12.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/7


Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li fir-rigward tagħhom twettqu r-rekwiżiti kostituzzjonali skont l-Artikolu 103 tal-Ftehim ŻEE, u Deċiżjonijiet relatati

(2015/C 49/06)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE ilhom minn Marzu 2000 jindikaw f’nota f’qiegħ il-paġna jekk id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom tiddependix mit-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali ta’ xi waħda mill-Partijiet Kontraenti. Dawn ir-rekwiżiti ġew notifikati fir-rigward tad-Deċiżjonijiet elenkati hawn taħt. Il-Partijiet Kontraenti in kwistjoni issa nnotifikaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li temmew il-proċeduri interni tagħhom. Id-dati tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet huma kif indikat. Barra minn hekk, ċerti Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jistgħu jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kostituzzjonali tad-Deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq u li huma wkoll elenkati hawn taħt.

Numru tad-Deċiżjoni

Data tal-adozzjoni

Referenza għall-pubblikazzjoni

Att(i) legali integrat(i)

Data tad-dħul fis-seħħ

20/2012

10.2.2012

ĠU L 161, 21.6.2012, p. 26

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 34, 21.6.2012, p. 31

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar agenziji li jiggradaw il-kreditu

1.8.2014

53/2012

30.3.2012

ĠU L 207, 2.8.2012, p. 33

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 43, 2.8.2012, p. 40

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/578/UE tat-28 ta’ Settembru 2010 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Ġappun bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

1.8.2014

181/2012

28.9.2012

ĠU L 341, 13.12.2012, p. 35

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 70, 13.12.2012, p. 42

Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.2.2014

45/2013

15.3.2013

ĠU L 231, 29.8.2013, p. 19

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 29.8.2013, p. 21

Id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz

1.2.2014

84/2013

3.5.2013

ĠU L 291, 31.10.2013, p. 46

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 61, 31.10.2013, p. 53

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/627/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Awstralja bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/628/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Istati Uniti bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/630/UE tal-5 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Kanada bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

1.8.2014

86/2013

3.5.2013

ĠU L 291, 31.10.2013, p. 51

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 61, 31.10.2013, p. 58

Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001

Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009

1.8.2014

89/2013

3.5.2013

ĠU L 291, 31.10.2013, p. 55

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 61, 31.10.2013, p. 62

Id-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE

1.5.2014

94/2013

3.5.2013

ĠU L 291, 31.10.2013, p. 60

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 61, 31.10.2013, p. 68

Id-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati

1.8.2014

113/2013

14.6.2013

ĠU L 318, 28.11.2013, p. 15

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 67, 28.11.2013, p. 17

Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE

28.5.2014

114/2013

14.6.2013

ĠU L 318, 28.11.2013, p. 16

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 67, 28.11.2013, p. 18

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/7/UE tat-2 ta’ Marzu 2012 li temenda, għal skop ta’ adattazzjoni għall-progess tekniku, il-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

1.4.2014

129/2013

14.6.2013

ĠU L 318, 28.11.2013, p. 31

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 67, 28.11.2013, p. 36

Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE

1.2.2014

158/2013

8.10.2013

ĠU L 58, 27.2.2014, p. 10

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 13, 27.2.2014, p. 11

Ir-Regolament (UE) Nru 1235/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jemenda, fir-rigward tal-farmakoviġilanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata, kif korreġut mill-ĠU L 201, 27.7.2012, p. 138

Id-Direttiva 2010/84/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li temenda, fir-rigward tal-farmakoviġilanza, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Unjoni relatat mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif korreġuta mill-ĠU L 21, 25.1.2011, p. 8 u l-ĠU L 276, 21.10.2011, p. 63

28.5.2014

159/2013

8.10.2013

ĠU L 58, 27.2.2014, p. 12

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 13, 27.2.2014, p. 14

Id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati

1.6.2014

160/2013

8.10.2013

ĠU L 58, 27.2.2014, p. 13

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 13, 27.2.2014, p. 15

Id-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-25 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanza

1.6.2014

163/2013

8.10.2013

ĠU L 58, 27.2.2014, p. 16

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 13, 27.2.2014, p. 18

Ir-Regolament (UE) Nru 1027/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward tal-farmakoviġilanza

28.5.2014

164/2013

8.10.2013

ĠU L 58, 27.2.2014, p. 17

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 13, 27.2.2014, p. 19

Id-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti, kif ikkoreġuta mill-ĠU L 243, 16.9.2010, p. 68

1.7.2014

225/2013

13.12.2013

ĠU L 154, 22.5.2014, p. 22

Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 22.5.2014, p. 21

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali

1.6.2014

226/2013

13.12.2013

ĠU L 154, 22.5.2014, p. 24

Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 22.5.2014, p. 23

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/4/UE tat-22 ta’ Frar 2012 li temenda d-Direttiva 2008/43/KE li twaqqaf, skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE, sistema għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-isplussivi għall-użi ċivili

1.7.2014

9/2014

14.2.2014

ĠU L 211, 17.7.2014, p. 13

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 17.7.2014, p. 12

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.8.2014

15/2014

14.2.2014

ĠU L 211, 17.7.2014, p. 22

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 17.7.2014, p. 20

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 736/2013 tas-17 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-medda ta’ żmien għall-programm ta’ ħidma għall-eżami ta’ sustanzi attivi bijoċidali eżistenti

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 613/2013 tal-25 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1451/2007 dwar sustanzi attivi addizzjonali ta’ prodotti bijoċidali li jridu jiġu eżaminati skont il-programm ta’ analiżi

1.6.2014

19/2014

14.2.2014

ĠU L 211, 17.7.2014, p. 27

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 17.7.2014, p. 25

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/633/UE tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru tal-infrastruttura ferrovjarja

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/462/UE tat-23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2002/731/KE, 2002/732/KE, 2002/733/KE, 2002/735/KE u 2006/66/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2002/730/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/463/UE tat-23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/679/KE u 2006/860/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/464/UE tat-23 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/861/KE, 2008/163/KE, 2008/164/KE, 2008/217/KE, 2008/231/KE, 2008/232/KE, 2008/284/KE, 2011/229/UE, 2011/274/UE, 2011/275/UE, 2011/291/UE u 2011/314/UE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà

1.7.2014

43/2014

8.4.2014

ĠU L 256, 28.8.2014, p. 17

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 28.8.2014, p. 17

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 837/2013 tal-25 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-propikonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 9

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-aċidu bromoaċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 4

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1033/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova s-sulfat tar-ram pentaidrat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-aċidu benżojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 3 u 4

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-etofenproks bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-IPBC bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1038/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova t-tebukonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 7 u 10

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1039/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li jimmodifika l-approvazzjoni tal-aċidu nonanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2

1.6.2014

44/2014

8.4.2014

ĠU L 256, 28.8.2014, p. 20

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 28.8.2014, p. 20

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2013 tat-18 ta’ Ġunju 2013 dwar it-tariffi u l-imposti dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali

1.6.2014

54/2014

8.4.2014

ĠU L 256, 28.8.2014, p. 32

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 49, 28.8.2014, p. 28

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 782/2013 tal-14 ta’ Awwissu 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ekotikketta tal-UE

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/641/UE tas-7 ta’ Novembru 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għat-tojlits u l-awrinari bil-flaxing

1.1.2015

95/2014

16.5.2014

ĠU L 310, 30.10.2014, p. 60

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 63, 30.10.2014, p. 52

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

1.12.2014

96/2014

16.5.2014

ĠU L 310, 30.10.2014, p. 62

Is-Suppliment taż-ŻEE Nru 63, 30.10.2014, p. 53

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/780/UE tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta’ aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

1.12.2014