<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0100009501.case.xml"><NO.CASE>C-463/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0463</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-122</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-137</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110120">20.1.2011</DATE> — KAWŻA C-463/09</LEFT><RIGHT>CLECE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-463/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20091020">20 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CLECE SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">María Socorro Martín Valor,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ayuntamiento de Cobisa,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-123"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, D. Šváby, R. Silva de Lapuerta, E. Juhász u J. Malenovský (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn F. Díez Moreno, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Enegren u R. Vidal Puig, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-124"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 4, p. 98).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, CLECE SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>CLECE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u, min-naħa l-oħra, M.-S. Martín Valor u l-Ayuntamiento de Cobisa (kunsill lokali ta’ Cobisa) dwar it-tkeċċija ta’ M.-S. Martín Valor.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23 tikkostitwixxi l-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/187/KE, tal-<DATE ISO="19770214">14 ta’ Frar 1977</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati<?PAGE NO="I-125"?> mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>It-tielet premessa tad-Direttiva 2001/23 tiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[h]uwa neċessarju li jigi pprovdut għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ li jinbidel min jimpjega, b’mod partikulari, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardjati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>a)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li timpjega bħala riżultat ta’ trasferiment jew inkorporazzjoni legali</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Bla ħsara għas-subparagrafu (a) u għad-dispożizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Artikolu, ikun hemm trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva meta jkun hemm trasferiment ta’ xi entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jiġifieri għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tapplika għal impriżi pubbliċi u privati li huma involuti f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk jaħdmu għall-qligħ kemm jekk le. Ir-riorganizzazzjoni amministrattiva ta’ l-awtoritajiet pubbliċi amministrattivi, jew it-trasferiment ta’ funzjonijiet amministrattivi bejn awtoritajiet pubbliċi amministrattivi, mhijiex trasferiment fis-sens ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-126"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/23 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>It-trasferiment ta’ l-impriża, n-negozju jew xi parti mill-impriza jew negozju m’għandux fih innifsu jikkostitwixixi bażi għal tkeċċija minn min jagħmel it-trasferiment jew minn min lilu jsir it-trasferiment. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tkun ta’ xkiel għal tkeċċijiet li jistgħu iseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/23/KE ġiet trasposta fid-dritt Spanjol permezz tal-Artikolu 44 tad-Digriet Irjali leġiżlattiv 1/1995, li japprova t-test rivedut tal-liġi li tistabbilixxi Statut tal-Impjegati (Real Decreto Legislativo 1/1995, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Estatuto de los Trabajadores), tal-<DATE ISO="19950324">24 ta’ Marzu 1995</DATE> (BOE n<HT TYPE="SUP">o</HT> 75, tad-<DATE ISO="19950329">29 ta’ Marzu 1995</DATE>, p. 9654, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Istatut tal-Impjegati<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-127"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 44(1) u (2) tal-Istatut tal-Impjegati jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment ta’ impriża, ta’ ċentru tax-xogħol jew ta’ unità ta’ produzzjoni awtonoma ta’ din l-impriża ma jtemmx, fih innifsu, ir-relazzjoni ta’ impjieg; il-persuna ġdida li tħaddem tiġi ssurrogata fid-drittijiet u fl-obbligi tal-persuna li tħaddem preċedenti rigward il-kuntratt ta’ impjieg u s-sigurtà soċjali, inklużi l-obbligi rigward il-pensjonijiet, taħt il-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni speċifika applikabbli u, b’mod ġenerali, fl-obbligi kollha addizzjonali fil-qasam tal-protezzjoni soċjali li jkun daħal għalihom min jagħmel it-trasferiment.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, ikun hemm trasferiment ta’ impriża meta t-trasferiment ikollu bħala suġġett entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jiġifieri għaqda organizzata ta’ riżorsi bl-objettiv li twettaq attività ekonomika, kemm jekk l-attività hija ċentrali jew anċillari kemm jekk le.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tal-ftehim kollettiv fis-settur tat-tindif ta’ bini u postijiet tal-provinċja ta’ Toledo jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Fil-każ li impriża, li fiha s-servizz ta’ tindif kien isir minn impriża kontraenti, tassumi personalment ir-responsabbiltà sabiex twettaq tali servizz, ma hijiex obbligata żżomm l-impjegati li qabel kienu jagħmlu dan ix-xogħol għad-ditta msemmija, meta hija tagħmel dan ix-xogħol ta’ tindif permezz ta’ impjegati tagħha stess; min-naħa l-oħra, l-impriża inkwistjoni hija obbligata timpjega lill-impjegati inkwistjoni meta, għal dan is-servizz ta’ tindif, tkun trid timpjega nies ġodda<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-128"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>CLECE, impriza li tipprovdi servizzi ta’ tindif, ikkonkludiet mal-Ayuntamiento de Cobisa, fis-<DATE ISO="20030527">27 ta’ Mejju 2003</DATE>, kuntratt li għandu bħala s-suġġett it-tindif ta’ skejjel u ta’ bini muniċipali, mingħajr ma ġie stabbilit li s-servizzi kkonċernati kellhom jinvolvu n-neċessità tal-użu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>elementi materjali speċifiċi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan il-kuntratt, M.-S. Martín Valor kienet taħdem għal CLECE, bħala mara li tnaddaf, mill-<DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20071109">9 ta’ Novembru 2007</DATE>, l-Ayuntamiento de Cobisa nnotifika lil CLECE bid-deċiżjoni tiegħu li jittermina, b’effett mill-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>, il-kuntratt li ntrabat bih ma’dik il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20080102">2 ta’ Jannar 2008</DATE>, CLECE informat lil M.-S. Martín Valor li hija kienet ġiet, mill-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE>, integrata fil-persunal tal-Ayuntamiento de Cobisa, peress li issa kien dan tal-aħħar li kellu jwettaq it-tindif tal-bini kkonċernat. Fil-fatt, skont CLECE, bis-saħħa tal-Artikolu 14 tal-ftehim kollettiv fis-settur tat-tindif ta’ bini u postijiet tal-provinċja ta’ Toledo, l-Ayuntamiento de Cobisa ssostitwixxa lil dik il-kumpannija fid-drittijiet u l-obbligi kollha dwar ir-relazzjoni ta’ xogħol inkwistjoni fil-kawża priniċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-istess ġurnata, M.-S. Martín Valor ippreżentat ruħha fil-bini tal-Ayuntamiento de Cobisa, iżda ma ġietx awtorizzata biex taħdem. CLECE, min-naħa tagħha, ma assenjatilha l-ebda post ta’ xogħol ieħor.</TXT></NP><?PAGE NO="I-129"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Ayuntamiento de Cobisa, fl-<DATE ISO="20080110">10 ta’ Jannar 2008</DATE>, impjega, permezz tal-uffiċċju pubbliku għall-impjiegi, ħames impjegati għat-tindif tal-bini tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għaldaqstant, M.-S. Martín Valor ippreżentat, quddiem il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2 ta’ Toledo, kawża kontra CLECE u l-Ayuntamiento de Cobisa, bil-għan li tiġi kkonstatata n-natura abbużiva tat-tkeċċija tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20080513">13 ta’ Mejju 2008</DATE>, il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2 ta’ Toledo kkunsidrat li l-Artikolu 14 tal-ftehim kollettiv fis-settur tat-tindif ta’ bini u postijiet tal-provinċja ta’ Toledo ma kienx applikabbli u li, konsegwentement, l-Ayuntamiento de Cobisa ma kellux il-kwalità sabiex jitressaq bħala konvenut. Barra minn dan, l-imsemmija qorti ddikjarat li M.-S. Martín Valor kienet ġiet mkeċċija mix-xogħol b’mod abbużiv minn CLECE u kkundannat lil din tal-aħħar sabiex timpjega mill-ġdid lill-persuna kkonċernata fl-istess kundizzjonijiet li kienu jeżistu qabel it-tkeċċija jew ġħall-ħlas tad-danni ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">6507,10</FT>. Kull waħda minn dawn iż-żewġ ipoteżijiet kienet tinkludi wkoll il-ħlas tal-pagi normali li ma ngħatawx lil M.-S. Martín Valor.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20081226">26 ta’ Diċembru 2008</DATE>, CLECE ippreżentat appell mill-imsemmija sentenza quddiem it-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha. Permezz tal-appell tagħha, CLECE ssostni b’mod partikolari li l-Ayuntamiento de Cobisa huwa ssurrogat fir-relazzjoni ta’ xogħol konkluża ma’ M.-S. Martín Valor, bis-saħħa tal-Artikolu 14 tal-ftehim kollettiv fis-settur tat-tindif ta’ bini u postijiet tal-provinċja ta’ Toledo, moqri flimkien mal-Artikolu 44 tal-Istatut tal-Impjegati u flimkien mal-ġurisprudenza ċċitata minnha.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li minn ġurisprudenza miġbura permezz ta’ sentenza tat-Tribunal Supremo, tal-<DATE ISO="20081210">10 ta’ Diċembru 2008</DATE>, jirriżulta, essenzjalment, li d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv fis-settur tat-tindif ta’ bini u postijiet ma humiex applikabbli għal impriża prinċipali, li teżerċita attività distinta u li billi ttemm<?PAGE NO="I-130"?> kuntratt konkluż ma’ impriża ta’ tindif, tiddeċiedi li twettaq hija stess direttament it-tindif tal-bini tagħha, peress li dik l-impriża prinċipali ma tistax titqies li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-ftehim kollettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk għandhiex tqis bħala li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/23, sitwazzjoni fejn kunsill lokali jiddeċiedi li jwettaq permezz tal-persunal impjegat minnu t-tindif tal-bini tiegħu, meta din l-attività kienet preċedentement eżerċitata minn impriża ta’ tindif bis-saħħa ta’ kuntratt li ġie tterminat, meta l-imsemmija impriża prinċipali impjegat persunal ġdid sabiex twettaq dan ix-xogħol ta’ tindif u meta l-ftehim kollettiv fis-settur tat-tindif ta’ bini u postijiet, li jistabbilixxi obbligu ta’ surroga f’tali sitwazzjoni, ma huwiex applikabbli għaliha.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-kawża prinċipali, hemmx lok li jiġu kkunsidrati l-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/23, minkejja li l-ftehim kollettiv fis-settur tat-tindif ta’ bini u edifiċji tal-provinċja ta’ Toledo ma huwiex applikabbli fil-konfront tal-Ayuntamiento de Cobisa u li dik l-entità għandha l-partikolarità li hija entità pubblika li timpjega, li għandha bħala konsegwenza l-inklużjoni ta’ karatteristiċi speċifiċi fir-relazzjonijiet ta’ xogħol tagħha, skont l-Artikolu 103(3) tal-Kostituzzjoni Spanjola.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Każ fejn kunsill lokali jieħu lura jew jieħu f’idejh l-attività ta’ tindif tad-diversi bini tiegħu, li preċedentement kienet ipprovduta minn impriża kontraenti, u li<?PAGE NO="I-131"?> għalih il-kunsill lokali impjega persunal ġdid, għandu jitqies li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [2001/23], kif iddefinit mill-Artikolu 1(1)(a) u (b) tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ITEM></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li din tal-aħħar tapplika f’sitwazzjoni fejn kunsill lokali, li kien iħalli t-tindif tal-bini tiegħu f’idejn impriża privata, jiddeċiedi li jittermina l-kuntratt li ntrabat bih ma’ din tal-aħħar u li jeżerċita huwa stess dawk l-attivitajiet ta’ tindif billi jimpjega persunal ġdid għal dan il-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 1(1)(ċ) tagħha, id-Direttiva 2001/23 tapplika għal impriżi pubbliċi li huma involuti f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk jaħdmu bi skop ta’ lukru u kemm jekk le.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li s-sempliċi fatt li l-persuna li favura jsir it-trasferiment tkun persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku, f’dan il-każ kunsill lokali, ma jippermettix li tiġi eskluża l-eżistenza ta’ trasferiment li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, Mayeur, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-175/99" PAGE.ECR="I-7755" YEAR="2000">C-175/99, Ġabra p. I-7755</REF.DOC.ECR>, punti 29, 33 u 34, kif ukoll tad-<DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, UGT-FSP, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-151/09" PAGE.ECR="I-7591" YEAR="2010">C-151/09, Ġabra p. I-7591</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><?PAGE NO="I-132"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li, bħalma huwa l-każ fil-kawża prinċipali, waħda mill-partijiet ikkonċernati tkun kunsill lokali ma jipprekludix, fih inniffsu, li d-Direttiva 2001/23 tkun applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>It-tieni nett, skont l-Artikolu 1(1)(a) tagħha, id-Direttiva 2001/23 tapplika għal kull trasferiment ta’ impriża, negozju jew parti minn impriża jew negozju lil persuna oħra li tħaddem bħala riżultat ta’ trasferiment jew ta’ inkorporazzjoni legali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-portata tal-imsemmija dispożizzjoni ma tistax tiġi evalwata abbażi biss ta’ interpretazzjoni testwali. Minħabba d-differenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-direttiva kif ukoll id-diverġenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fuq il-kunċett ta’ trasferiment legali, il-Qorti tal-Ġustizzja tat interpretazzjoni biżżejjed flessibbli lil dan il-kunċett sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva li huwa, kif jirriżulta mill-premessa 3 tagħha, li jiġu protetti l-impjegati f’każ ta’ trasferiment tal-impriża tagħhom (ara f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20070913">13 ta’ Settembru 2007</DATE>, Jouini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-458/05" PAGE.ECR="I-7301" YEAR="2007">C-458/05, Ġabra p. I-7301</REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li d-Direttiva 77/187, kif ikkodifikata bid-Direttiva 2001/23, kienet applikabbli għal kwalunkwe każ ta’ tibdil, fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali, tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-impriża li tassumi l-obbligi ta’ min iħaddem favur l-impjegati tal-impriża (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19960307">7 ta’ Marzu 1996</DATE>, Merckx u Neuhuys, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/94+C-172/94" PAGE.ECR="I-1253" YEAR="1996">C-171/94 u C-172/94, Ġabra p. I-1253</REF.DOC.ECR>, punt 28, kif ukoll tal-<DATE ISO="19981210">10 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/96+C-229/96+C-74/97" PAGE.ECR="I-8179" YEAR="1998">C-127/96, C-229/96 u C-74/97, Ġabra p. I-8179</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 77/187 sitwazzjoni fejn impriża li kienet tirrikorri għal impriża oħra għat-tindif tal-bini tagħha jew parti minnhom, tiddeċiedi li tittermina<?PAGE NO="I-133"?> l-kuntratt li kien jorbotha ma’ din tal-aħħar u li minn dakinhar twettaq hija stess dawn ix-xogħolijiet (ara s-sentenza Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li ma jistax jiġi eskluż <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li d-Direttiva 2001/23 tapplika f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn kunsill lokali jiddeċiedi unilateralment li jittermina l-kuntratt li ntrabat bih ma’ impriża privata u li jeżerċita huwa stess l-attivitajiet ta’ tindif li awtorizzaha li twettaq.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sabiex tkun applikabbli d-Direttiva 2001/23, it-trasferiment għandu, madankollu, skont l-Artikolu 1(1)(b) ta’ dik id-direttiva, ikun jirrigwarda entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha wara l-bidla ta’ min iħaddem.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk tali entità iżżommx l-identità tagħha, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha li jikkaratterizzaw l-operazzjoni inkwistjoni, fosthom, b’mod partikolari, it-tip ta’ impriża jew negozju inkwistjoni, it-trasferiment jew nuqqas ta’ trasferiment ta’ elementi korporali, bħal bini jew beni mobbli, il-valur tal-elementi inkorporali meta seħħ it-trasferiment, l-impjieg jew in-nuqqas ta’ impjieg tal-maġġoranza tal-persunal mill-proprjetarju l-ġdid, it-trasferiment jew in-nuqqas ta’ trasferiment tal-klijentela, kif ukoll il-livell ta’ xebh bejn l-attivitajiet imwettqa qabel u dawk imwettqa wara t-trasferiment u t-tul ta’ eventwali sospensjoni ta’ dawn l-attivitajiet. Dawn l-elementi madankollu jikkostitwixxu biss aspetti parzjali tal-evalwazzjoni komplessiva li għandha ssir u ma jistgħux għaldaqstant jiġu evalwati b’mod iżolat (ara, b’mod partikolari, s-sentenzi tat-<DATE ISO="19860318">18 ta’ Marzu 1986</DATE>, Spijkers, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="24/85" PAGE.ECR="1119" YEAR="1986">24/85, Ġabra p. 1119</REF.DOC.ECR>, punt 13; tad-<DATE ISO="19920519">19 ta’ Mejju 1992</DATE>, Redmond Stichting, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-29/91" PAGE.ECR="I-3189" YEAR="1992">C-29/91, Ġabra p. I-3189</REF.DOC.ECR>, punt 24; tal-<DATE ISO="19970311">11 ta’ Marzu 1997</DATE>, Süzen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-13/95" PAGE.ECR="I-1259" YEAR="1997">C-13/95, Ġabra p. I-1259</REF.DOC.ECR>, punt 14, kif ukoll tal-<DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, Abler <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-340/01" PAGE.ECR="I-14023" YEAR="2003">C-340/01, Ġabra p. I-14023</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><?PAGE NO="I-134"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Preċedentement il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li entità ekonomika tista’, f’ċerti setturi, tiffunzjona mingħajr ebda assi tanġibbli jew mhux tanġibbli sinjifikattivi, b’tali mod li ż-żamma tal-identità tagħha wara t-tranżazzjoni li taffettwaha ma tistax, loġikament, tiddependi fuq it-trasferiment ta’ tali assi (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Süzen, punt 18; Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 31, u UGT-FSP, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, sa fejn, f’ċerti setturi li fihom l-attività hija essenzjalment ibbażata fuq il-ħaddiema, grupp ta’ ħaddiema li jwettaq fit-tul attività ekonomika jista’ jikkostitwixxi entità ekonomika, tali entità tista’ żżomm l-identità tagħha wara t-trasferiment tagħha meta l-proprjetarju l-ġdid ma jillimitax ruħu li jkompli l-attività inkwistjoni iżda jieħu wkoll il-maġġoranza, f’termini ta’ numru u ta’ kompetenzi, tal-persunal li l-predeċessur tiegħu kien speċifikament jiddedika għal din il-funzjoni. F’dan il-każ, il-proprjetarju l-ġdid effettivament jikseb il-grupp organizzat ta’ elementi li jippermettilu li b’mod stabbli jkompli l-attivitajiet jew uħud mill-attivitajiet tal-proprjetarju preċedenti (ara s-sentenzi Süzen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 21; Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32; tal-<DATE ISO="19981210">10 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Hidalgo <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/96+C-247/96" PAGE.ECR="I-8237" YEAR="1998">C-173/96 u C-247/96, Ġabra p. I-8237</REF.DOC.ECR>, punt 32; tal-<DATE ISO="20020124">24 ta’ Jannar 2002</DATE>, Temco, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-51/00" PAGE.ECR="I-969" YEAR="2002">C-51/00, Ġabra p. I-969</REF.DOC.ECR>, punt 33, kif ukoll UGT-FSP, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-punt 31 ta’ din is-sentenza, ma huwiex importanti jekk it-teħid tal-maġġoranza tal-persunal isirx fil-kuntest tat-trasferiment legali nnegozzjat bejn min jagħmel it-trasferiment u min isirlu t-trasferiment jew jekk dan jirriżultax minn deċiżjoni unilaterali tal-proprjetarju preċedenti tal-impriża li jittermina l-kuntratti ta’ xogħol tal-persunal ittrasferiti, segwita minn deċiżjoni unilaterali tal-proprejtaru l-ġdid tal-impriża li jimpjega l-maġġoranza tal-istess persunal sabiex jeżeġwixxi l-istess kompiti.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk, f’każ ta’ impjieg mill-ġdid ta’ parti essenzjali tal-persunal, l-eżistenza ta’ trasferiment, fis-sens tad-Direttiva 2001/23, tkun subordinata għall-oriġini kuntrattwali biss ta’ tali impjieg, il-protezzjoni tal-ħaddiema, mixtieqa minn dik id-direttiva, titħalla fid-diskrezzjoni tal-proprjetarji tal-impriżi u dawn tal-aħħar<?PAGE NO="I-135"?> jitpoġġew f’pożizzjoni li jevitaw, billi ma jikkonkludux kuntratt, l-applikazzjoni tal-imsemmija direttiva, bi ħsara għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema ttrasferiti li huma madankollu ggarantiti mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, attività ta’ tindif, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ tiġi kkunsidrata bħala attività li hija bbażata essenzjalment fuq il-ħaddiem (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 27; Hidalgo <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 26, kif ukoll Jouini <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 32) u, konsegwentement, grupp ta’ ħaddiema li jwettqu b’mod stabbli attività komuni ta’ tindif jista’, fin-nuqqas ta’ fatturi oħra tal-produzzjoni, jikkorrispondi għal entità ekonomika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27). Huwa meħtieġ ukoll, madankollu, li l-identità ta’ din tal-aħħar tinżamm wara t-tranżazzjoni kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-Ayuntamiento de Cobisa, bil-għan li jeżerċita huwa stess l-attivitajiet ta’ tindif tal-iskejjel u l-bini tiegħu, preċedentement imwettaq minn CLECE, impjega persunal ġdid, mingħar ma impjega lill-ħaddiema preċedentement inkarigati minn CLECE sabiex iwettqu dawk l-attivitajiet, u barra minn hekk lanqas ħa l-elementi ta’ assi materjali jew mhux materjali ta’ dik l-impriża. F’dawk il-kundizzjonijiet, l-uniku element li jistabbilixxi rabta bejn l-attivitajiet eżerċitati minn CLECE u dawk assunti mill-Ayuntamiento de Cobisa huwa kkostitwit mis-suġġett tal-attività kkonċernata, jiġifieri t-tindif tal-bini.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, is-sempliċi fatt li l-attività eżerċitata minn CLECE u dik eżerċitata mill-Ayuntamiento de Cobisa huma simili, jekk mhux ukoll identiċi, ma jippremettix li jiġi konkluż li nżammet l-identità ta’ entità ekonomika. Fil-fatt, entità ma tistax tiġi limitata għall-attività li ġiet fdata lilha. L-identità tagħha tirriżulta minn pluralità inseparabbli ta’ elementi bħall-persunal li jikkomponiha, il-persunal ta’ sorveljanza tagħha, l-organizzazzjoni tax-xogħol tagħha, il-metodi tagħha ta’ kif tiffunzjona jew anki, fejn xieraq, ir-riżorsi operazzjonali disponibili għaliha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Süzen, punt 15; Hernández Vidal <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 30, kif ukoll Hidalgo <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 30). B’mod partikolari, l-identità ta’ entità ekonomika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija bbażata essenzjalment fuq il-ħaddiem, ma<?PAGE NO="I-136"?> tistax tinżamm jekk il-maġġoranza tal-persunal tagħha ma jittieħedx minn dak li lilu jsir it-trasferiment.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bla ħsara għall-applikabbiltà eventwali ta’ regoli ta’ protezzjoni nazzjonali, is-sempliċi teħid, fil-kawża prinċipali, mill-Ayuntamiento de Cobisa, tal-attivitajiet ta’ tindif preċedentement mwettqa minn CLECE ma jistax, fih innifsu, jirrileva l-eżistenza ta’ trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 1(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li din tal-aħħar ma tapplikax għal sitwazzjoni fejn kunsill lokali, li kien iħalli t-tindif tal-bini tiegħu f’idejn impriża privata, jiddeċiedi li jittermina l-kuntratt li ntrabat bih ma’ din tal-aħħar u li jeżerċita huwa stess l-attività ta’ tindif tal-imsemmi bini, billi jimpjega persunal ġdid għal dan il-għan.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-137"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1)(a) u (b), tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferimenti ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li din tal-aħħar ma tapplikax għal sitwazzjoni fejn kunsill lokali, li kien iħalli t-tindif tal-bini tiegħu f’idejn impriża privata, jiddeċiedi li jittermina l-kuntratt li ntrabat bih ma’ din tal-aħħar u li jeżerċita huwa stess l-attività ta’ tindif tal-imsemmi bini, billi jimpjega persunal ġdid għal dan il-għan.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>