|
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
124 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta' Mejju 2005
li tadatta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari sekondati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
(2005/442/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2003/479/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,
|
(1) |
L-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE jipprovdi li l-allowances ta’ kuljum u ta’ kull xahar għandhom jiġu adattati kull sena mingħajr effett retroattiv abbażi ta’ l-adattament tas-salarji bażiċi ta’ uffiċjali tal-Komunità fi Brussel u fil-Lussemburgu. |
|
(2) |
L-aħħar adattament ta’ dawk l-allowances sar bid-Deċżoni 2004/240/KE u daħal b’effett fl-1 ta’April 2004. |
|
(3) |
Permezz tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2004 li jadatta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2004, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali u aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej u l-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikati għalihom (2), il-Kunsill stabilixxa aġġustament ta’ 0,7 % tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ uffiċjali tal-Komunità, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE l-ammonti ta’ EUR 27,96 u EUR 111,83 għandhom jiġu mibdula bl-ammonti ta’ EUR 28,16 u EUR 112,61 rispettivament;
2. Fl-Artikolu 15(2) it-tabella għandha tiġi mibdula b’dan li ġej:
|
“Distanza bejn il-post ta’ reklutaġġ u l-post ta’ sekondament (km) |
Ammont f’euro |
|
0-150 |
0 |
|
> 150 |
72,39 |
|
> 300 |
128,69 |
|
> 500 |
209,13 |
|
> 800 |
337,83 |
|
> 1 300 |
530,87 |
|
> 2 000 |
635,45 ” |
3. Fl-Artikolu 15(4) l-ammont ta’ EUR 27,96 għandu jiġi mibdul bl-ammont ta’ EUR 28,16.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-ewwel jum tax-xahar wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussel, 30 ta' Mejju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
F. BODEN
(1) ĠU L 160, 28.6.2003, p. 72. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/240/KE (ĠU L 74, 12.3.2004, p. 17).