4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/26


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2013

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Českobudějovické pivo (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tar-Repubblika Ċeka biex tiġi approvata emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Českobudějovické pivo”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bl-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni Ewropea (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (4).

(3)

Billi ma ġiet innotifikata ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda għandha tkun approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda għall-ispeċifikazzjoni, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(4)   ĠU C 134, 14.5.2013, p. 54.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fil-Parti I tal-Anness I, tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.1.   Birer

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Českobudějovické pivo (IĠP)