.-D. Eich, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u L. Keppenne, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-intestaturi 7307 u 7321 tan-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="256" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1987">ĠU L 256, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat mir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tat-<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="291" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 291, p.1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Hark GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Hark<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u Hauptzollamt Duisburg dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ sett ta’ pajpijiet għall-fuklar kif ukoll dazji u dazji antidumping fuq l-importazzjoni ta’ dan il-prodott li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’</HT><HT TYPE="ITALIC">merkanzija</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni Internazzjonali li stabbiliet is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>, u l-Protokoll li jemendaha, tal-<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Konvenzjoni dwar is-SA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), ġew approvati f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas-<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti timpenja ruħha li n-nomenklaturi tariffarji u tal-istatistika tagħha jkunu konformi mas-SA, li tuża l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tagħha, mingħajr żidiet u mingħajr bidliet, kif ukoll il-kodiċi numeriċi relatati magħhom u li ssegwi s-sekwenza numerika tas-SA. L-istess dispożizzjoni tobbliga wkoll lill-partijiet kontraenti sabiex japplikaw ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha ta’ taqsima, ta’ kapitolu u ta’ subintestatura tagħha u sabiex ma jemendawx il-portata tat-taqsimiet, kapitoli, intestaturi u subintestaturi tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, imwaqqaf permezz tal-Konvenzjoni dwar il-ħolqien tal-imsemmi kunsill, konkluża fi Brussell fil-<DATE ISO="19501215">15 ta’ Diċembru 1950</DATE>, japprova, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar is-SA, in-noti ta’ spjega u l-opinjonijiet dwar il-klassifikazzjoni adottati mill-Kumitat tas-SA, awtorità li l-organizzazzjoni tagħha hija rregolata mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar is-SA. Skont l-Artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, il-funzjonijiet ta’ dan il-kumitat jinkludu li jipproponi emendi għaliha u li jipprepara noti ta’ spjega, opinjonijiet dwar il-klassifikazzjoni kif ukoll opinjonijiet oħra dwar l-interpretazzjoni tas-SA.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>In-nota 2 tas-Sezzjoni VX tas-SA dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>partijiet għal użu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Matul in-nomenklatura, l-espresjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>partijiet għal użu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>oġġetti ta’ titlu 7307, 7312, 7315, 7317 jew 7318 u oġġetti simili ta’ metall ieħor ta’ valur baxx;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><P>F’kapitli 73 sa 76 u 78 sa 82 (iżda mhux f’titlu 7315), riferenzi għal partijiet ta’ oġġetti ma jinkludux riferenzi għal partijiet ta’ użu ġenerali kif definit hawn fuq.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega tas-SA dwar it-Taqsima XV, intitolata, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Partijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, taqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[...] il-partijiet u provvisti ta’ użu ġenerali (ara n-nota 2 tat-taqsima), ippreżentati iżolati, ma humiex ikkunsidrati bħala partijiet, iżda jsegwu s-sistema proprja tagħhom. Dan japplika wkoll, pereżempju, għall-iskorfini maħsuba b’mod speċjali għar-radjaturi għat-tisħin ċentrali jew ta’ molol partikolari għall-vetturi. Tal-ewwel huma kklassifikati bħala skorfini taħt in-numru 7318 u mhux bħala parti minn radjaturi tant in-numru 7322, filwaqt li t-tieni jaqgħu taħt in-numru 7320 relatat mal-molol u mhux taħt in-numru 8708 li jikkonċerna l-partijiet u aċċessorji tal-vetturi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont in-nota ta’ spjega dwar l-intestatura 7307 tas-SA, din l-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>tinkludi divrsi oġġetti tal-ferrobattuto, tal-ħadid jew tal-azzar, intiżi essenzjalment sabiex jgħaqqdu bejniethom żewġ pajpijiet jew katusi jew pajp ma’ dispożittiv ieħor, jew inkella sabiex jingħalqu pajpijiet, bl-esklużjoni ta’ ċerti oġġetti li, minkejja intiżi għall-muntaġġ ta’ pajpijiet u katusi (pereżempju sleeves li jittwaħħlu mal-ħitan sabiex isostnu l-pajpijiet, l-isleves li jservu sabiex jittwaħħlu l-pajpijiet rotob fuq elementi riġidi bħall-katusi, viti jew partijiet li jgħaqqsu, eċċ.), ma jagħmlux parti integrali minnhom (Nri 7325 jew 7326)<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega dwar l-intestatura 7321 tas-SA, fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-oġġetti li jaqgħu taħt din l-intestatura, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Jaqgħu wkoll taħt din l-intestatura l-partijiet tat-tagħmir imsemmi iktar ’il fuq, tal-ferrobattuto, tal-ħadid jew tal-azzar, nettament rikonoxibbli bħala tali, pereżempju l-pjanċi tal-forn, pjanċi għas-sajran, ashtrays, fuklari, oġġetti li jaħarqu (bil-gass, bil-petrol, eċċ.), bibien, grillji, saqajn, vireg ta’ protezzjoni, vireg għas-srievetu apparat biex isaħħan il-platti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>In-NM, stabbilita permezz tar-Regolament Nru 2658/87 u li hija bbażata fuq is-SA, hija intiża sabiex tissodisfa l-eżiġenzi tat-Tariffa Doganali Komuni kif ukoll tal-istatistiċi tal-kummerċ estern tal-Komunità Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Ewwel Parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. Taħt it-Titolu I tan-NM, iddedikat għar-regoli ġenerali, is-Sezzjoni A tipprovdi regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, skont liema ssir il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-NM. Għalhekk, huwa previst b’mod partikolari li l-klassifikazzjoni ssir legalment skont it-termini tal-intestaturi, u tan-noti ta’ taqsima jew ta’ kapitoli, il-formulazzjoni tat-titoli tat-taqsimiet, ta’ kapitoli jew ta’ sub-kapitoli peress li huwa kkunsidrat li għandhom biss valur indikattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni tal-prodotti mħallta jew oġġetti komposti ssir skont il-prinċipji stabbiliti, b’mod partikolari, fir-regola 3 tan-NM, li l-punt (b) tagħhom jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Taħlitiet, oġġetti komposti li jikkonsistu minn materjali differenti jew magħmulin minn komponenti differenti, u oġġetti mtellgħin għal bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a), għandhom ikunu klassifikati daqs li kieku kienu magħmulin mill-materjal jew mill-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom, sakemm dan il-kriterju jkun applikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM, tinkludi t-Taqsima XV, iddedikata għal metalli ta’ valur baxx u oġġetti minn metalli ta’ valur baxx. Din it-Taqsima, magħmula mill-Kapitoli 72 sa 83, tinkludi l-Kapitolu 73, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Oġġetti ta’ ħadid jew azzar<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Fost in-noti introduttivi tal-imsemmija taqsima, hemm in-nota 2 li tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Matul in-nomenklatura, l-espresjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>partijiet għal użu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tfisser:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>oġġetti ta’ titlu 7307, 7312, 7315, 7317 jew 7318 u oġġetti simili ta’ metall ieħor ta’ valur baxx;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><P>F’Kapitli 73 sa 76 u 78 sa 82 (iżda mhux f’titlu 7315), riferenzi għal partijiet ta’ oġġetti ma jinkludux riferenzi għal partijiet ta’ użu ġenerali kif definit hawn fuq.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-intestatura 7307 tan-NM hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Tagħmir [aċċessorji] ta’ tubi u pajpijiet (per eżempju, couplings, liwjiet minkeb, sleeves), ta’ ħadid jew azzar:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Oħrajn:</P></ITEM></LIST><P>7307 99 – – oħrajn:</P><P>[...]</P><P>7307 99 90 – – – oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-intestatura 7321 tan-NM hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Fuklari, stufi, gradilji, kukers (inklużi dawk b’kaldaruni sussidjarji għal tisħin ċentrali), barbikju, braċieri, ċrieki tal-gass, apparat għat tisħin tal-platti u tagħmir simili tad -dar mhux ta’ l-elettriku, u partijiet tagħom, ta’ ħadid jew azzar:</P><P>[...]</P><P>7321 90 00 – Partijiet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-intestatura 7326 tan-NM hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Oġġetti oħrajn ta’ ħadid jew azzar</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 964/2003</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tar-Regolament (KE) Nru 964/2003, tat-<DATE ISO="20030602">2 ta’ Ġunju 2003</DATE>, li jimponi dazji definittivi ta’ kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw mir-Repubbliċi tal-Popli taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sewwa jekk le ddikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 46, p. 275),<?PAGE NO="5"?> il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea stabbilixxa dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjoni ta’ ċerti aċċessorji ta’ pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar, li l-ikbar dijametru estern tagħhom ma jeċċedix 609.6 millimetri, tat-tip użat, fost l-oħrajn, għal saldaturi tarf ma’ tarf, li jaqgħu, fost l-oħrajn, taħt il-kodiċi NM ex 7307 99 90, li joriġinaw b’mod partikolari miċ-Ċina. Id-dazju antidumping fis-seħħ fid-data ta’ meta ġraw il-fatti fil-kawża prinċipali għall-imsemmija prodotti importati miċ-Ċina kien ta’ 58.6 %.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Hark importat fil-Ġermanja settijiet ta’ pajpijiet għall-fuklari tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina. Dawn is-settijiet, ippreżentati f’imballaġġ intiż għall-bejgħ bl-imnut, huma magħmulin minn pajp mgħawweġ f’anglu rett b’tapp sabiex ikun hemm għeluq li jippermetti tindif intern, parti oħra li tgħaqqad maċ-ċumnija u valv adegwat, fejn dawn il-partijiet kollha huma miksijin b’verniċ reżistenti għat-temperaturi għoljin.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20090728">28 ta’ Lulju 2009</DATE>, Hark ippreżentat lill-Hauptzollamt Duisburg dikjarazzjoni ta’ importazzjoni tal-imsemmija settijiet ta’ pajpijiet għall-fuklari skont is-sub-intestatura 7321 90 00 tan-NM, li l-partijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Fuklari, stufi, gradilji, kukers (inklużi dawk b’kaldaruni sussidjarji għal tisħin ċentrali), barbikju, braċieri, ċrieki tal-gass, apparat għat tisħin tal-platti u tagħmir simili tad -dar mhux ta’ l-elettriku, u partijiet tagħom, ta’ ħadid jew azzar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jaqgħu taħtha li għalihom id-dazju huwa ta’ 2.7 %. Is-settijiet ta’ pajpijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew irrilaxxati, kif ġie mitlub.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara kontroll imwettaq wara importazzjoni oħra minn Hark ta’ tali settijiet, il-Hauptzollamt Duisburg, billi qieset li l-oġġetti importati kienu fil-fatt jaqgħu taħt is-sub-intestatura 7307 99 90 tan-NM dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Tagħmir ta’ tubi u pajpijiet (per eżempju, couplings, liwjiet minkeb, sleeves), ta’ ħadid jew azzar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, oħra, ħarġet, fl-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, avviż ta’ tassazzjoni li permezz tiegħu talbet il-ħlas <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dazju, iffissat għal 3.7 %, u, skont ir-Regolament Nru 964/2003, dazju antidumping, iffissat għal 58.6 % minħabba li dawn l-oġġetti joriġinaw miċ-Ċina.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Hark ressqet ilment kontra l-imsemmi avviż ta’ tassazzjoni, li ġie miċħud mill-Hauptzollamt Duisburg fl-<DATE ISO="20110810">10 ta’ Awwissu 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Hauptzollamt Duisburg ikkunsidrat li, skont in-noti ta’ spjega kemm tas-SA kif ukoll tan-NM, l-intestatura 7307 kienet tinkludi l-oġġetti intiżi essenzjalment sabiex jgħaqqdu jew jikkomunikaw bejniethom pajpijiet jew katusi ma’ parti oħra jew inkella sabiex jagħlqu ċerti pajpijiet. Barra minn hekk, il-Hauptzollamt Duisburg qieset li l-oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 7307 huma, fis-sens tan-nota 2(a) tat-Taqsima XV tan-NM, partijiet ta’ użu ġenerali li ma għandhomx jissemmew fid-dettall fil-formulazzjoni tal-imsemmija intestatura. Hija żżid li l-oġġetti tal-intestatura 7307 tan-NM għandhom jiġu kkunsidrati bħala partijiet ta’ użu ġenerali, b’mod li għandhom jiġu kklassifikati skont il-karatteristiċi proprja tagħhom, anki meta jistgħu b’mod ċar jintużaw għal merkanzija prinċipali partikolari. Barra minn hekk, skont din l-awtorità, fin-noti ta’ spjega tas-SA, fl-ebda mument ma hemm riferiment għall-ebda norma skont liema l-imsemmija intestatura tapplika biss għall-pajpijiet u għall-aċċessorji intiżi għat-trasport ta’ fluwidi.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Hark ippreżentat rikors għall-annullament ta’ dan l-avviż ta’ tassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Quddiem din tal-aħħar sostniet, b’mod partikolari, li l-pajpijiet għad-duħħan, ikkonċepiti b’mod speċjali għall-evakwazzjoni ta’ gassijiet kombustibbli mill-fuklari, ma jistgħux jiġu kkunsidrati li huma ta’ użu ġenerali. Hija żiedet li l-oġġetti li hija timporta huma intiżi għall-montaġġ mhux ta’ pajpijiet u ta’ katusi, iżda ta’ fuklari, li għalhekk ma jistgħux jiġu kkunsidrati li jaqgħu taħt l-intestatura 7307 tan-NM moqrija fid-dawl tan-noti ta’ spjega tas-SA. Barra minn hekk, l-oġġetti inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma oġġetti lesti li jistgħu jiġu mmontati faċilment, kuntrarjament għall-pajpijiet u għall-katusi li huma intiżi sabiex jinbidlu u għandhom jingħaqdu b’mezzi tekniċi.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li, skont ir-regola ġenerali 3(b) tan-NM, fir-rigward ta’ merkanzija ppreżentata f’taħlita ta’ oġġetti li l-klassifikazzjoni tagħha ma tistax issir skont ir-regola ġenerali 3(2) tan-NM, din hija kklassifikata skont il-materjali jew l-element li jagħtiha n-natura essenzjali tagħha. Fil-kawża pendenti quddiemha, din il-qorti tqis li l-parti tal-pajp f’angolu rett tiddetermina n-natura essenzjali tas-settijiet ta’ pajpijiet għall-fuklari inkwistjoni. Hija tirrileva wkoll li dawn is-settijiet huma indispensabbli għall-funzjonament tal-fuklari. Fil-fatt, mingħajr il-parti li tgħaqqad li s-sett ta’ pajpijiet għall-fuklari jgħaqqad mal-katusa taċ-ċumnija, il-fuklar ma jkunx jista’ jintuża fil-kamra magħluqa għaliex kieku jħalli joħroġ gass kombustibbli, li jikkomprometti b’mod partikolari s-sigurtà tal-użu tal-fuklar. Bl-istess mod, il-qorti tar-rinviju tosserva li s-sett ta’ pajpijiet għall-fuklari huwa intiż esklużivament għall-fuklari. Barra minn hekk, hija tirrileva li, minħabba d-daqs tagħha, jiġifieri dijametru estern ta’ 154 mm u dimensjonijiet esterni ta’ 495 mm x 595 mm, din ma hijiex sempliċi tgħaqqid, iżda parti essenzjali li tgħaqqad mal-evakwazzjoni tal-gass kombustibbli tal-fuklar.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Peress li madankollu kellha dubji rigward il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ tali oġġetti bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>tagħmir [aċċessorji] ta’ tubi u pajpijiet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> taħt l-intestatura 7307 tan-NM jew bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, tal-azzar, tal-Fuklari, stufi, gradilji, kukers” taħt l-intestatura 7321 tan-NM, il-Franzgericht Düsseldorf iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>L-intestatura 7321 tan-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li l-pajpijiet għall-fuklari, deskritti f’iktar dettall fit-talba, għandhom jitqiesu bħala partijiet minn fuklari, stufi, gradilji u kukers?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, il-pajpijiet għall-fuklari jkunu jistgħu jiġu inklużi taħt l-intestatura 7307 [tan-NM]?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li jaqbel li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li sett ta’ pajpijiet għall-fuklari, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludi pajp mgħawweġ f’angolu rett, tal-azzar b’dijametru estern ta’ 154 mm u b’dimensjonijiet esterni ta’ 495 mm x 595 mm, miksi b’verniċ reżistenzi għal temperaturi għolijin u magħluq b’tapp sabiex ikun hemm għeluq li jippermetti tindif intern, parti oħra li tgħaqqad maċ-ċumnija u valv adegwat jaqax taħt l-intestatura 7321 tan-NM, bħala parti, tal-azzar, minn fuklar, jew taħt l-intestatura 7307 tan-NM, bħala aċċessorju tal-pajpijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-settijiet tal-pajpijiet għall-fuklar inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ippreżentati f’selezzjoni f’imballaġġ għall-bejgħ bl-imnut, ma huwiex ikkontestat quddiem il-qorti tar-rinviju li, fost it-tliet oġġetti li jikkomponuh, il-parti tal-pajp f’angolu rett tagħti lis-settijiet, fis-sens tar-regola ġenerali 3(b) tan-NM, in-natura essenzjali tagħhom, li tiddetermina b’hekk il-klassifikazzjoni tariffarja tat-tliet oġġetti inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Hark issostni li din il-parti tal-pajp f’angolu rett tikkostitwixxi parti intiża esklużivament biex tgħaqqad il-fuklar mal-katusa taċ-ċumnija, u tippreċiża li, fin-nuqqas ta’ tali parti li tgħaqqad, ma jkunx hemm parti li twassal għall-arja li tippermetti l-evakwazzjoni tal-gass kombustibbli tal-fuklar fil-katusa taċ-ċumnija. Minn dan isegwi li n-nar kieku jintefa’ ftit wara li jkun ħa, minħabba l-gass kombustibbli li jkun għad fadal. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-ftuħ tal-bieba tal-fuklar jirriskja li jipprovoka splużjoni tal-gassijiet mhux maħruqa fil-fuklar. Konsegwentement, hija tqis li l-imsemmija parti tal-pajp f’angolu rett hija indispensabbli għall-funzjonament tal-fuklar u għandha, għalhekk, tiġi kklassifikata fl-intestatura 7321 tan-NM, bħala parti minn fuklar.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, għall-kuntrarju, li din l-istess parti tal-pajp f’angolu rett, minħabba l-karatteristiċi tagħha u l-kwalitajiet oġġettivi tagħha, għandha tiġi kklassifikata fl-intestatura 7307 tan-NM, bħala aċċessorju tal-pajpijiet. Skont din l-istituzzjoni, il-fatt li l-parti tal-pajp f’angolu rett hija intiża<?PAGE NO="7"?> esklużivament għall-funzjonament tal-fuklar u li hija indispensabbli għal dan il-funzjonament ma humiex kriterji relevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ din il-parti f’intestatura jew oħra. Il-Kummissjoni ssostni, f’dan ir-rigward, li d-destinazzjoni ta’ prodott hija biss kriterju supplimentari għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tiegħu u li, fir-rigward ta’ prodott li jaqa’ taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>partijiet u fornituri ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tan-nota 2 tat-Taqsima XV tan-NM, id-destinazzjoni ta’ tali prodott ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, sew fl-interess taċ-ċertezza legali kif ukoll għall-faċilità ta’ verifika, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandha, ġeneralment, titfittex fil-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u fit-taqsima jew noti tal-kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Rohm &amp; Haas Electronic Materials CMP Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑336/11, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, mir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM jirriżulta li l-klassifikazzjoni ta’ merkanzija hija determinata legalment mill-formulazzjoni tal-intestaturi, is-sub-intestaturi kif ukoll in-noti ta’ taqsimiet u ta’ kapitoli tan-NM li huma vinkolanti fil-liġi (sentenza tat-<DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, TNT Freight Management (Amsterdam), C‑291/11, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-noti ta’ spjega mħejjija, f’dak li jikkonċerna n-NM, mill-Kummissjoni u, għal dak li jikkonċerna s-SA, mill-Organizzazzjoni Mondjali tad-Dwana, jgħinu ħafna fl-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi tariffarji mingħajr, madankollu, ma huma legalment vinkolanti (sentenza TNT Freight Management, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li d-destinazzjoni tal-prodott tista’ tikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa fejn tkun inerenti għall-imsemmi prodott, fejn l-inerenza għandha tkun tista’ tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u kwalitajiet oġġettivi ta’ dan (sentenza TNT Freight Management, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-partijiet tal-pajp f’angolu rett, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huma inklużi speċifikament la fil-formulazzjoni tal-intestaturi 7321 jew 7307 tan-NM, la f’dik tan-noti ta’ taqsimiet jew ta’ kapitoli ta’ din tal-aħħar u lanqas fin-noti ta’ spjega tan-NM jew tas-SA.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-intestatura 7321 tan-NM, mill-eżami ta’ din l-intestatura jirriżulta li din tinkludi b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>fuklari<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> kif ukoll il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>partijiet tagħhom, ta’ ħadid jew azzar<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, filwaqt li s-sub-intestatura 7321 90 00 tan-NM tifferi speċifikament għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>In-NM ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-intestatura 7321 tan-NM. Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, żviluppata fil-kuntest tal-Kapitoli 84, 85 tat-Taqsima XVI u tal-Kapitolu 90 tat-Taqsima XVIII tan-NM jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jimplika l-preżenza ta’ ragruppament li għall-funzjonament tagħhom dawn huma indispensabbli (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, RUMA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-183/06" PAGE.ECR="I-1559" YEAR="2007">C-183/06, Ġabra p. I-1559</REF.DOC.ECR>, punt 31; tas-<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE> Unomedical, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/10" PAGE.ECR="I-5433" YEAR="2011">C-152/10, Ġabra p. I-5433</REF.DOC.ECR>, punt 29, kif ukoll Rohm &amp; Haas Electronic Materials CMP Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34). Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li, sabiex oġġett ikun jista’ jikkwalifika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-imsemmija kapitoli, ma huwiex biżżejjed li jintwera li, mingħajr dan l-oġġett, il-magna jew apparat ma jkunx f’pożizzjoni li jirrispondi għall-bżonnijiet li huwa destinat għalihom. Għandu jiġi stabbilt li l-funzjonament mekkaniku jew elettriku tal-magna jew tal-apparat inkwistjoni hija kkundizzjonata mill-imsemmi oġġett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20020207">7 ta’ Frar 2002</DATE>, Turbon International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-276/00" PAGE.ECR="I-1389" YEAR="2002">C-276/00, Ġabra p. I-1389</REF.DOC.ECR>, punt 30, kif ukoll Rohm &amp; Haas Electronic Materials CMP Europe <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35). Barra minn hekk, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni n-nota 2(a) tat-Taqsima XV tan-NM li tippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> bħal fl-intestatura 7321 ta’ din in-nomenklatura tkopri biss il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>partijiet u provvisti ta’ użu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl-interess tal-applikazzjoni koerenti u uniformi tat-tariffa doganali komuni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>partijiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-intestatura 7321 tan-NM għandu jingħata l-istess definizzjoni bħal dik li tirriżulta mill-ġurisprudenza mogħtija fir-rigward ta’ kapitoli oħra tan-NM, kif imfakkar fil-punt 36 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-konstatazzjonijiet fattwali tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-parti tal-pajp f’angolu rett fil-kawża prinċipali kif ukoll il-parti li tgħaqqad u l-valv huma intiżi esklużivament għall-fuklari. Barra minn hekk, l-imsemmija parti sservi biex tgħaqqad il-fuklar għall-katusa taċ-ċumnija. Fin-nuqqas ta’ tali tgħaqqid, il-fuklar ma jkunx jista’ jintuża għaliex joħroġ il-gass kombutistibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-parti tal-pajp f’angolu rett hija indispensabbli għall-funzjonament tal-fuklar. Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, tali parti tal-pajp f’angolu rett hija għalhekk suxxettibbli li tiġi kkwalifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> minn fuklar u, għaldaqstant, li tiġi kklassifikata fl-intestatura 7321 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi eżaminat jekk il-parti tal-pajp f’angolu rett għandhiex tiġi kklassifikata fl-intestatura 7307 tan-NM, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>tagħmir [aċċessorji] tal-pajpijiet<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, li jeskludi, skont in-nota 2 tat-Taqsima XV tan-NM, imfakkra fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, il-klassifikazzjoni ta’ din il-parti bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> mill-fuklar” fis-sens tal-intestatura 7321 tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-intestatura 7307 tan-NM tinkludi l-aċċessorji tal-pajpijiet (per eżempju, couplings, liwjiet minkeb, sleeves), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ta’ ħadid jew azzar<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Skont in-nota ta’ spjega relatata ma’ din l-intestatura 7307 tas-SA, hija tinkludi diversi oġġetti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ta’ ħadid jew azzar<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, intiżi essenzjalment sabiex jgħaqqdu jew jikkomunikaw bejniethom żewġ pajpijiet jew elementi tubulari jew pajp għal oġġett ieħor, jew inkella sabiex tagħlaq ċerti pajpijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-każ fil-kawża prinċipali, mill-konstatazzjonijiet fattwali tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li parti ta’ pajp mgħawġa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hijiex intiża sabiex tgħaqqad żewġ pajpijiet jew katusi bejniethom jew inkella pajp ma’ element ieħor, iżda sabiex tgħaqqad fuklar mal-katusa taċ-ċumnija. Għaldaqstant, din il-parti ma tistax tiġi kkunsidrata bħala parti ta’ użu ġenerali fis-sens tan-nota 2(a) tat-Taqsima XV tan-NM.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li oġġett bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jiġi kklassifikat taħt l-intestatua 7307 tan-NM u ma jaqax taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>partijiet u provvisti ta’ użu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens tan-nota 2(a) tat-Taqsima XV tan-NM. Dan għandu, min-naħa l-oħra, jiġi kklassifikat, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-kwalitajiet oġġettivi tiegħu u tad-destinazzjoni inerenti għall-imsemmi oġġett, fl-intestaturi 7321 tan-NM, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>parti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> tal-azzar tal-fuklar.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li sett ta’ pajpijiet għall-fuklar, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludi pajp mgħawweġ f’anoglu rett, tal-azzar, b’dijametru estern ta’ 154 mm u b’dimensjonijiet esterni ta’ 495 mm x 595 mm, miksi b’verniċ reżistenti għal temperaturi għoljin u magħluq b’tapp sabiex ikun hemm għeluq li jippermetti tindif intern għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 7321 tan-NM, bħala parti, tal-azzar, ta’ fuklar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 1031/2008, tat-<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li sett ta’ pajpijiet għall-fuklar, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludi pajp mgħawweġ f’anoglu rett, tal-azzar, b’dijametru estern ta’ 154 mm u b’dimensjonijiet esterni ta’ 495 mm x 595 mm, miksi b’verniċ reżistenti għal temperaturi għoljin u magħluq b’tapp sabiex ikun hemm għeluq li jippermetti tindif intern għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 7321 tan-NM Magħquda, bħala parti, tal-azzar, ta’ fuklar.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>