|
4.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10597 - SMS / ALTOR FUND MANAGER / KAEFER HOLDING / KAEFER ISOLIERTECHNIK)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 104/08)
1.
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Altor Fund Manager AB (“Altor Fund Manager”, l-Iżvezja); |
|
— |
SMS GmbH (“SMS”, il-Ġermanja); |
|
— |
Kaefer Holding SE & Co. KG (“Kaefer Holding”, il-Ġermanja); |
|
— |
Kaefer Isoliertechnik (“Kaefer”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata biss minn Kaefer Holding. |
Altor Fund Manager, SMS u Kaefer Holding se jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Kaefer.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi ta’ hawn fuq huma:|
— |
Altor Fund Manager huwa l-maniġer tal-fond ta’ grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata, inkluż Altor Fund V li huwa l-fond Altor li jagħmel l-investiment f’Kaefer; |
|
— |
SMS hija kumpanija tal-familja attiva fil-kostruzzjoni ta’ impjanti u makkinarju għas-setturi metallurġiċi u tat-teknoloġija tat-tidwir; |
|
— |
Kaefer Holding hija kumpanija azzjonarja tal-familja mingħajr ebda interess kummerċjali ieħor minbarra Kaefer u ma tiġġenerax fatturat barra l-parteċipazzjoni tagħha f’Kaefer; |
|
— |
Kaefer hija fornitur ta’ servizzi ta’ iżolament u soluzzjonijiet ta’ aċċess (eż. scaffolding) kif ukoll protezzjoni tal-wiċċ u servizzi ta’ protezzjoni passiva kontra n-nirien. Kaefer tipprovdi wkoll servizzi relatati bħal servizzi elettromekkaniċi, tat-tneħħija tal-asbestos u servizzi refrattarji lill-klijenti industrijali jew servizzi ta’ twaħħil intern lil klijenti attivi fil-kostruzzjoni u l-bini tal-vapuri. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10597 - SMS / ALTOR FUND MANAGER / KAEFER HOLDING / KAEFER ISOLIERTECHNIK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).