<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑146/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0146</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2380">EU:C:2014:2380</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>26</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT — KAWŻA C‑146/13</P><P>SPANJA vs IL-PARLAMENT u IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20141118">18 ta’ Novembru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑146/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Implementazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa</KEYWORD><KEYWORD>Ħolqien ta’ protezzjoni unitarja mogħtija permezz ta’ privattiva</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1257/2012</KEYWORD><KEYWORD>Stħarriġ ġudizzjarju effettiv</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ bażi legali</KEYWORD><KEYWORD>Użu ħażin ta’ poter</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ awtonomija u ta’ uniformità</KEYWORD><KEYWORD>Stħarriġ tal-legalità</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jitlob l-annullament tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20121217">17 ta’ Diċembru 2012</DATE>, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="361" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 361, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan ir-regolament ġie adottat wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE, tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" PAGE.FIRST="53" DATE.PUB="2011">ĠU L 76, p. 53</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>. Dik id-deċiżjoni kienet is-suġġett ta’ żewġ rikorsi għal annullament, ippreżentati mir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Taljana, li ġew miċħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Spanja u L-Italja vs Il-Kunsill (C‑274/11 u C‑295/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:240">EU:C:2013:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dan jagħmel parti mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>pakkett tal-privattiva unitarja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1260/2012, tas-<DATE ISO="20121217">17 ta’ Diċembru 2012</DATE>, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="361" PAGE.FIRST="89" DATE.PUB="2012">ĠU L 361, p. 89</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, u l-Ftehim dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi, iffirmat fid-<DATE ISO="20130219">19 ta’ Frar 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="175" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU C 175, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ftehim QUP<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-konvenzjoni dwar il-privattiva Ewropea</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-Ħruġ ta’ Privattivi Ewropej (Konvenzjoni dwar il-Privattiva Ewropea), iffirmata f’München fil-<DATE ISO="19731005">5 ta’ Ottubru 1973</DATE> u li daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="19771007">7 ta’ Ottubru 1977</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>KEP<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE>, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Privattiva Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-privattivi maħruġa taħt din il-konvenzjoni jissejħu privattivi Ewropej.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>F’kull wieħed mill-Istati kontraenti li għalihom tinħareġ, il-privattiva Ewropea għandha l-istess effetti u hija suġġetta għall-istess sistema bħal privattiva nazzjonali maħruġa f’dak l-Istat, ħlief jekk din il-konvenzjoni tipprovdi mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 142 tal-KEP, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Privattiva unitarja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="142.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull grupp ta’ Stati kontraenti li, fi ftehim speċjali, ikun ipprovda li l-privattivi Ewropej maħruġa għal dawk l-Istati għandu jkollhom natura unitarja fit-territorji tagħhom kollha, jista’ jipprovdi li l-privattivi Ewropej jistgħu jinħarġu biss konġuntament għall-Istati kollha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="142.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-parti huma applikabbli meta grupp ta’ Stati kontraenti jkun uża l-fakultà msemmija fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Ftehim QUP</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-Ftehim QUP jipprovdi fl-Artikolu 23 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-azzjonijiet tal-[Qorti Unifikata tal-Privattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>QUP<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></NOTE>] huma attribwibbli direttament lil kull Stat Membru Kontraenti individwalment, inkluż għall-finijiet tal-Artikoli [258 TFUE sa 260 TFUE], u lill-Istati Membri Kontraenti kollha b’mod kollettiv.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 89(1) tal-Ftehim QUP jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl- <DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> jew fl-ewwel jum tar-raba’ xahar wara d-depożitu tat-tlettax-il strument ta’ ratifika jew ta’ adeżjoni f’konformità mal-Artikolu 84, inkluż it-tliet Stati Membri li fihom ħadu effett l-ogħla numru ta’ privattivi Ewropej fis-sena ta’ qabel is-sena li fiha jseħħ l-iffirmar tal-Ftehim jew fl-ewwel jum tar-raba’ xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Regolament Brussell I<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></NOTE>] dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ dan il-Ftehim, skont liema hija l-aktar tard.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-premessi 24 u 25 tar-Regolament ikkontestat huma fformulati skont kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(24)</NO.P><TXT>Il-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ privattivi Ewropej b’effett unitarju [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>PEEU<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</P></NOTE>] għandha tiġi stabbilita u rregolata minn strument li jistabbilixxi sistema unifikata għal-litigazzjoni dwar il-privattiva għall-privattivi Ewropej u għall-[PEEU].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>It-twaqqif ta’ [QUP] biex tisma’ każijiet li jikkonċernaw il-[PEEU].hija essenzjali sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb ta’ dik il-privattiva, il-konsistenza ta’ ġurisprudenza u għaldaqstant ta’ ċertezza legali, u ta’ nfiq effettiv għall-propjetarji tal-privattiva. Għalhekk huwa tal-akbar importanza li l-Istati Membri parteċipanti jirratifikaw il-Ftehim dwar [QUP] skont il-proċeduri kostituzzjonali u parlamentari nazzjonali tagħhom u jieħdu l-passi meħtieġa biex dik il-Qorti issir operazzjonali mill-aktar fis possibbli.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-regolament ikkontestat, dan jimplementa l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni unitarja mogħtija minn privattiva u jikkostitwixxi ftehim speċjali fis-sens tal-Artikolu 142 tal-KEP.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(a) sa (c) tar-Regolament ikkontestat jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Stat Membru parteċipanti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> tfisser Stat Membru li jipparteċipa f’kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja permezz tad-Deċiżjoni Nru 2011/167/UE, jew permezz ta’ deċiżjoni adottata skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE, fiż-żmien meta it-talba għal effet unitarju tkun saret kif imsemmi fl-Artikolu 9 [TFUE];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Privattiva Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> tfisser privattiva mogħtija mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>EPO<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></NOTE>] skont ir-regoli u l-proċeduri stabbilti fil-KEP;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[PEEU]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> tfisser privattiva Ewropea li tibbenefika minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti permezz ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament ikkontestat jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Privattiva Ewropea mogħtija bl-istess sett ta’ talbiet fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha għandha tibbenefika minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti sakemm l-effett unitarju tagħha jkun ġie reġistrata fir-Reġistru għall-protezzjoni ta’ privattiva unitarja.</ALINEA><ALINEA>Il-privattiva Ewropea mogħtija ma’ gruppi differenti ta’ talbiet għal Stati Membri parteċipanti differenti m’għandhiex tibbenefika minn effett unitarju.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament ikkontestat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[PEEU] għandha tagħti d-dritt lill-proprjetarju tagħha li jipprevjeni kwalunkwe parti terza milli twettaq atti li kontrihom tipprovdi protezzjoni dik il-privattiva fit-territorji kollha tal-Istati Membri parteċipanti li fihom hija għandha effett unitarju, soġġett għal limitazzjonijiet applikabbli.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak id-dritt u l-limitazzjonijiet tiegħu għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha li fihom il-privattiva għandha effett unitarju.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tar-Regolament ikkontestat jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri parteċipanti għandhom, fis-sens tal-Artikolu 143 tal-KEP, jagħtu lill-EPO l-kompiti li ġejjin, li jridu jitwettqu skont ir-regoli interni tal-EPO:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jamminstra t-talbiet għal effett unitarju minn proprjetarji ta’ privattivi Ewropej;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jinkludi r-Reġistru għal protezzjoni tal-privattiva unitarja fi ħdan ir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi u biex jamministra r-Reġistru għal protezzjoni tal-privattiva unitarja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jirċievi u jirreġistra d-dikjarazzjonijiet dwar il-liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 8, l-impenji tagħhom tal-iritirar u tal-liċenzjar meħuda mill-propjetarju tal-[PEEU] f’korpi internazzjonali ta’ standardizzazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>tippubblika it-traduzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament [...] Nru 1260/2012 matul il-perijodu tranżitorju msemmi f’dak l-Artikolu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-ġbir u l-amminstrazzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid għal [PEEU], fir-rigward tas-snin ta’ wara s-sena li fiha ir-referenza tal-għotja hija ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin Ewropew tal-Privattiva</HT>; il-ġbir u l-amministrazzjoni ta’ tariffi addizzjonali għal ħlas tard tat-tariffi ta’ tiġdid fejn dan il-ħlas tard isir fi żmien sitt xhur mid-data meta suppost sar il-ħlas, kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ parti mit-tariffi ta’ tiġdid miġbura lill-Istati Membri parteċipanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>jamministra skema ta’ kumpens għar-rimbors ta’ spejjeż ta’ traduzzjoni imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament [...] Nru 1260/2012;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>jiżgura li talba għal effett unitarju mill-proprjetarju tal-privattiva Ewropea tiġi sottomessa fil-lingwa tal-proċeduri kif definit fl-Artikolu 14(3) tal-KEP mhux aktar tard minn xahar wara li r-referenza tal-għotja tiġi ppubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin Ewropew tal-Privattiva</HT>; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>jiżgura li l-effett unitarju jiġi indikat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja, fejn talba għal effett unitarju tkun ġiet ippreżentata u, matul il-perijodu transitorju previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament [...] Nru 1260/2012, tkun ġiet sottomessa flimkien mat-traduzzjonijiet msemmija f’dak l-Artikolu u li l-EPO jiġi infurmat bi kwalunkwe limitazzjoni, liċenzji, trasferimenti jew revoki ta’ [PEEU].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament huma u jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-KEP u għandhom jikkooperaw għal dak il-għan. Fil-kapaċità tagħhom ta’ Stati kontraenti għall-KEP, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-governanza u s-sorveljanza tal-attivitajiet relatati mal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandhom jiżguraw l-istabbiliment tal-livell tat-tariffi ta’ tiġdid skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament u s-sehem tad-distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid skont l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>Għal dak il-għan, għandhom iwaqqfu kumitat magħżul tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi (minn issa ’il quddiem [il-]<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Kumitat Magħżul’) fis-sens tal-Artikolu 145 tal-KEP.</ALINEA><ALINEA>Il-Kumitat Magħżul għandu jkun kompost mir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti u rappreżentant tal-Kummissjoni bħala osservatur, kif ukoll sostituti li jirrappreżentaw lil dawn fl-assenza tagħhom. Il-Membri tal-Kumitat Magħżul jistgħu jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Magħżul għandhom jittieħdu bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni skont it-regoli stipulati fl-Artikolu 35(2) tal-KEP.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-protezzjoni legali effettiva quddiem qorti kompetenti ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri parteċipanti kontra d-deċiżjonijiet tal-EPO fit-twettiq tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tar-Regolament huwa fformulat hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu japplika mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> jew mid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim [QUP], skont liema data tkun l-aħħar.</ALINEA><ALINEA>B’deroga mill-Artikoli 3(1), 3(2) u 4(1), privattiva Ewropea li għaliha effett unitarju jkun irreġistrat fir-Reġistru għall-protezzjoni tal-privattiva unitarja għandu jkollha effett unitarju biss f’dawk l-Istati Membri parteċipanti li fihom il-[QUP] jkollha ġurisdizzjoni esklussiva rigward il-[PEEU] fid-data tar-reġistrazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru parteċipanti għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-ratifikazzjoni tiegħu tal-Ftehim fil-waqt tad-depożitu tal-istrument ta’ ratifika tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u lista tal-Istati Membri li jkunu rratifikaw il-ftehim fid-data tad-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni, għandha b’mod regolari wara dan taġġorna l-lista tal-Istati Membri parteċipanti li jkunu rratifikaw il-Ftehim [QUP] u għandha tippubblika lista aġġornata bħal din f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 9 ikunu fis-seħħ sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru parteċipanti għandu jiżgura li l-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(2) ikunu fis-seħħ sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ Stat Membru parteċipanti li fih il-[QUP] ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklussiva fir-rigward tal-[PEEU] fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, sad-data li minnha l-[QUP] jkollha tali ġurisdizzjoni esklussiva f’dak l-Istat Membru parteċipanti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-protezzjoni tal-privattiva unitarja tista’ tintalab għal kwalunkwe privattiva Ewropea mogħtija fid-data jew wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>B’rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130322">22 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja beda din l-azzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>B’deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni tħallew jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 131(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn dawn l-intervenjenti kollha, bl-eċċezzjoni tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara li r-Regolament ikkontestat huwa legalment ineżistenti jew, fuq bażi sussidjarja, tannullah fl-intier tiegħu,</P></ITEM><ITEM><P>fuq bażi ulterjorment sussidjarja, tannulla:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-Artikolu 9(1) fl-intier tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat, skont it-termini indikati taħt il-ħames motiv ta’ dan ir-rikors, u</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 18(2) tar-Regolament ikkontestat fit-totalità tiegħu, kif ukoll ir-riferimenti kollha li r-Regolament jagħmel għall-QUP bħala sistema ġudizzjarja tal-PEEU u bħala sors tad-dritt tagħha, u</P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament u lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jinvoka seba’ motivi fuq bażi prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-ewwel motiv jallega ksur tal-valuri tal-istat ta’ dritt kif iddikjarati fl-Artikolu 2 TUE. Ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li r-Regolament ikkontestat jagħti protezzjoni bbażata fuq il-privattiva Ewropea, minkejja li l-proċedura amministrattiva li tirrigwarda l-ħruġ ta’ tali privattiva ma taqa’ taħt ebda stħarriġ ġudizzjarju li jippermetti l-applikazzjoni korretta u uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>It-tieni motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali. Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Artikolu 118 TFUE ma jikkostitwixxix il-bażi legali xierqa għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, peress li ma jistabbilixxix miżuri li jiggarantixxu l-protezzjoni uniformi prevista f’dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter. Skont ir-Renju ta’ Spanja, il-Parlament u l-Kunsill ikkommettew tali użu ħażin inkwantu r-Regolament ikkontestat ma jirrispettax l-objettiv tal-kooperazzjoni msaħħa msemmija fl-Artikolu 20(1) TUE.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 291(2) TFUE. Fuq bażi prinċipali, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta l-kompetenza attribwita lill-Istati Membri parteċipanti li jaġixxu fil-kuntest tal-kumitat magħżul billi jiffissaw il-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid u jiddefinixxu l-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom. Skont dak l-Istat Membru, l-Artikolu 291 TFUE ma jippermettix lil-leġiżlatur tal-Unjoni li jiddelega lill-Istati Membri parteċipanti tali kompetenza. Fuq bażi sussidjarja, ir-Renju ta’ Spanja jinvoka l-ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza Meroni vs L-Awtorità Għolja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>9/56, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1958:7">EU:C:1958:7</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> inkwantu d-delega ta’ poteri ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f’dik is-sentenza. Il-ħames motiv, min-naħa l-oħra,<?PAGE NO="7"?> huwa bbażat fuq ksur tal-istess prinċipji stabbiliti fl-imsemmija sentenza, minħabba d-delega lill-EPO, fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ikkontestat, ta’ ċerti kompiti amministrattivi marbuta mal-PEEU. Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li s-setgħat iddelegati jimplikaw diskrezzjoni wiesgħa u, barra minn hekk, l-atti tal-EPO ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Is-sitt u s-seba’ motivi huma bbażati fuq ksur tal-prinċipji ta’ awtonomija u uniformità tad-dritt tal-Unjoni. Ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li l-kompetenzi tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha ġew żnaturati, peress li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament ikkontestat jissuġġetta l-applikabbiltà ta’ dan tal-aħħar għad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim QUP inkwantu dik id-data tiġi wara l-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>, waqt li jenfasizza li s-sistema ġudizzjarja speċifika għall-PEEU hija prevista f’dak il-ftehim u mhux fir-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fuq bażi sussidjarja, ir-Renju ta’ Spanja jitlob l-annullament parzjali tar-Regolament ikkontestat, kif ifformulat fil-punt 18 ta’ dawn it-talbiet.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-valuri tal-istat ta</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li r-Regolament ikkontestat, inkwantu jistabbilixxi regolamentazzjoni bbażata fuq titolu maħruġ mill-EPO, li l-atti tiegħu ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, għandu jiġi annullat, għaliex imur kontra l-valuri ta’ osservanza tal-istat ta’ dritt kif imsemmija fl-Artikolu 2 TUE.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Skont dak l-Istat Membru, il-proċedura amministrattiva kollha relatata mal-ħruġ ta’ privattiva Ewropea ma taqa’ taħt ebda stħarriġ ġudizzjarju li jiggarantixxi l-applikazzjoni korretta u uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-imsemmi Stat Membru jsostni li ma jistax jiġi aċċettat li r-Regolament ikkontestat jinkorpora fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-atti maħruġa minn korp internazzjonali li ma huwiex suġġett għall-prinċipji msemmija hawn fuq. Minn naħa waħda, il-bordijiet tal-appell u l-bord suprem tal-appell huma korpi stabbiliti fi ħdan l-EPO li ma għandhom ebda indipendenza fir-rigward ta’ dan tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet tagħhom ma huma suġġetti għal ebda azzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jargumentaw li l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi offrut mis-sistema stabbilita huwa kompatibbli mal-prinċipji tal-istat ta’ dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Parlament jindika li l-validità, in-nullità jew il-ksur tal-privattiva unitarja huma, b’applikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Ftehim QUP, suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-QUP, li d-deċiżjonijiet amministrattivi tal-EPO dwar il-ħruġ ta’ PEEU jistgħu jkunu suġġetti għal rikorsi amministrattivi quddiem diversi awtoritajiet fi ħdan il-EPO, li l-livell ta’ protezzjoni li minnu jibbenefikaw l-individwi fil-kuntest tal-KEP, ġie ġġudikat bħala aċċettabbli mill-Istati Membri, li lkoll huma partijiet għal dik il-konvenzjoni, u li l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-EPO fil-kuntest tal-kompiti amministrattivi msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament ikkontestat huwa previst fil-paragrafu 3 ta’ dik id-dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Kunsill, min-naħa l-oħra, isostni li s-sistema stabbilita mill-KEP hija kompatibbli mad-dritt fundamentali ta’ aċċess għal qorti. Għalkemm huwa minnu li l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Fir-risposta tiegħu, il-Kunsill uża l-istess riferiment bil-miktub, jiġifieri l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>OEB<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, sabiex jirreferi kemm għall-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi kif ukoll għall-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.</P></NOTE> tgawdi minn immunità ta’ ġurisdizzjoni u ta’ eżekuzzjoni, madankollu dik l-immunità tista’ tiġi rtirata f’każ konkret, u din l-organizzazzjoni tista’ tikkonkludi ma’ parti kontraenti waħda jew iktar, ftehimiet komplementari għall-finijiet tal-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-immunità. Barra minn hekk, xejn ma jipprekludi li din l-organizzazzjoni tippreċiża, permezz ta’ ftehim internazzjonali, li d-deċiżjonijiet tagħha jkunu suġġetti għal stħarriġ minn korp ġudizzjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Kunsill sussegwentement jargumenta li l-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-immunità ġudizzjarja tal-organizzazzjonijiet internazzjonali mad-dritt ta’ aċċess għal qorti, ġiet eżaminata f’livell nazzjonali u internazzjonali. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem irrikonoxxiet ukoll il-kompatibbiltà tal-immunità ġudizzjarja tal-organizzazzjonijiet internazzjonali mad-dritt fundamentali ta’ aċċess għal qorti, sa fejn ir-rikorrenti għandhom mezzi raġonevoli oħrajn biex jipproteġu b’mod effikaċi d-drittijiet tagħhom iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara Qorti EDB, Waite u Kennedy vs Il-Ġermanja [GC], Nru 26083/94, KEDB 1999-I, kif ukoll Qorti EDB, Beer u Regan vs Il-Ġermanja [GC], Nru 28934/95, <DATE ISO="19990218">18 ta’ Frar 1999</DATE>.</P></NOTE>. Dan huwa dak li ġara f’dan il-każ. L-indipendenza u n-natura ġudizzjarja tal-bordijiet tal-appell u tal-bord suprem tal-appell ġew ikkonfermati mill-Kummissjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Qorti EDB, Lenzing AG vs Il-Ġermanja (Diċ.), Nru 39025/97.</P></NOTE>, waqt li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkunsidrat li l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-EPO hija globalment ekwivalenti għar-regoli ta’ protezzjoni ggarantiti mill-Kostituzzjoni Ġermaniża.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-partijiet intervenjenti jaqblu mal-argumenti tal-Parlament u tal-Kunsill. Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja jsostnu, madankollu u qabel kollox, li l-ewwel motiv ma huwiex effettiv inkwantu r-Regolament ikkontestat ma għandux l-iskop li jirregola l-kundizzjonijiet għall-ħruġ jew għall-validità ta’ privattiva Ewropea. Lanqas ma għandu l-iskop jew l-effett li jinkorpora l-atti tal-EPO jew is-sistema tal-KEP fis-sistema ġuridika tal-Unjoni. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-validità tar-Regolament ikkontestat, l-uniċi atti tal-EPO li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni huma dawk marbuta mar-rikonoxximent tal-effett unitarju tal-privattiva Ewropea, li huma konformi mad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-QUP. Fi kwalunkwe każ, dawk l-Istati Membri jaqblu mal-motivi msemmija mill-Parlament u l-Kunsill li jiġġustifikaw li d-drittijiet fundamentali huma ggarantiti b’mod sodisfaċenti fis-sistema tal-KEP.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tiegħi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fuq bażi preliminari, nirrileva li l-Kunsill, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni enfasizzaw in-nuqqas ta’ ċarezza tal-ewwel motiv, li ma huwiex ibbażat fuq ksur ta’ dritt fundamentali partikolari, iżda fuq allegat ksur tal-valuri tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tal-legalità ta’ atti leġiżlattivi, għandha kompetenza, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi, b’mod partikolari, għal ksur ta’ kull regola tad-dritt dwar l-applikazzjoni tat-trattati.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalkemm il-partijiet ma jistgħux jibbażaw ruħhom direttament fuq l-istat ta’ dritt, kif previst fl-Artikolu 2 TUE, biex jannullaw att tal-Unjoni, xorta jibqa’ l-fatt li huwa diffiċli li ma jiġix rikonoxxut li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-possibbiltà li tikkunsidra l-istat ta’ dritt bħala regola tad-dritt ammissibbli quddiemha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara L. Pech, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>The Rule of Law as a Constitutional Principle of the European Union<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, Jean Monnet Working Paper 04/09, NYU School of Law, New York, 2012, p. 58 sa 60.</P></NOTE>, speċjalment peress li r-Renju ta’ Spanja jsemmi, fir-rikors tiegħu, il-projbizzjoni ta’ aġir arbitrarju, id-dritt għal rimedju effettiv kif ukoll l-osservanza u l-uniformità tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-punt 36 tar-rikors tar-Renju ta’ Spanja.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>B’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina motiv ta’ dan it-tip, invokat mill-perspettiva ta’ ksur tal-valuri tal-osservanza tal-istat ta’ dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Madankollu, bħar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja, jiena nemmen li dan l-ewwel motiv, li jallega li s-sistema ta’ ħruġ ta’ privattivi ma huwiex konformi mal-Artikolu 2 TUE huwa ineffettiv, inkwantu ma għandu ebda effett fuq il-legalità tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, l-għażla mil-leġiżlatur tal-Unjoni li jaċċetta r-regoli għall-ħruġ tal-privattiva Ewropea saret fi stadju preċedenti għar-Regolament ikkontestat u f’kuntest ferm preċiż u, min-naħa l-oħra, is-suġġett tar-Regolament ikkontestat huwa ddelimitat sew.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-aċċettazzjoni tar-regoli tal-KEP fir-rigward tal-ħruġ tal-privattiva Ewropea hija kkonċepita hawnhekk fil-kuntest tal-kooperazzjoni msaħħa u fl-għażla razzjonali li saret mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod kostanti, tat lil-leġiżlatur setgħa wiesgħa ta’ diskrezzjoni fir-rigward ta’ oqsma li jinvolvu minn naħa tiegħu għażliet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali, u li fihom huwa msejjaħ li jagħmel evalwazzjonijiet kumplessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il-Kunsill vs Manufacturing Support &amp; Procurement Kala Naft (C‑348/12 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:776">EU:C:2013:776</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 120).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-qasam tal-proprjetà intellettwali, u b’mod iktar partikolari dak tal-privattivi, jagħmel parti minn dawn l-oqsma.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, sa mill-bidu tal-proċessi ta’ armonizzazzjoni tad-dritt tal-privattivi fl-Ewropa, il-leġiżlatur tal-Unjoni dejjem kellu l-intenzjoni li jistabbilixxi privattiva tal-Unjoni fuq il-bażi tas-sistema tal-KEP u tal-privattiva eżistenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara p. 3 tal-proposta ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja [COM(20160) 790 finali].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni lanqas ma ried jeskludi l-possibbiltà li jibbaża ruħu fuq dik is-sistema fil-kuntest tal-kooperazzjoni msaħħa. Fil-fatt, tali sistema tippreżenta l-vantaġġ li diġà tinsab fis-seħħ u li tat prova sħiħa tal-effikaċja tagħha fil-mod kif tiffunzjona bil-kwalità u l-grad għoli ta’ teknika u ħila esperta li jikkaratterizzawha. Barra minn hekk, ir-regoli tagħha huma vinkolanti għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni bħala Stati kontraenti tal-KEP u, kif jenfasizza l-Kunsill, l-Istati Membri qatt ma qiesu li l-effetti li jistgħu jipproduċu d-deċiżjonijiet tal-EPO fir-rigward tal-ħruġ ta’ privattivi jistgħu jmorru kontra l-prinċipji kostituzzjonali tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>B’hekk, fid-deċiżjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa li, għandu jitfakkar, kienet is-suġġett ta’ żewġ rikorsi għal annullament min-naħa tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Taljana li ġew miċħuda, l-objettiv iddikjarat fil-premessa 7 tagħha jirreferi għall-ħolqien ta’ privattiva unitarja, u jispjega li dan jagħti protezzjoni uniformi fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti kollha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>li tingħata fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri kollha mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO)<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jirrikonoxxi huwa stess id-diversi opzjonijiet li kellu l-leġiżlatur tal-Unjoni fl-eżerċitar tal-kompetenza tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punt 17 tar-rikors tar-Renju ta’ Spanja.</P></NOTE> u ma jikkontestax l-għażla ta’ dak il-leġiżlatur fiha nnifisha. Madankollu, huwa jikkunsidra li, billi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>integra<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fir-regolamentazzjoni tiegħu sistema internazzjonali li fiha l-prinċipji kostituzzjonali tat-trattati ma ġewx osservati, ir-Regolament ikkontestat imur kontra l-valuri ta’ rispett tal-istat ta’ dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi dik l-analiżi hija żbaljata anki fid-dawl tal-iskop tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-iskop tar-Regolament ikkontestat</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ikkontestat, dan jikkostitwixxi ftehim speċjali fis-sens tal-Artikolu 142 tal-KEP<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara wkoll il-premessa 6 tar-regolament ikkontestat.</P></NOTE>, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[k]ull grupp ta’ Stati kontraenti li, fi ftehim speċjali, ikun ipprovda li l-privattivi Ewropej maħruġa għal dawk l-Istati għandu jkollhom natura unitarja fit-territorji tagħhom kollha, jista’ jipprovdi li l-privattivi Ewropej jistgħu jinħarġu biss konġuntament għall-Istati kollha<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni tabilħaqq kellu l-intenzjoni li jibbaża, fi stadju preliminari għar-Regolament ikkontestat, fuq is-sistema ta’ ħruġ tal-privattiva Ewropea mill-EPO, iżda mingħajr ma jinkorpora dik is-sistema fir-Regolament ikkontestat. Fil-fatt, l-iskop proprju ta’ dak ir-Regolament jippermetti li jiġi identifikat li din ma hijiex kwistjoni li jiġu rregolati l-kundizzjonijiet għall-ħruġ u għall-validità tal-privattiva Ewropea u lanqas li tiġi prevista għal dan il-għan sistema bħal dik li setgħet tiġi stabbilita għall-istħarriġ tad-deċiżjonijiet tal-EPO fir-rigward tal-kompiti li jaqgħu fuqu abbażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, barra minn hekk, li kieku kellu jiġi annullat ir-Regolament ikkontestat, il-kundizzjonijiet għall-ħruġ jew għall-validità tal-privattiva Ewropea ma jkunux affettwati minn dak l-annullament.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-iskop uniku tar-Regolament ikkontestat huwa li jinkwadra r-rikonoxximent tal-effett unitarju ta’ privattiva Ewropea diġà maħruġa b’mod konformi mal-KEP.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Kif isemmu r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja, il-leġiżlatur tal-Unjoni llimita ruħu sempliċement biex jindika l-karatteristiċi, il-kundizzjonijiet għat-twettiq u l-effetti tal-protezzjoni unitarja. Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja stess irrikonoxxa dan fil-punt 20 tar-rikors tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nibbaża ruħi fuq it-test tar-Regolament ikkontestat li huwa inekwivoku.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>B’hekk, il-formulazzjoni tat-titolu ta’ dan ir-Regolament ma tħalli lok għal ebda dubju, inkwantu dan tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa <HT TYPE="ITALIC">fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja</HT><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tar-Regolament ikkontestat, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, jippreċiża fil-paragrafu 1 tiegħu, li dan ir-Regolament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-<HT TYPE="ITALIC">ħolqien ta’ protezzjoni ta’ privattiva unitarja</HT>, kif awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni [dwar kooperazzjoni msaħħa]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 7 tal-imsemmi Regolament tindika l-mument minn meta l-effett unitarju jidħol fis-seħħ billi tispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[p]rotezzjoni tal-privattiva unitarja għand[ha] [t]inkiseb billi jingħata effett unitarju lill-privattivi Ewropej <HT TYPE="ITALIC">fil-fażi ta’ wara l-għotja permezz ta’ dan ir-Regolament</HT> [...]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE>. Dan tabilħaqq ifisser li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried ikopri biss, fir-Regolament ikkontestat, il-fażi ta’ wara l-ħruġ ta’ privattiva Ewropea. L-intervent tiegħu fl-implementazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa jseħħ f’dan il-mument preċiż tal-kisba tal-protezzjoni unitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-protezzjoni unitarja li r-Regolament ikkontestat jorganizza b’hekk tidħol fis-seħħ biss wara li tinħareġ il-privattiva Ewropea u sakemm din tinżamm fis-seħħ. Dan ir-Regolament b’hekk sempliċement jagħti lill-privattivi Ewropej kwalità supplimentari, jiġifieri l-effett unitarju, mingħajr ma jaffettwa l-proċedura rregolata mill-KEP<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punt 9 tal-osservazzjonijiet tar-Renju tal-Belġju.</P></NOTE>, li l-Istati Membri tal-Unjoni bħala Stati partijiet għal dik il-konvenzjoni huma obbligati li jirrispettaw.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-protezzjoni mogħtija ma għadhiex irregolata mid-dritt nazzjonali tad-diversi Stati Membri skont l-Artikolu 64 tal-KEP, iżda mid-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Ir-Regolament ikkontestat jagħti definizzjoni tal-PEEU, jippreċiża d-data meta tidħol fis-seħħ, id-drittijiet li din tagħti u l-portata tagħhom. Jipprovdi wkoll dispożizzjonijiet finanzjarji fir-rigward tat-tariffi li l-PEEU tiġġenera kif ukoll dispożizzjonijiet istituzzjonali dwar il-ġestjoni tagħha li jinkludu kompiti amministrattivi li jaqgħu fuq l-EPO li d-deċiżjonijiet tiegħu huma, f’dan il-każ, l-uniċi li jistgħu jiġu kkontestati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-legalità tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-ewwel motiv tar-Renju ta’ Spanja inkwantu dan huwa ineffettiv, peress li ma għandu ebda effett fuq il-legalità tar-Regolament ikkontestat billi ma jistax jiddependi fuq il-kompatibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-EPO dwar il-ħruġ ta’ privattivi Ewropej mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-ineżistenza tar-Regolament ikkontestat minħabba nuqqas ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ bażi legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li l-Artikolu 118 TFUE ma kienx jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat u li dan tal-aħħar għandu jitqies li huwa ineżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Huwa jsostni li r-Regolament ikkontestat huwa nieqes minn kull kontenut materjali, b’mod partikolari billi ma jiddeterminax l-atti li kontrihom il-PEEU tiżgura protezzjoni. Is-suġġett u l-għan tar-Regolament ikkontestat b’hekk ma jikkorrispondux għall-bażi legali li fuqha huwa bbażat.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Skont ir-Renju ta’ Spanja, ir-riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti fuq il-bażi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament ikkontestat ma jiggarantixxix protezzjoni uniformi tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u industrijali tal-Unjoni u dak ir-Regolament ma jwettaqx approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill isostnu li l-Artikolu 118 TFUE jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa. Dik id-dispożizzjoni, li tippermetti l-istabbiliment ta’ miżuri relatati mal-ħolqien ta’ titoli Ewropej sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Unjoni u l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni, ta’ koordinazzjoni u ta’ kontroll ċentralizzati fil-livell tal-Unjoni, ma teħtieġx armonizzazzjoni sħiħa tal-liġijiet nazzjonali, sakemm jinħoloq titolu ta’ proprjetà intellettwali jew industrijali li joffri protezzjoni uniformi fl-Istati Membri parteċipanti.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Meta jitqies l-iskop u l-kontenut tiegħu, ir-Regolament ikkontestat jissodisfa r-rekwiżit imsemmi hawn fuq, inkwantu jistabbilixxi l-PEEU, li toffri protezzjoni uniformi fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti, u jiddefinixxi l-karatteristiċi tagħha kif ukoll il-portata u l-effetti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Il-partijiet intervenjenti kollha jaqblu mal-osservazzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill, u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi jenfasizza, barra minn hekk, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fis-sentenza Spanja u L-Italja vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:240">EU:C:2013:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li l-Artikolu 118 TFUE jikkostitwixxi bażi xierqa għall-kisba tal-effett unitarju tal-privattiva Ewropea.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tiegħi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja huwa tal-fehma li l-bażi legali mogħtija mill-Artikolu 118 TFUE ma hijiex xierqa għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat inkwantu jikkunsidra li dan ir-regolament huwa regola tad-dritt mingħajr ebda kontenut, li l-għan finali tagħha huwa li l-kompetenzi mogħtija mit-Trattat lill-Unjoni jkunu eżerċitati minn korp internazzjonali, u li r-riferiment għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma huwiex tali li jiggarantixxi protezzjoni uniformi fl-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Jien ma naqbilx ma’ dan l-argument, u dan għar-raġunijiet segwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>l-għażla tal-bażi legali ta’ att tal-Unjoni għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut ta’ l-att<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenza Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill (C‑431/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:589">EU:C:2013:589</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-objettiv tar-Regolament ikkontestat, dan huwa, għandu jitfakkar, li jagħti protezzjoni uniformi fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Konsegwenza li tirriżulta neċessarjament mill-Artikolu 20 TUE, li jiddikjara, fil-paragrafu 4 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[l]-atti adottati fil-qafas ta’ koperazzjoni msaħħa għandhom jorbtu biss l-Istati Membri li jipparteċipaw<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> [ara s-sentenza Spanja u L-Italja vs Il‑Kunsill (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:240">EU:C:2013:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68)].</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Dan jirriżulta mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament ikkontestat, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>[PEEU] għandha jkollha karattru unitarju. Għandha tipprovdi protezzjoni uniformi u għandha jkollha effett indaqs fl-Istati Membri parteċipanti kollha<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Dik il-protezzjoni tagħti benefiċċju reali f’termini ta’ uniformità, u b’hekk ta’ integrazzjoni, meta mqabbla mas-sitwazzjoni li tirriżulta mill-implementazzjoni tar-regoli previsti mill-KEP li jiżguraw, f’kull wieħed mill-Istati kontraenti tagħha, protezzjoni li l-portata tagħha hija ddefinita mid-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza Spanja u L-Italja vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:240">EU:C:2013:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Effettivament, b’mod konformi mal-Artikolu 64(1) tal-KEP, l-effetti tal-privattiva Ewropea huma ddeterminati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>kull wieħed mill-Istati li għalih tkun inħarġet<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-proprjetarju ta’ privattiva Ewropea b’hekk kien ikollu l-obbligu li jitlob ir-reġistrazzjoni tal-privattiva Ewropea tiegħu f’kull Stat li huwa parti għall-KEP fejn ikun jixtieq jibbenefika minn protezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Dan kien ifisser li, għall-istess ksur imwettaq f’diversi Stati Membri, kien ikun hemm diversi proċeduri u liġijiet applikabbli biex tiġi rregolata l-kwistjoni, li dan kien joħloq inċertezza legali sostanzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kontenut tar-Regolament ikkontestat, ma nistax naqbel mal-analiżi tar-Renju ta’ Spanja li jsostni li dak ir-regolament huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>qoxra vojta<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, meta d-dispożizzjonijiet li jipprovdi huma suffiċjenti u meta jitqies il-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni jeżerċita kompetenza kondiviża mal-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ikkontestat jipprovdi l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-effett unitarju billi jippreċiża li dan jingħata biss jekk il-privattiva Ewropea tkun inħarġet bl-istess ġabra ta’ talbiet għall-Istati Membri parteċipanti kollha u jekk tkun ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-protezzjoni unitarja mogħtija minn privattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament ikkontestat huwa relatat mad-data meta tidħol fis-seħħ il-PEEU, jiġifieri l-jum tal-pubblikazzjoni mill-EPO tal-avviż tal-ħruġ tal-privattiva Ewropea fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin Ewropew tal-Privattivi</HT>, b’mod li titqies li ma daħlitx fis-seħħ bħala privattiva nazzjonali fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti f’dik id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Rigward l-Artikolu 5 tar-Regolament ikkontestat, dwar il-protezzjoni uniformi, dan jiddefinixxi l-effetti tal-karattru unitarju u l-mod kif tiġi ggarantita l-protezzjoni uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Dan jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-PEEU tagħti d-dritt lill-proprjetarju tagħha li jipprevjeni kwalunkwe terz milli jwettaq atti li kontrihom tipprovdi protezzjoni dik il-privattiva fit-territorji kollha tal-Istati Membri parteċipanti li fihom hija għandha effett unitarju, suġġett għal limitazzjonijiet applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 2 tiegħu, dan jipprovdi li l-portata ta’ dak id-dritt u l-limitazzjonijiet tiegħu huma uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha li fihom il-privattiva għandha effett unitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li, wara t-Trattat ta’ Lisbona, l-Artikolu 118 TFUE jagħti bażi legali xierqa għall-ħolqien ta’ titoli ta’ proprjetà intellettwali u jirrigwarda espressament l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, qasam li jaqa’ taħt il-kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 4(2) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Meta t-Trattati jagħtu lill-Unjoni kompetenza kondiviża mal-Istati Membri f’qasam speċifiku, l-Unjoni u l-Istati Membri jistgħu jilleġiżlaw u jadottaw atti legalment vinkolanti f’dak il-qasam. Dan huwa previst fl-Artikolu 2(2) TFUE, li jiddikjara wkoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>[l]-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sal-punt fejn l-Unjoni ma tkunx eżerċitat tagħha<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 118 TFUE jipprovdi li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>[jistabbilixxi] l-miżuri dwar il-ħolqien ta’ drittijiet Ewropej sabiex tiġi assigurata protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali madwar l-Unjoni u dwar <HT TYPE="ITALIC">l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ awtorizzazzjoni, ta’ koordinazzjoni u ta’ kontroll ċentralizzati fil-livell ta’ l-Unjoni</HT><QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Korsiv miżjud minni. Ara, għat-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>fil-livell tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, is-sentenza Spanja u L-Italja vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:240">EU:C:2013:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 68).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Wieħed ma għandux jinsa li l-kompetenzi mogħtija mill-Artikolu 118 TFUE huma eżerċitati f’din il-kawża abbażi tal-implementazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa u li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fid-diskrezzjoni wiesgħa tiegħu, għażel li jirrikorri għal diversi strumenti legali li jirriżultaw fl-istess ħin mid-dritt internazzjonali, mid-dritt tal-Unjoni kif ukoll mid-dritt nazzjonali għall-finijiet ta’ dik l-implementazzjoni, u dan ma huwiex ikkontestat mir-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni seta’, fil-fehma tiegħi, jirreferi għad-dritt nazzjonali billi jipprovdi, fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament ikkontestat, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, li l-atti li kontrihom il-privattiva tiżgura protezzjoni u l-limitazzjonijiet applikabbli huma dawk iddefiniti fil-liġi applikabbli għall-PEEU fl-Istat Membru parteċipanti li d-dritt nazzjonali tiegħu japplika għall-PEEU bħala oġġett ta’ proprjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-premessa 9 tar-Regolament ikkontestat tippermetti li tiġi interpretata dik id-dispożizzjoni billi tiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>Fi kwistjonijiet mhux koperti minn dan ir-Regolament [...] għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-KEP, il-Ftehim [QUP], inklużi d-dispożizzjonijiet tiegħu li jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni [u l-limitiazzjonijiet tad-dritt li kwalunkwe terz jiġi prekluż milli jwettaq atti li kontihom din il-privattiva tiżgura protezzjoni], u l-liġi nazzjonali, inklużi r-regoli tal-liġi internazzjonali privata<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Il-Ftehim QUP jiddefinixxi, fl-Artikoli 25 sa 27 tiegħu, l-atti li kontrihom PEEU tiżgura protezzjoni u l-limitazzjonijiet tal-effetti ta’ tali privattiva. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jittrasponu fid-dritt nazzjonali tagħhom id-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-artikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 118 TFUE, li jagħmel parti mill-Kapitolu 3 tat-Titolu VII tat-Trattat FUE dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>l-approssimazzjoni tal-liġijiet<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, mhux neċessarjament jeżiġi min-naħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni li huwa jarmonizza kompletament l-aspetti kollha tad-dritt tal-proprjetà intellettwali billi jistabbilixxi ġabra eżawrjenti ta’ regoli dwar il-funzjonament jew il-kontenut tiegħu. Ir-Renju ta’ Spanja stess irrikonoxxa dan fir-replika tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punt 21 tar-replika tar-Renju ta’ Spanja.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>B’hekk, fil-fehma tiegħi, ma hemm xejn fid-diċitura tal-Artikolu 118 TFUE li teskludi li l-att tal-Unjoni li għalih ikun stabbilit it-titolu jirreferi għad-dritt nazzjonali, sakemm dak l-att jiggarantixxi li t-titolu jiżgura protezzjoni uniformi fit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Hija l-garanzija ta’ din il-protezzjoni li r-Renju ta’ Spanja qiegħed jikkontesta wkoll f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Għalkemm il-leġiżlatur tal-Unjoni jirreferi għad-dritt nazzjonali, dan ma jfissirx li l-protezzjoni uniformi msemmija fl-Artikolu 118 TFUE ma hijiex iggarantita.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-qari flimkien tal-Artikoli 5(3) u 7 tar-Regolament ikkontestat kif ukoll tal-premessa 9 tiegħu li leġiżlazzjoni nazzjonali unika għandha tiddefinixxi l-atti li kontrihom il-PEEU tiżgura protezzjoni. Fi kliem ieħor, kull PEEU tkun suġġetta għal-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru wieħed u dik il-leġiżlazzjoni tkun applikabbli għat-territorju kollu tal-Istati Membri parteċipanti.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Billi jirreferi għal-liġi nazzjonali applikabbli f’kull każ, ir-Regolament ikkontestat b’hekk jiggarantixxi protezzjoni uniformi inkwantu dak ir-riferiment ikopri wkoll kull ftehim internazzjonali li għalih l-Istati Membri huma partijiet, inkluż il-Ftehim QUP li għandu jiġi rratifikat mill-Istati Membri skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4(3) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-premessa 25 tar-Regolament ikkontestat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad it-tieni motiv tar-Renju ta’ Spanja bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ poter</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jafferma li l-Parlament u l-Kunsill ikkommettew użu ħażin ta’ poter, peress li r-Regolament ikkontestat ma josservax l-objettiv ta’ kooperazzjoni msaħħa msemmi fl-Artikolu 20(1) TUE. Peress li l-effetti tal-PEEU huma ppreċiżati fil-Ftehim QUP, l-uniku skop tar-Regolament ikkontestat huwa li joħloq l-apparenza ta’ kunċett u ta’ regolamentazzjoni tal-Unjoni, waqt li fir-realtà, dan jipproduċi devjazzjoni mid-dritt tal-Unjoni u mill-kontrolli tagħha. Għall-kuntrarju ta’ dak li jafferma l-Parlament, dik il-kwistjoni ma ġietx deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Spanja u L-Italja vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:240">EU:C:2013:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li dan il-motiv jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Il-Parlament jenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja, f’dik is-sentenza, ċaħdet l-allegazzjonijiet ta’ użu ħażin ta’ poter fl-istabbiliment tal-protezzjoni unitarja mogħtija minn privattiva. Il-Kunsill jiddikjara wkoll li r-Regolament ikkontestat u l-ħolqien tal-PEEU jiffavorixxu l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni, waqt li proprjetarju ta’ privattiva Ewropea li jkun jixtieq jikseb protezzjoni fil-25 Stat Membru parteċipanti jkun obbligat, mingħajr l-effett unitarju ta’ tali privattiva, li jivvalida separatament dik il-privattiva f’kull wieħed mill-25 Stat Membru, u dik il-privattiva jkollha tiġi kkonfermata u, f’każ ta’ litigazzjoni, iddefenduta separatament f’kull wieħed mill-25 Stat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Il-partijiet intervenjenti jaqblu mal-argumenti tal-Parlament u tal-Kunsill.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tiegħi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li r-Regolament ikkontestat huwa vvizzjat b’użu ħażin ta’ poter inkwantu juża l-kooperazzjoni msaħħa għal finijiet oħrajn li ma humiex dawk assenjati lilu mit-Trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħu, ir-Regolament ikkontestat huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>qoxra vojta<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u b’hekk ma jiggarantixxix protezzjoni uniformi li tikkostitwixxi l-għan tad-deċiżjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, att huwa vvizzjat b’użu ħażin ta’ poter biss jekk, fuq il-bażi ta’ provi oġġettivi, rilevanti u konkordanti, jidher li dan ġie adottat bl-iskop esklużiv jew, mill-inqas determinanti, li jintlaħqu għanijiet differenti minn dawk li għalihom ingħata jew sabiex tiġi evitata proċedura prevista speċifikament mit-Trattati sabiex jiġu ttrattati ċ-ċirkustanzi tal-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Għalkemm ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li dan il-motiv huwa bbażat fil-kuntest tal-kooperazzjoni msaħħa u mhux mill-perspettiva tar-Regolament ikkontestat fih innifsu, li huwa s-suġġett tat-tieni motiv, xorta jibqa’ l-fatt li jeċċepixxi l-istess argument li jgħid li l-kontenut tar-Regolament ikkontestat huwa vojt fis-sens li ma jinkludi ebda sistema legali li tiggarantixxi protezzjoni uniformi.</TXT></NP><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>Peress li dan l-argument ġie miċħud fil-kuntest tal-eżami tat-tieni motiv, il-provi li fuqhom jibbaża r-Renju ta’ Spanja b’hekk ma humiex provi pertinenti. Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi t-tielet motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ u l-ħames motivi, ibbażati fuq ksur tal-Artikolu 291(2) TFUE u tal-prinċipji ddikjarati fis-sentenza Meroni vs L-Awtorità Għolja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jikkontesta l-attribuzzjoni, fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat, lill-Istati Membri parteċipanti li jaġixxu fil-kuntest tal-Kumitat Magħżul, tal-kompetenza li jiffissaw il-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid u l-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom. L-attribuzzjoni ta’ dawk il-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni lill-Istati Membri parteċipanti tikkostitwixxi, fuq bażi prinċipali, ksur tal-Artikolu 291(2) TFUE u, fuq bażi sussidjarja, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li dik id-dispożizzjoni ma ġietx miksura, ksur tal-prinċipji ddikjarati fis-sentenza Meroni vs L-Awtorità Għolja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1958:7">EU:C:1958:7</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, dwar id-delega tal-kompetenza.</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni li l-attribuzzjoni ta’ ċerti kompetenzi lill-aġenziji dejjem kienet eċċezzjoni għar-regoli tat-Trattat dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li huwa ġuridikament aċċettabbli taħt ċerti kundizzjonijiet. Huwa jistaqsi, barra minn hekk, dwar ir-rilevanza ta’ dik is-sentenza f’każ ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi lil korp internazzjonali bħall-Kumitat Magħżul.</TXT></NP><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Il-Kunsill huwa tal-fehma li, b’mod konformi mal-Artikolu 291(1) TFUE, meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jadottaw atti legalment vinkolanti, ir-responsabbiltà għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni xierqa taqa’ fuq l-Istati Membri. Huwa biss f’każ li l-applikazzjoni ta’ dawk l-atti tkun teħtieġ kundizzjonijiet uniformi li l-miżuri ta’ eżekuzzjoni jiġu adottati mill-Kummissjoni jew, jekk ikun il-każ, mill-Kunsill, b’mod konformi mal-paragrafu 2 ta’ dak l-artikolu. F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja ma jurix għalfejn l-iffissar tat-tariffi ta’ tiġdid u l-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom għandu jiġi eżegwit b’mod uniformi fil-livell tal-Unjoni. Minn dan isegwi li s-sentenza Meroni vs L-Awtorità Għolja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE> ma għandha ebda rilevanza għal din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Parlament u l-Kunsill huma tal-fehma li l-kundizzjonijiet imposti minn dik is-sentenza huma ssodisfatti, waqt li l-Parlament jippreċiża li dik il-ġurisprudenza għandha tiġi eżaminata fir-rigward tal-Artikolu 118 TFUE, li jeżiġi li għandhom jiġu stabbiliti sistemi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>ċentralizzati<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> għall-PEEU.</TXT></NP><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>Il-partijiet intervenjenti jaqblu mal-osservazzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill. Għal diversi fosthom, il-prinċipji ddikjarati f’dik is-sentenza ma humiex applikabbli. Fi kwalunkwe każ, dawn huma osservati.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li l-Artikolu 9(1) tar-Regolament ikkontestat, li jiddelega ċerti kompiti amministrattivi lill-EPO, jikser il-prinċipji stipulati fis-sentenza Meroni vs L-Awtorità Għolja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE>. Dawn ma humiex kompetenzi tal-Istati Membri, iżda kompetenzi tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>111.</NO.P><TXT>Il-Parlament u l-Kunsill jargumentaw li dik il-ġurisprudenza ma hijiex applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>112.</NO.P><TXT>Il-partijiet intervenjenti jaqblu mal-osservazzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tiegħi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>113.</NO.P><TXT>Id-diversi partijiet ma jikkontestawx li, fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri parteċipanti, fil-kuntest tal-kumitat magħżul li huma jistabbilixxu, li jiżguraw li jiffissaw il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid u l-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>114.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jsostni, madankollu, li f’dan il-każ kienu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi ta’ eżekuzzjoni; li, għaldaqstant, il-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni kellhom jingħataw, b’mod konformi mal-Artikolu 291(2) TFUE, lill-Kummissjoni jew, f’każijiet speċifiċi, lill-Kunsill, u li dik id-dispożizzjoni b’hekk ġiet miksura.</TXT></NP><NP><NO.P>115.</NO.P><TXT>Ma nistax naqbel ma’ dan ir-raġunament.</TXT></NP><NP><NO.P>116.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Renju ta’ Spanja jibbaża ruħu fuq dispożizzjoni li, fil-fehma tiegħi, ma hijiex applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>117.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 291(2) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>meta jkun hemm bżonn ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ l-atti ta’ l-Unjoni legalment vinkolanti, dawn l-atti jistgħu jagħtu l-kompetenzi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b’mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 24 u 26 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>118.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 291 TFUE ma jagħti ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ att ta’ eżekuzzjoni, iżda sempliċement jirreferi, fil-paragrafu 2 tiegħu, għan-neċessità li jiġi adottat tali att mill-Kummissjoni jew, f’ċerti każijiet speċifiċi, mill-Kunsill, sabiex jiġi żgurat li att legalment vinkolanti tal-Unjoni jiġi eżegwit fi ħdanha taħt kundizzjonijiet uniformi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill (C‑427/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:170">EU:C:2014:170</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>119.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li jirriżulta, barra minn hekk, mill-Artikolu 291(2) TFUE, li huwa biss <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>[m]eta jkun hemm bżonn ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ l-atti ta’ l-Unjoni legalment vinkolanti, [li] dawn l-atti jistgħu jagħtu l-kompetenzi ta’ implimentazzjoni lill-Kummmissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b’mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 24 [TUE] u 26 [TUE], lill-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 34).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>120.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ukoll li l-att ta’ eżekuzzjoni għandu jippreċiża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>l-kontenut ta’ att leġiżlattiv sabiex tiġi żgurata l-implementazzjoni tiegħu f’kundizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 39).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>121.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jidhirli li l-eżerċitar mill-Istati Membri parteċipanti tas-setgħa mogħtija lilhom mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat jaqa’ taħt qafas regolatorju stabbilit u delineat mil-leġiżlatur tal-Unjoni li ma jeħtieġx implementazzjoni taħt kundizzjonijiet uniformi fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>122.</NO.P><TXT>Effettivament, fl-ewwel lok, il-leġiżlatur tal-Unjoni jiddefinixxi, fl-Artikolu 11 tar-Regolament ikkontestat, it-tariffi ta’ tiġdid għall-PEEU bħala dovuti għas-snin li jsegwu s-sena tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-ħruġ ta’ privattiva Ewropea li tingħata effett unitarju fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulettin Ewropew tal-Privattivi</HT> u jissuġġetta l-eżistenza ta’ PEEU għall-ħlas ta’ dawk it-tariffi.</TXT></NP><NP><NO.P>123.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fl-Artikolu 12 tar-Regolament ikkontestat, il-leġiżlatur tal-Unjoni jindika l-livell ta’ dawk it-tariffi, li għandhom ikunu progressivi għaż-żmien kollu tal-protezzjoni unitarja mogħtija minn privattiva, suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż kollha marbuta mal-ħruġ ta’ privattiva Ewropea u mal-ġestjoni ta’ dik il-protezzjoni, u suffiċjenti biex jiggarantixxu l-bilanċ baġitarju tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. Barra minn hekk, dak il-livell għandu jqis, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, parametri differenti marbuta mal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk jelenka l-għan imfittex f’dak it-teħid inkunsiderazzjoni, jiġifieri li tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni u tiġi promossa l-kompetittività tal-impriżi Ewropej, li jiġi rifless id-daqs tas-suq kopert mill-privattiva u li tkun komparabbli mal-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid nazzjonali relatati ma’ privattiva Ewropea medja li tidħol fis-seħħ fl-Istati Membri parteċipanti fil-mument meta l-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid jiġi ffissat għall-ewwel darba.</TXT></NP><NP><NO.P>124.</NO.P><TXT>Finalment, l-Artikolu 13 tar-Regolament ikkontestat jelenka l-kriterji ġusti, ekwi u rilevanti li fuqhom għandha tkun ibbażata l-kwota ta’ distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid bejn l-Istati Membri parteċipanti.</TXT></NP><NP><NO.P>125.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat huwa inekwivoku fil-formulazzjoni tiegħu għaliex jagħti lill-Istati Membri s-setgħa sabiex jiżguraw li jiffissaw il-livell ta’ tariffi ta’ tiġdid <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/><HT TYPE="ITALIC">skont</HT> l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE> u l-kwota tagħhom ta’ distribuzzjoni tat-tariffi ta’ tiġdid <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/><HT TYPE="ITALIC">skont</HT> l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>126.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk ma jħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri parteċipanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>127.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-regolament għandu portata ġenerali, huwa obbligatorju fl-elementi kollha tiegħu u huwa applikabbli direttament f’kull Stat Membru. Dik id-dispożizzjoni, prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 288 TFUE, tinqara wkoll <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT> tar-Regolament ikkontestat b’riferiment espress għall-Istati Membri parteċipanti.</TXT></NP><NP><NO.P>128.</NO.P><TXT>Jiena tal-fehma li l-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat jaqa’, min-naħa l-oħra, taħt l-Artikolu 291(1) TFUE, li jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha tal-liġi nazzjonali neċessarji għall-implementazzjoni tal-atti legalment vinkolanti tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>129.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dan ma jitpoġġiex f’dubju mill-fatt li huwa fil-kwalità ta’ Stati partijiet għall-KEP li l-Istati Membri parteċipanti jiżguraw li jiffissaw il-livell tat-tariffi ta’ tiġdid b’mod konformi mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament u l-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom b’mod konformi mal-Artikolu 13 tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>130.</NO.P><TXT>Madankollu, dik il-kwalità ma teżentax lill-Istati Membri mid-dmir tagħhom li jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifiċi xierqa sabiex jiżguraw l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>131.</NO.P><TXT>Kif tindika l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>[<HT TYPE="ITALIC">l]-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament</HT> huma u jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom skont il-KEP u għandhom jikkooperaw għal dak il-għan<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>132.</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak li ntqal hawn fuq li ma huwiex neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti dwar il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza Meroni vs L-Awtorità Għolja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1958:7">EU:C:1958:7</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> li ma hijiex applikabbli hawnhekk, u lanqas dik li tirriżulta mis-sentenza Ir-Renju Unit vs Il‑Parlament u Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>C‑270/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:18">EU:C:2014:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> li tippreċiża l-prinċipji ddikjarati fl-ewwel sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>133.</NO.P><TXT>Dik il-ġurisprudenza tinkwadra biss il-possibbiltà għal istituzzjoni tal-Unjoni li tiddelega parti mill-kompetenzi tagħha lil korp jew aġenzija tal-Unjoni jew lil korp estern għall-Unjoni kif ukoll il-possibbiltà għal-leġiżlatur tal-Unjoni li jafda miżuri ta’ eżekuzzjoni lil korp jew aġenzija tal-Unjoni jew lil korp estern għall-Unjoni, minflok ma jafda dik is-setgħa lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>134.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kawża li wasslet għas-sentenza Meroni vs L-Awtorità Għolja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1958:7">EU:C:1958:7</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, l-Awtorità Għolja kienet fdat lil korpi rregolati mid-dritt privat setgħat li hija kellha taħt it-Trattati u fil-kawża li wasslet għas-sentenza Ir-Renju Unit vs Il-Parlament u Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:18">EU:C:2014:18</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien ippreveda li l-korp tal-Unjoni maħluq kellu jaġixxi skont is-setgħat li r-Regolament inkwistjoni kien jagħtih u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kull att legali vinkolanti tal-Unjoni li jassenja kompiti lil dak il-korp.</TXT></NP><NP><NO.P>135.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-raba’ motiv, inkwantu bbażat fuq ksur tal-Artikolu 291(2) TFUE, għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>136.</NO.P><TXT>Rigward il-ħames motiv, li jqajjem il-kwistjoni dwar jekk, billi jafdaw ċerti kompiti amministrattivi lill-EPO, il-kundizzjonijiet stipulati mill-ġurisprudenza Meroni vs L-Awtorità Għolja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1958:7">EU:C:1958:7</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> dwar id-delega ta’ poteri lil korpi esterni għall-Unjoni humiex sodisfatti, għandu jiġi osservat li, f’din il-kawża, ma huwiex il-leġiżlatur tal-Unjoni, iżda l-Istati Membri parteċipanti li jafdaw kompiti amministrattivi lill-entità rregolata mid-dritt internazzjonali li huwa l-EPO.</TXT></NP><NP><NO.P>137.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li r-Regolament ikkontestat jikkostitwixxi ftehim speċjali fis-sens tal-Artikolu 142 tal-KEP u li huwa fuq il-bażi tal-Artikolu 143(1) tal-KEP, li jistabbilixxi li grupp ta’ Stati kontraenti jista’ jafda kompiti supplimentari lill-EPO, li l-Istati Membri parteċipanti fdaw lill-EPO l-kompiti amministrattivi elenkati fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>138.</NO.P><TXT>F’dak il-każ, il-ġurisprudenza Meroni vs L-Awtorità Għolja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem.</HT></P></NOTE> lanqas ma tista’ tapplika.</TXT></NP><NP><NO.P>139.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, dan il-ħames motiv għandu jkun miċħud ukoll bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>E –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt u s-seba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ motivi, ibbażati fuq ksur tal-prinċipji ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ awtonomija u ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ uniformità tad-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>140.</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-preżervazzjoni tal-awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tippresupponi li l-kompetenzi tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha ma jkunu żnaturati minn ebda trattat internazzjonali. Dan huwa l-każ f’din il-kawża, peress li r-Regolament ikkontestat jipprevedi, fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tiegħu, li huwa applikabbli sa mill-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE> jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim QUP, id-data li titqies li tiġi l-iktar tard. Barra minn hekk ir-Regolament ikkontestat jiddefinixxi sistema ġudizzjarja speċifika għall-PEEU, li ma tinsabx fl-imsemmi Regolament iżda fil-Ftehim QUP. Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li l-kontenut ta’ dak il-ftehim imur kontra l-kompetenzi tal-Unjoni u li l-imsemmi ftehim jagħti lil terzi s-setgħa li jiddefinixxu b’mod unilaterali l-applikazzjoni tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>141.</NO.P><TXT>Il-Parlament jirrileva li r-rabta bejn ir-Regolament ikkontestat u l-Ftehim QUP tirrappreżenta l-kundizzjoni essenzjali għall-funzjonament tas-sistema ta’ protezzjoni uniformi tal-privattivi bis-saħħa tal-privattiva unitarja, u ma tmurx kontra d-dritt tal-Unjoni. Il-Ftehim QUP jirrispetta ż-żewġ kundizzjonijiet essenzjali li huma meħtieġa għall-finijiet tal-ħarsien tal-awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għaliex, minn naħa waħda, in-natura tal-kompetenzi tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha ma hijiex mibdula u, min-naħa l-oħra, l-imsemmi ftehim ma jimponi ebda interpretazzjoni partikolari fuq l-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha, fl-eżerċitar tal-kompetenzi interni tagħhom, tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Unjoni li jinsabu fl-imsemmi ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>142.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ħolqien tal-QUP ma jmur kontra ebda kompetenza tal-Unjoni. Fl-ewwel lok, il-kompetenza biex tinħoloq qorti komuni għall-privattivi u biex tiġi ddefinita l-portata tal-kompetenzi tagħha dejjem taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u ma ġietx fdata lill-Unjoni fuq bażi esklużiva. Sussegwentement, ir-Regolament ikkontestat jeħtieġ espressament li l-Istati Membri jagħtu kompetenza esklużiva lill-QUP. Ir-Regolament ikkontestat, li huwa bbażat fuq l-Artikolu 118 TFUE, jippermetti espliċitament lill-Istati Membri li jadottaw, fil-qasam tal-privattivi, dispożizzjonijiet li jipprevedu derogi mir-Regolament ta’ Brussell. Il-leġiżlatur tal-Unjoni jeżiġi li d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim QUP ikun suġġett għall-emendi meħtieġa li l-leġiżlatur tal-Unjoni jagħmel għar-Regolament Brussell I, f’dak li jirrigwarda r-rabta bejnu u l-imsemmi ftehim. Finalment, diversi dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE jissuġġettaw id-dħul fis-seħħ ta’ att legali dderivat mid-dritt tal-Unjoni għall-approvazzjoni tiegħu mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>143.</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-argumenti invokati insostenn ta’ dak il-motiv huma inammissibbli inkwantu huma indirizzati kontra l-Ftehim QUP. Fi kwalunkwe każ, huwa jirrileva li l-għażla politika tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jgħaqqad il-PEEU mal-funzjonament ta’ korp ġudizzjarju distint, il-QUP, li tiggarantixxi l-koerenza tal-ġurisprudenza u taċ-ċertezza legali. Ma jeżisti ebda ostakolu legali għall-ħolqien ta’ rabta bejn il-PEEU u l-QUP, li hija esposta fil-premessi 24 u 25 tar-Regolament ikkontestat. Barra minn hekk, fil-prattika leġiżlattiva, hemm diversi eżempji ta’ każijiet li fihom l-applikabbiltà ta’ att tal-Unjoni kienet ikkundizzjonata minn avveniment estern għal dak l-att.</TXT></NP><NP><NO.P>144.</NO.P><TXT>Il-partijiet intervenjenti jaqblu mal-pożizzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>145.</NO.P><TXT>Permezz tas-seba’ motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament ikkontestat jattribwixxi lill-Istati Membri l-kapaċità li jiddeċiedu b’mod unilaterali jekk dan għandux jiġi applikat għalihom. B’hekk, jekk Stat Membru jkollu jiddeċiedi li ma jirratifikax il-Ftehim QUP, ir-Regolament ikkontestat ma jkunx applikabbli għalih u l-QUP ma takkwistax kompetenza esklużiva fuq it-territorju tiegħu biex tieħu konjizzjoni tal-PEEU, b’mod li l-PEEU ma jkollhomx effett unitarju fir-rigward tal-imsemmi Stat Membru. Minn dan jirriżulta ksur tal-prinċipji ta’ awtonomija u ta’ uniformità tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="21"?><NP><NO.P>146.</NO.P><TXT>Il-Parlament jikkunsidra li r-rifjut ta’ Stat Membru li jirratifika l-Ftehim QUP, li effettivament ifisser l-inapplikabbiltà tar-Regolament ikkontestat fit-territorju tiegħu, jikkostitwixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 4(3) TUE. Anki jekk wieħed jippreżumi li jeżisti riskju fir-rigward tal-applikazzjoni uniformi tar-Regolament ikkontestat, dak ir-riskju jkun iġġustifikat, fid-dawl tan-neċessità li tiġi ggarantita protezzjoni ġudizzjarja effettiva u li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ċertezza ġuridika.</TXT></NP><NP><NO.P>147.</NO.P><TXT>Il-Kunsill ifakkar li l-Artikolu 18(2) tar-Regolament ikkontestat jipprovdi biss deroga fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, b’mod li l-effett unitarju ta’ privattiva Ewropea huwa llimitat għall-Istati Membri li rratifikaw il-Ftehim QUP, inkwantu d-dispożizzjonijiet l-oħrajn tal-imsemmi regolament japplikaw għall-Istati Membri parteċipanti kollha. Meta titqies l-importanza tar-rabta bejn ir-Regolament ikkontestat u l-Ftehim QUP, ġie kkunsidrat li din tikkonsisti f’garanzija supplimentari sabiex dik ir-rabta tiffunzjona bl-aħjar mod. Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-għoti ta’ eċċezzjoni għall-applikabbiltà ta’ att tal-Unjoni huwa legalment possibbli biss jekk il-miżura derogatorja tkun iġġustifikata b’mod oġġettiv u jekk tkun limitata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Dan huwa l-każ f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>148.</NO.P><TXT>Il-partijiet intervenjenti jaqblu mal-pożizzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tiegħi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>149.</NO.P><TXT>Ser nanalizza flimkien is-sitt u s-seba’ motivi invokati mir-Renju ta’ Spanja inkwantu dawn jittrattaw ir-rabta bejn ir-Regolament ikkontestat u l-Ftehim QUP.</TXT></NP><NP><NO.P>150.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ser neżamina l-ewwel u t-tieni partijiet tas-sitt motiv, u sussegwentement, fit-tieni lok, ser nanalizza l-aħħar parti tas-sitt motiv u tas-seba’ motiv.</TXT></NP><NP><NO.P>151.</NO.P><TXT>Qabel kollox, nirrileva li r-Renju ta’ Spanja ma jikkontestax il-fatt li jista’ jkun hemm sistema ġudizzjarja distinta. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, fil-Opinjoni 1/09<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:123">EU:C:2011:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li l-Artikolu 262 TFUE jipprevedi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>fakultà<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> li jiġu estiżi l-kompetenzi tal-qrati tal-Unjoni għall-kawżi marbuta mal-applikazzjoni ta’ atti tal-Unjoni li joħolqu titoli Ewropej ta’ proprjetà intellettwali u li, għaldaqstant, dan ma jistabbilixxix monopolju tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam ikkunsidrat u ma jippreġudikax l-għażla tal-qafas ġudizzjarju li jista’ jiġi stabbilit għall-kawżi bejn individwi dwar titoli tal-proprjetà intellettwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Punt 62. Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet ukoll li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri, billi jirrikorru għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont il-modalitajiet previsti fit-Trattat FUE, biex jistabbilixxu l-privattiva unitarja u jiffissaw ir-regoli relatati, inkluż, jekk ikun il-każ, regoli speċifiċi dwar kwistjonijiet ġudizzjarji [ara s-sentenza Spanja u L-Italja vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:240">EU:C:2013:240</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 92)].</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni partijiet tas-sitt motiv</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>152.</NO.P><TXT>L-ewwel parti tas-sitt motiv tiegħu twassal lir-Renju ta’ Spanja biex isostni li ma hemmx differenza sostanzjali bejn il-Ftehim QUP u l-abbozz ta’ ftehim li joħloq qorti kompetenti għall-kawżi dwar il-privattiva Ewropea u l-privattiva komunitarja, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Opinjoni 1/09 (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:123">EU:C:2011:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>153.</NO.P><TXT>Skont dak l-Istat Membru, minn naħa waħda, il-QUP ma tagħmilx parti mis-sistema istituzzjonali u ġudizzjarja tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, il-Ftehim QUP ma jipprovdix garanziji għall-preżervazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. L-imputazzjoni diretta, individwali u kollettiva lill-Istati Membri kontraenti, inkluż għall-finijiet tal-Artikoli 258 TFUE sa 260 TFUE, prevista fl-Artikolu 23 tal-Ftehim QUP, anki jekk nassumu li din hija kompatibbli mat-Trattati, hija insuffiċjenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP><?PAGE NO="22"?><NP><NO.P>154.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tas-sitt motiv, ir-Renju ta’ Spanja jipprova juri li l-Istati Membri ma jistgħux jirratifikaw il-Ftehim QUP mingħajr ma jmorru kontra l-obbligi tagħhom abbażi tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>155.</NO.P><TXT>Huwa jargumenta li l-Ftehim QUP kellu jiġi konkluż mill-Unjoni skont l-Artikolu 3(2) TFUE, inkwantu jaffettwa regoli komuni, jiġifieri, b’mod partikolari, dawk tar-Regolament Brussell I. Billi adottat ir-Regolament Brussell I, l-Unjoni akkwistat kompetenza esklużiva fil-qasam li huwa jkopri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara s-sentenza TNT Express Nederland (C‑533/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>156.</NO.P><TXT>F’dan is-sens, ir-Renju ta’ Spanja analizza l-kontenut tal-Ftehim QUP kif ukoll ir-regoli dwar il-kompetenza ġudizzjarja fir-rigward tal-azzjonijiet attribwiti lill-QUP biex jasal għall-konklużjoni li l-Istati Membri li huma partijiet għall-Ftehim QUP jeżerċitaw kompetenza li ma għadhiex tappartjeni lilhom u li, għaldaqstant, dan jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ awtonomija tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>157.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ partijiet tas-sitt motiv huma ta’ natura enigmatika li hija mmanifestata fid-diffikultà biex jiġi ddeterminat liema test huwa realment ikkontestat mir-Renju ta’ Spanja meta huwa jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk, billi jagħmel l-applikazzjoni tar-Regolament ikkontestat dipendenti fuq id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim QUP, l-Artikolu 18(2) ta’ dak ir-Regolament jiżnaturax il-kompetenzi tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>158.</NO.P><TXT>Kif jirrilevaw id-diversi partijiet fil-kawża, jiena tal-fehma li jidher li r-Renju ta’ Spanja fir-realtà qiegħed jipprova, permezz tal-imsemmija partijiet tal-motiv, jikkontesta l-legalità tal-Ftehim QUP fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni u juri li dak il-ftehim ma jirrispettax l-Opinjoni 1/09<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:123">EU:C:2011:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>159.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li tqum hawnhekk hija jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex kompetenza biex tistħarreġ il-kontenut tal-Ftehim QUP invokat mir-Renju ta’ Spanja fil-kuntest tar-rikors tiegħu għal annullament kontra r-Regolament ikkontestat meta titqies ir-rabta li teżisti bejn dawk iż-żewġ strumenti legali fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa.</TXT></NP><NP><NO.P>160.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ir-risposta għal din id-domanda għandha tkun fin-negattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>161.</NO.P><TXT>Ċertament, ir-Renju ta’ Spanja ma setax jirrikorri għall-proċedura ta’ għoti ta’ opinjoni prevista fl-Artikolu 218(11) TFUE f’dak li jirrigwarda l-Ftehim QUP previst. Fil-fatt, dik il-proċedura ma setgħetx tkun applikabbli għal tali ftehim bejn l-Istati Membri inkwantu l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiġi aċċettata biss fir-rigward tal-kompatibbiltà mat-Trattati ta’ ftehim li fih l-Unjoni tkun parti.</TXT></NP><NP><NO.P>162.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja ma jistax jitlob direttament lill-qorti tal-Unjoni l-annullament tal-Ftehim QUP fuq il-bażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li jistabbilixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>għandha teżamina l-legalità ta’ atti leġislattivi, ta’ l-atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew, minbarra ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, u ta’ atti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew maħsuba li joħolqu effetti legali fir-rigward ta’ terzi. Din għandha tikkontrolla wkoll il-legalità ta’ l-atti ta’ korpi jew organi ta’ l-Unjoni maħsuba sabiex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta’ partijiet terzi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>163.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Ftehim QUP ma jaqa’ taħt ebda kategorija ta’ atti msemmija fit-Trattat FUE. Dan huwa ftehim intergovernattiv innegozjat u ffirmat unikament minn ċerti Stati Membri fuq il-bażi tad-dritt internazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="23"?><NP><NO.P>164.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-fehma tiegħi, ir-rabta li teżisti bejn ir-Regolament ikkontestat u l-Ftehim QUP ma tistax tikkostitwixxi l-bażi tal-argument tar-Renju ta’ Spanja li l-analiżi tar-Regolament ikkontestat teżiġi li wieħed jeżamina l-kontenut tal-Ftehim QUP.</TXT></NP><NP><NO.P>165.</NO.P><TXT>L-argumenti invokati mir-Renju ta’ Spanja fir-replika tiegħu biex juri li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha kompetenza biex tistħarreġ il-kontenut tal-Ftehim QUP ma jistgħux ipoġġu f’dubju r-risposta tiegħi.</TXT></NP><NP><NO.P>166.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Renju ta’ Spanja jirreferi għal ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li, fil-fehma tiegħi, ma tistax tapplika fil-kuntest tal-kawża li għandna quddiemna.</TXT></NP><NP><NO.P>167.</NO.P><TXT>B’hekk, fil-kawża li wasslet għas-sentenza Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>C‑402/05 P u C‑415/05 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:461">EU:C:2008:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, l-istħarriġ tal-legalità li kellu jsir mill-qorti tal-Unjoni kien jirrigwarda l-att tal-Unjoni intiż biex jimplementa l-ftehim internazzjonali inkwistjoni, jiġifieri riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Sigurtà tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, u mhux ta’ din tal-aħħar bħala tali.</TXT></NP><NP><NO.P>168.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza tagħha li kienet diġà annullat deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova ftehim internazzjonali wara li eżaminat il-legalità interna tagħha fir-rigward tal-ftehim inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara s-sentenza Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:461">EU:C:2008:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 289). Ara wkoll l-Opinjoni 3/94 (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:436">EU:C:1995:436</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22) u s-sentenza Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (C‑122/95, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:94">EU:C:1998:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>169.</NO.P><TXT>Il-kuntest tal-kawża li għandna quddiemna huwa totalment differenti, għaliex ir-Regolament ikkontestat ma japprovax ftehim internazzjonali u lanqas ma jimplementa tali ftehim, iżda huwa intiż biex jimplementa l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni unitarja mogħtija minn privattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>170.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li, kieku r-Regolament ikkontestat kellu jiġi annullat, dan b’ebda mod ma jippreġudika l-validità tal-Ftehim QUP.</TXT></NP><NP><NO.P>171.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jidhirli li l-ewwel u t-tieni partijiet tas-sitt motiv għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-aħħar parti tas-sitt motiv u s-seba’ motiv</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>172.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aħħar parti tas-sitt motiv, ir-Renju ta’ Spanja jallega li jirriżulta mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament ikkontestat li l-applikazzjoni tiegħu tiddependi b’mod assolut mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim QUP. Minn dan isegwi li l-effettività tal-kompetenza eżerċitata mill-Unjoni permezz tar-Regolament ikkontestat tiddependi mir-rieda tal-Istati Membri li huma partijiet għall-Ftehim QUP.</TXT></NP><NP><NO.P>173.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-seba’ motiv, ir-Renju ta’ Spanja jallega li l-Artikolu 18(2) tar-Regolament ikkontestat jattribwixxi lill-Istati Membri l-kapaċità li jiddeċiedu b’mod unilaterali jekk dan għandux jiġi applikat għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>174.</NO.P><TXT>Ma nistax naqbel mal-analiżi li saret mir-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>175.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni indika li qorti kompetenti fir-rigward tal-PEEU kellha tiġi stabbilita u rregolata minn strument li jistabbilixxi sistema unifikata għal-litigazzjoni dwar il-privattivi Ewropej u l-PEEU<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara l-premessa 24 tar-Regolament ikkontestat.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="24"?><NP><NO.P>176.</NO.P><TXT>Huwa ddikjara wkoll li dak l-istabbiliment kien essenzjali sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament tajjeb tal-PEEU, il-koerenza tal-ġurisprudenza u, għaldaqstant, iċ-ċertezza legali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara l-premessa 25 tar-Regolament ikkontestat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>177.</NO.P><TXT>L-objettiv tar-Regolament ikkontestat huwa li jiggarantixxi dan il-funzjonament tajjeb. Ġustament, ikun kontra dawn il-prinċipji jekk jiġi applikat ir-Regolament ikkontestat minkejja l-fatt li l-QUP tkun għadha ma ġietx stabbilita.</TXT></NP><NP><NO.P>178.</NO.P><TXT>Ma nistax naqbel mar-Renju ta’ Spanja meta huwa jsostni li huma l-Istati Membri li jiddeċiedu dwar id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>179.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, huwa b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali previst fl-Artikolu 4(3) TUE li l-Istati Membri parteċipanti għandhom l-obbligu li jieħdu l-miżuri kollha li jippermettu l-implementazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa, inkluża r-ratifikazzjoni tal-Ftehim QUP, għaliex din tikkostitwixxi kundizzjoni neċessarja għal dik l-implementazzjoni. Fil-fatt, skont dik id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, kemm ġenerali jew speċifiċi, biex jiżguraw li dawn iwettqu tassew l-obbligi tagħhom li jkunu ġejjin mit-Trattat jew mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>180.</NO.P><TXT>L-Istati Membri parteċipanti, jekk jonqsu milli jirratifikaw il-Ftehim QUP, ikunu qegħdin imorru kontra l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali inkwantu jipperikolaw il-kisba tal-objettivi ta’ armonizzazzjoni u ta’ protezzjoni uniformi tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Ara l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>181.</NO.P><TXT>Hija għal din ir-raġuni li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-premessa 25 tar-Regolament ikkontestat, indika li kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/><HT TYPE="ITALIC">tal-akbar</HT> importanza li l-Istati Membri parteċipanti jirratifikaw il-Ftehim [QUP] skont il-proċeduri kostituzzjonali u parlamentari nazzjonali tagħhom u jieħdu l-passi meħtieġa biex dik il-Qorti issir operazzjonali mill-aktar fis possibbli<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>182.</NO.P><TXT>Dik il-premessa 25 tispjega għalfejn il-leġiżlatur tal-Unjoni, fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament ikkontestat, jagħmel l-applikabbiltà ta’ dak ir-Regolament tiddependi fuq id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim QUP jekk din tkun wara l-<DATE ISO="20140101">1 ta’ Jannar 2014</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>183.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa aċċettat li ċerti qrati nazzjonali jistgħu jżommu l-kompetenza f’ċerti Stati Membri parteċipanti fejn l-effett unitarju tal-privattiva Ewropea huwa rikonoxxut, huma kkontestati dawk l-objettivi ta’ armonizzazzjoni u ta’ protezzjoni uniformi li l-effett unitarju tal-privattivi Ewropej huwa maħsub li jipproduċi.</TXT></NP><NP><NO.P>184.</NO.P><TXT>Ir-rabta bejn ir-Regolament ikkontestat u l-Ftehim QUP hija tali li kien inkoerenti min-naħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni, għall-finijiet ta’ ċertezza legali, li ma jagħmilx l-applikazzjoni tar-Regolament ikkontestat dipendenti fuq id-dħul fis-seħħ ta’ dak il-ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>185.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jiena nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-aħħar parti tas-sitt motiv u s-seba’ motiv bħala infondati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>F –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal annullament parzjali tar-Regolament ikkontestat, ifformulata fuq bażi sussidjarja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>186.</NO.P><TXT>Il-Parlament, il-Kunsill, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Ungerija jikkunsidraw li t-talba għal annullament parzjali tar-Regolament ikkontestat, issollevata fuq bażi sussidjarja, ma tistax tiġi milqugħa, għaliex id-dispożizzjonijiet li l-annullament tagħhom huwa mitlub jikkostitwixxu parti essenzjali tal-qafas regolatorju stabbilit minn dak ir-regolament u, għaldaqstant, ma jistgħux jiġu sseparati minnu mingħajr ma tiġi mmodifikata s-sustanza tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>187.</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li l-Artikolu 9 tar-Regolament ikkontestat huwa perfettament separabbli mill-kumplament tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Fil-punt 17 tar-risposta tiegħu għan-noti ta’ intervent, ir-Renju ta’ Spanja jibbaża ruħu, f’dan is-sens, fuq il-punt 19 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u Il-Kunsill (C‑427/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:871">EU:C:2013:871</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Rigward l-Artikolu 18(2) tal-imsemmi regolament, huwa tal-fehma li ma jkunx neċessarju, fid-dawl tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 297(1) TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Dik id-dispożizzjoni tipprovdi li l-atti leġiżlattivi jidħlu fis-seħħ fid-data li huma jiffissaw jew, fin-nuqqas ta’ dan, fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</P></NOTE>, li r-Regolament ikkontestat jinkludi dispożizzjoni dwar l-applikabbiltà tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni tiegħi</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>188.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l‑annullament parzjali ta’ att tal-Unjoni huwa possibbli biss jekk il-miżura jew l‑elementi li qiegħed jintalab l‑annullament tagħhom jistgħu jiġu sseparati mill‑bqija tal‑att. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li dak ir-rekwiżit ta’ separabbiltà ma huwiex sodisfatt meta l-annullament parzjali ta’ att ikollu l-effett li jbiddel is-sustanza tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:170">EU:C:2014:170</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>189.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jitfakkar li l-objettiv tar-Regolament ikkontestat huwa l-ħolqien ta’ protezzjoni unitarja mogħtija minn privattiva. Sabiex jasal għal dak l-objettiv, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa qafas regolatorju.</TXT></NP><NP><NO.P>190.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ikkontestat jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>[p]rivattiva Ewropea mogħtija bl-istess sett ta’ talbiet fir-rigward tal-Istati Membri parteċipanti kollha għandha tibbenefika minn effett unitarju fl-Istati Membri parteċipanti <HT TYPE="ITALIC">sakemm l-effett unitarju tagħha jkun ġie reġistrat fir-Reġistru għall-protezzjoni ta’ privattiva unitarja</HT><QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>191.</NO.P><TXT>Dik il-kundizzjoni teħtieġ it-teħid inkunsiderazzjoni mil-leġiżlatur tal-Unjoni ta’ serje ta’ miżuri amministrattivi li jseħħu qabel u wara dik ir-reġistrazzjoni, miżuri li huma meħtieġa sabiex din tal-aħħar issir effettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>192.</NO.P><TXT>Dawk il-miżuri ġew previsti minn dak il-leġiżlatur fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ikkontestat, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>Kompiti amministrattivi fil-qafas tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>193.</NO.P><TXT>Dik id-dispożizzjoni telenka lista eżawrjenti tal-kompiti li l-eżekuzzjoni tagħhom taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-EPO.</TXT></NP><NP><NO.P>194.</NO.P><TXT>Mingħajr l-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kompiti, li jikkundizzjonaw b’mod ċar il-funzjonament tajjeb tas-sistema li tistabbilixxi l-PEEU, huwa inkonċepibbli li l-leġiżlatur tal-Unjoni jasal għall-objettiv iffissat fir-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><?PAGE NO="26"?><NP><NO.P>195.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma narax kif, billi jitneħħa l-Artikolu 9(1) tar-Regolament ikkontestat, is-sustanza tiegħu mhux ser tiġi affettwata.</TXT></NP><NP><NO.P>196.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament ikkontestat, peress li dik id-dispożizzjoni tirrigwarda l-iffissar tat-tariffi ta’ tiġdid u d-definizzjoni tal-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom li huma s-suġġett tal-ħames motiv tar-Renju ta’ Spanja, jidhirli li huwa inkonċepibbli li wieħed jipprevedi dispożittiv finanzjarju, kif huwa ppreċiżat fil-Kapitolu V tar-Regolament ikkontestat, mingħajr ma jkunu previsti l-persuni jew l-entitajiet li ser ikunu inkarigati biex jiżguraw li tali ffissar u definizzjoni jkunu inkwadrati.</TXT></NP><NP><NO.P>197.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, b’hekk isegwi li l-Artikolu 9(1), fit-totalità tiegħu, u (2), tar-Regolament ikkontestat, fit-termini indikati taħt il-ħames motiv ta’ dan ir-rikors, ma jikkonċernax aspett li jista’ jiġi sseparat mill-qafas regolatorju stabbilit permezz ta’ dak ir-regolament u li għaldaqstant, jekk dan jiġi annullat dan jaffettwa s-sustanza tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>198.</NO.P><TXT>Rigward l-Artikolu 18(2) tar-Regolament ikkontestat, li jirregola l-applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar li huwa jagħmel dipendenti fuq id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim QUP, jiena jidhirli, għar-raġunijiet imsemmija fil-kuntest tal-evalwazzjoni li għamilt tal-aħħar parti tas-sitt motiv u tas-seba’ motiv, li dik id-dispożizzjoni ma tistax tiġi sseparata mill-kumplament tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP><NP><NO.P>199.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jiena tal-fehma li t-talba għal annullament parzjali tar-Regolament ikkontestat ifformulata fuq bażi sussidjarja mir-Renju ta’ Spanja hija inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>200.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, peress li ebda wieħed mill-motivi invokati mir-Renju ta’ Spanja insostenn tar-rikors tiegħu ma jista’ jiġi aċċettat, dawn għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>201.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż tiegħu stess, waqt li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-partijiet intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>