4.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/237/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

2012/C 129/01

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/237/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-listi ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/237/PESK and fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti tal-internet fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumenti ġustifikattivi, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, lil:

Council of the European Union

DG C Coordination

General Secretariat

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qiegħda tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2), u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 43.

(2)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.