|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2998 |
4.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2998
tal-5 ta’ Novembru 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjoni li temenda l-Appendiċijiet III u IIIa ta’ dik il-Konvenzjoni dwar l-adeżjoni tal-Georgia
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu (1) (il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/415/KEE (2) u daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1988. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 15(3)(a) tal-Konvenzjoni, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 14 ta’ dik il-Konvenzjoni (il-“Kumitat Konġunt UE-CTC”) għandu jadotta l-emendi tal-Appendiċijiet III u IIIa tal-Konvenzjoni bid-deċiżjonijiet. |
|
(3) |
Il-Georgia esprimiet ix-xewqa li taderixxi mal-Konvenzjoni, u ġiet mistiedna tagħmel dan mill-Kumitat Konġunt UE-CTC. |
|
(4) |
L-adeżjoni tal-Georgia ser ikollha bżonn l-adattament tad-dokumenti ta' garanzija previsti mit-Titolu II tal-Konvenzjoni, kif ukoll l-inserzjoni ta' ċerti termini tekniċi bil-lingwa tal-Georgia fil-Konvenzjoni. |
|
(5) |
L-Istati Membri kollha tal-Unjoni esprimew l-opinjoni pożittiva tagħhom rigward l-emendi li ġew proposti fil-Grupp ta' Ħidma tal-UE- u l-Pajjiżi ta’ Tranżitu Komuni dwar it-tranżitu komuni stabbilit permezz tal-Artikolu 17 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt UE-CTC. |
|
(6) |
Billi d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-CTC ser temenda l-Konvenzjoni, jixraq li din tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha. |
|
(7) |
Fi ħdan il--Kumitat Konġunt UE-CTC, l-Unjoni trid tiġi rappreżentata mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emenda proposta jenħtieġ li tkun imsejsa fuq l-abbozz tad-deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Kumitat Konġunt UE-CTC”) rigward l-emendi għall-Appendiċijiet III u IIIa ta' dik il-Konvenzjoni, għandha tkun imsejsa fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-CTC mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt UE-CTC jistgħu jaqblu dwar bidliet żgħar fl-abbozz tad-deċiżjoni mingħajr ebda deċiżjoni oħra tal-Kunsill.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-CTC imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) ĠU L 226, tat-13.8.1987, p. 2.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/415/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1987 dwar il-konklużjoni ta’ Konvenzjoni bejn il-Komunità Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2998/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)