|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2752 |
24.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2752
tal-21 ta’ Ottubru 2024
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1348 (2), li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Isolde RIES sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, lis-Sa Isolde RIES, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Mitglied im Bezirksrat West von Saarbrücken (Membru tal-Kunsill Distrettwali tal-Punent ta’ Saarbrücken), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Isolde REIS, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali, Mitglied im Bezirksrat West von Saarbrücken (Membru tal-Kunsill Distrettwali tal-Punent ta’ Saarbrücken) (bidla fil-mandat), hija b’dan maħtura bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1348 tat-18 ta’ Lulju 2022 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 202, 2.8.2022, p. 54, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1348/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2752/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)