|
9.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 267/46 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data inklużi fil-lista' ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341, u għall-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, kif implimentati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337
(2019/C 267/09)
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2), kif aġġornata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa r-RELEX.1.C li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2001/931/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2019/1341, u r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/1337.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK u r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża, skont il-ħtieġa, mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.
(3) ĠU L 209, 9.8.2019, p. 15.