|
28.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 370/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10902 — FEV CONSULTING / MITSUBISHI CORPORATION / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 370/03)
1.
Fid-19 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
FEV Consulting GmbH (“FEV”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn FEV Group GmbH (“FEV Group”, il-Ġermanja), |
|
— |
Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun), |
|
— |
Kumpanija ġdida (“il-JV fil-Mira”, il-Ġappun). |
FEV u MC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-joint venture (JV).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
FEV: servizzi ta’ konsulenza dwar il-maniġment; |
|
— |
MC: kumpanija kummerċjali li tiżviluppa u topera negozju f’varjetà ta’ industriji. |
3.
Il-JV fil-Mira se tkun attiva fl-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza u servizzi oħra lill-manifatturi tal-materjali fil-Ġappun.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10902 — FEV CONSULTING / MITSUBISHI CORPORATION / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).