|
27.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/5 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/57/UE
tas-26 ta’ Awwissu 2010
li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex iġġedded l-inklużjoni tal-imażalil bħala sustanza attiva
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-inklużjoni tal-imażalil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011. Ġiet sottomessa notifika skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2007 tas-27 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment tal-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-ewwel grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta’ dawk is-sustanzi (2) għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-imażalil bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fil-perjodu ta’ żmien stipulat f’dak l-Artikolu. |
|
(2) |
In-notifika nstab li kienet ammissibbli skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/656/KE tat-28 ta’ Lulju 2008 dwar l-ammissibilità tan-notifiki dwar it-tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tas-sustanzi attivi azimsulfuron, azoxystrobin, fluroxypyr, imazalil, kresoxim-methyl, prohexadion-calcium u spiroxamin, u t-twaqqif tal-lista tan-notifikanti kkonċernati (3). |
|
(3) |
Fi żmien il-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 737/2007, in-notifikant issottometta d-dejta meħtieġa skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 737/2007, flimkien ma’ spjegazzjoni rigward ir-rilevanza ta’ kull studju ġdid sottomess. |
|
(4) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta’ valutazzjoni f’konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ssottomieh lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawnhekk ‘il quddiem: ‘l-Awtorità’) u lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Ġunju 2009. Flimkien mal-valutazzjoni tas-sustanza, dak ir-rapport jinkludi lista tal-istudji li l-Istat Membru relatur ibbaża l-valutazzjoni tiegħu fuqhom. |
|
(5) |
L-Awtorità kkomunikat ir-rapport ta’ valutazzjoni lin-notifikant u lill-Istati Membri kollha u bagħtet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità tagħmel ukoll ir-rapport ta’ valutazzjoni disponibbli għall-pubbliku. |
|
(6) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni bejn il-pari mill-Istati Membri u mill-Awtorità, l-Awtorità ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha dwar ir-reviżjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-imażalil (4) lill-Kummissjoni fl-4 ta’ Marzu 2010. Ir-rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjoni tal-Awtorità ġew irriveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fid-9 ta’ Lulju 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-imażalil. |
|
(7) |
Ħareġ ċar mill-bosta eżamijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-imażalil jistgħu jkunu mistennija li se jkomplu jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li għalihom ġew eżaminati u mniżżla fid-dettal fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li tiġi mġedda l-inklużjoni tal-imażalil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, biex jiġi żgurat li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkollhom fihom din is-sustanza attiva jistgħu jkomplu jiġu awtorizzati meta jkunu konformi ma’ dik id-Direttiva. |
|
(8) |
Fuq bażi tar-rapport ta’ reviżjoni li jappoġġja livell iktar baxx ta’ purità meta mqabbel mal-livell ta’ inklużjoni tal-imażalil fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u b’konsiderazzjoni li ma hemmx impuritajiet tossikoloġiċi jew ekotossikoloġiċi sinifikanti, il-livell ta’ purità għandu jiġi mmodifikat. |
|
(9) |
Huwa neċessarju li jiġu inklużi dispożizzjonijiet li jirrikjedu lill-Istati Membri, meta jkunu se jawtorizzaw prodotti ta’ protezzjoni għall-pjanti li jinkludu l-imażalil, jagħtu attenzjoni partikolari lil ċerti punti biex jiżguraw li jittieħdu l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju adegwati. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li: il-materjali tat-testijiet użati fil-fajls tat-tossiċità jitqabblu u jiġu vverifikati ma’ din l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat b’mod kummerċjali; is-sitwazzjoni ta’ esponiment akut tad-dietà mhux se jimponi riskju għall-konsumaturi, meta jkunu qed jiġu riveduti l-livelli massimi ta’ residwi. |
|
(10) |
Mid-dejta l-ġdida li ġiet sottomessa, jidher li l-imażalil u l-prodotti mid-degradazzjoni tiegħu fil-ħamrija u s-sistemi tal-ilma tal-wiċċ jistgħu jikkawżaw riskji għal mikroorganiżmi li jgħixu fil-ħamrija u dawk akwatiċi; esponiment negleġibbli tal-ilma ta’ taħt l-art għandu jiġi kkonfermat; tinħtieġ iktar investigazzjoni dwar in-natura tar-residwi fi prodotti bażiċi pproċessati. Bla ħsara għall-konklużjoni li l-inklużjoni tal-imażalil għandha tiġġedded, huwa għalhekk xieraq li tinkiseb iktar informazzjoni dwar dawk il-punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li n-notifikant jiġi obbligat jissottometti iktar informazzjoni fir-rigward tar-rotta tad-degradazzjoni tal-imażalil fil-ħamrija u s-sistemi tal-ilma tal-wiċċ, dejta ambjentali biex jiġi żgurat li l-esponiment tal-ilma ta’ taħt l-art huwa negliġibbli u studju tal-idroliżi biex tiġi investigata n-natura tar-residwi fi prodotti bażiċi pproċessati. |
|
(11) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tiġi mġedda sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw minn dan it-tiġdid. |
|
(12) |
Mingħajr ħsara għall-obbligi ddefiniti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tat-tiġdid tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tagħha, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara t-tiġdid biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-imażalil sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha, u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, ikomplu jiġu ssodisfati. Kif xieraq, l-Istati Membri għandhom iġeddu, u fejn xieraq b’modifiki, jew jirrifjutaw li jġeddu l-awtorizzazzjonijiet. Permezz ta’ deroga minn dik l-iskadenza, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għas-sottomissjoni u għall-valutazzjoni tal-aġġornament tal-falj komplut tal-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(13) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2012 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2012.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-imażalil bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Jannar 2012.
Sa dik id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jikkonċernaw l-imażalil, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna dik is-sustanza attiva, jintlaħqu u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew ikollu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-imażalil bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun meħtieġ, jivvalutaw mill-ġdid il-prodotti biex iqisu l-iżviluppi li jkunu saru fl-għarfien xjentifiku u tekniku u skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-imażalil. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott ikunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Wara dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom, fejn ikun neċessarju, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Lulju 2015.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-imażalil bħala waħda minn diversi sustanzi attivi, li kollha jkunu elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2011, u li tal-inqas wieħed minnhom kien inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u b’kunsiderazzjoni tal-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-imażalil. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom, fejn ikun neċessarju, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Lulju 2015 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda hi l-aktar reċenti.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2011.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 169, 29.6.2007, p. 10.
(3) ĠU L 214, 9.8.2008, p. 70.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar ir-reviżjoni tal-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva imażalil fuq talba tal-Ġurnal tal-EFSA tal-Kummissjoni Ewropea 2010; 8(3):1526.
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela Nru 1 hi sostitwita b’dan li ġej:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem skont l-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||||||||||
|
“1 |
imażalil Nru tas-SAK 35554-44-0 73790-28-0 (sostitwit) Nru tas-CIPAC 335 |
(RS)-1-(β-allilossi-2,4-diklorofenetil)imidażol jew allil (RS)-1-(2,4-diklorofenil)-2-imidażol-1-iletil eteru |
≥ 950 g/kg |
fl-1 ta’ Awwissu 2011. |
fil-31 ta’ Lulju 2021. |
PARTI A L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-imażalil, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-9 ta’ Lulju 2010 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jissottometti lill-Kummissjoni aktar informazzjoni u b’mod partikolari, dejta konfermattiva dwar:
Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant jipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2012.” |
(1) Iżjed dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma provduti fir-rapport tar-reviżjoni.