|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/386 |
20.10.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11251 – NJJ / LML)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/386)
1.
Fis-6 ta’ Ottubru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NJJ Holding (“NJJ”, Franza), ikkontrollata minn Xavier Niel, |
|
— |
Le Monde Libre (“LML”, Franza), bħalissa kkontrollata bi sħab minn NJJ u Matthieu Pigasse permezz tal-kumpanija Le Nouveau Monde (“LNM”, Franza). |
NJJ takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ LML kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
NJJ għandha ishma f’kumpaniji u assi ta’ diversi tipi, inklużi l-mezzi tax-xandir u t-telekomunikazzjonijiet, |
|
— |
LML għandha kontroll fuq il-gruppi Le Monde u Le Nouvel Observateur. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11251 – NJJ / LML
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
L-indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24 du 29 ta’ Jannar 2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/386/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)