<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0700709901.case.xml"><NO.CASE>C-427/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0427</NO.CELEX><NO.SEQ>0027.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7115</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7129</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20110728">28.7.2011</DATE> — KAWŻA C-427/09</LEFT><RIGHT>GENERICS (UK)</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-427/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20091028">28 ta’ Ottubru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Generics (UK) Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Synaptech Inc.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Arabadjiev, A. Rosas, U. Lõhmus (Relatur) u P. Lindh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-7116"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistraturi: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali, u B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduti tad-<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE> u tas-<DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Generics (UK) Ltd, minn M. Tappin, QC, u K. Bacon, barrister, kif ukoll minn S. Cohen u G. Morgan, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għal Synaptech Inc., minn S. Thorley, QC, u C. May, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn L. Ventrella, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u A. P. Antunes, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Krämer, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-7117"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE>, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 20), kif emendat bl-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, C 241, p. 21</REF.DOC.OJ>, u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1995">ĠU 1995, L 1, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1768/92<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest ta’ kawża bejn Generics (UK) Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Generics<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Synaptech Inc. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Synaptech<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ĊPS<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) maħruġ għall-prodott imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>galantamina<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jew għall-melħ addittiv tal-aċidu tiegħu (iktar ’il quddiem il-“galantamina).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7118"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1768/92</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel sar-raba’ u t-tmien premessi tar-Regolament Nru 1768/92 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Billi r-riċerka farmaċewtika għandha rwol deċiżiv fit-titjib kontinwu tas-saħħa pubblika</P></CONSID><CONSID><P>Billi prodotti mediċinali, speċjalment dawk li huma r-riżultat ta’ riċerka twila u għalja, ma jibqgħux jiġu żviluppati fil-Komunità u fl-Ewropa sakemm ma jkunux mħarsa minn regoli favorevoli li jipprovdu biżżejjed protezzjoni li tinkoraġġixxi din it-tip ta’ riċerka;</P></CONSID><CONSID><P>Billi bħalissa t-tul taż-żmien li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal privattiva għal prodott mediċinali ġdid u l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq jagħmel il-perjodu ta’ protezzjoni effettiv taħt il-privattiva insuffiċjenti biex ikopri l-investiment li jkun sar fir-riċerka;</P></CONSID><CONSID><P>Billi din is-sitwazzjoni toħloq nuqqas ta’ protezzjoni li tippenalizza r-riċerka farmaċewtika;</P></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="I-7119"?><CONSID><P>Billi t-tul taż-żmien tal-protezzjoni mogħtija miċ-ċertifikat għandu jkun biżżejjed sabiex jipprovdi protezzjoni adegwata u effettiva; billi, għal dan l-iskop, id-detentur kemm ta’ privattiva u kemm ta’ ċertifikat għandu jkun jista’ jgawdi massimu totali ta’ ħmistax-il sena ta’ esklussività minn meta l-prodott mediċinali inkwistjoni jkun kiseb awtorizzazzjoni għall-ewwel darba biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1786/92 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kull prodott protett minn privattiva fit-territorju ta’ Stat Membru u soġġett, qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali, għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni kif stipulat fid-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE [, tas-<DATE ISO="19650126">26 ta’ Jannar 1965</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="022" PAGE.FIRST="369" DATE.PUB="1965">ĠU L 22, p. 369</REF.DOC.OJ>),<?PAGE NO="I-7120"?> kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 89/341/KEE, tat-<DATE ISO="19890503">3 ta’ Mejju 1989</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="1989">ĠU L 142, p. 11</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Direttiva 65/65<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>)] jew fid-Direttiva [tal-Kunsill] 81/851/KEE [tat-<DATE ISO="19810928">28 ta’ Settembru 1981</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="317" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1981">ĠU L 317, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 90/676/KEE, tat-<DATE ISO="19901213">13 ta’ Diċembru 1990</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="373" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="1990">ĠU L 373, p. 15</REF.DOC.OJ>)], jista’, taħt it-termini u kundizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament, ikun is-soġġett ta’ [ĊPS]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kundizjonijiet għall-kisba ta[ċ-ĊPS]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[ĊPS] għandu jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 u fid-data ta’ dik l-applikazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>awtorizzazzjoni valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali tkun ingħatat skond id-Direttiva [65/65] jew id-Direttiva [81/851], kif xieraq […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-prodott ma kienx diġà suġġett ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjoni msemmija f’ (b) hija l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7121"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Is-suġġett tal-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fil-limiti tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva bażika, il-protezzjoni mogħtija minn [ĊPS] għandha testendi biss għall-prodott kopert bl-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali korrispondenti jkun jista’ jitqiegħed fis-suq u għal kull użu tal-prodott bħala prodott mediċinali li jkun ġie awtorizzat qabel ma jkun skada ċ-[ĊPS].<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1768/92 dwar it-tul taċ-ĊPS, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-[ĊPS] jidħol fis-seħħ fit-tmiem tat-terminu leġittimu tal-privattiva bażika għal perjodu li jkun twil daqs il-perjodu li jkun għadda mid-data ta’ meta l-applikazzjoni għal privattiva bażika tkun ġiet ippreżentata sad-data ta’ l-ewwel [ATS] fil-Komunità imnaqqas b’perjodu ta’ ħames snin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-paragrafu 1, iż-żmien ta’ validità taċ-[ĊPS] ma jistax jaqbeż ħames snin mid-data ta’ meta jidħol fis-seħħ.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) ta’ dan ir-regolament, dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull prodott li fid-data ta’ l-adeżjoni jkun protett bi privattiv validu u li għalih l-ewwel [ATS] bħala prodott mediku fil-Komunità jew fit-territorji ta’ l-Awstrija, tal-Finlandja jew ta’ l-Isvezja kienet ġiet akkwistata wara l-<DATE ISO="19850101">1 ta’ Jannar 1985</DATE> jista’ jingħata [ĊPS]:</P><P>Fil-każ ta’ [ĊPS] li għandhom jingħataw fid-Danimarka, fil-Ġermanja u fil-Finlandja, id-data ta’ l-<DATE ISO="19850101">1 ta’ Jannar 1985</DATE> għandha tkun sostitwita b’dik ta’ l-<DATE ISO="19880101">1 ta’ Jannar 1988</DATE>.</P><?PAGE NO="I-7122"?><P>Fil-każ ta’ [ĊPS] li għandhom jingħataw fil-Belġju, fl-Italja u fl- Awstrija, id-data ta’ l-<DATE ISO="19850101">1 ta’ Jannar 1985</DATE> għandha tkun sostitwita b’dik ta’ l-<DATE ISO="19820101">1 ta’ Jannar 1982</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 65/65</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tad-Direttiva 65/65, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[ATS] tal-prodotti mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> [traduzzjoni mhux ufficiali] kien jinkludi l-Artikoli 3 sa 10.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 65/65 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Ebda prodott mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru kemm-il darba ma tinħariġx awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva kien jelenka l-informazzjoni u d-dokumenti li kellhom jiġu pprovduti flimkien mal-applikazzjoni għal ATS, fosthom, b’mod partikolari, evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja tal-prodott mediċinali kkonċernat, jiġifieri r-riżultat tat-testijiet fiżiko-kimiċi, bijoloġiċi jew mikrobijoloġiċi, farmakoloġiċi u tossikoloġiċi, kif ukoll kliniċi.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, l-ATS tal-prodotti mediċinali kienet miċħuda jekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>wara l-eżami tal-informazzjoni u tad-dokumenti elenkati fl-Artikolu 4, [kien] jirriżulta li l-prodott mediċinali [kien] ta’ ħsara fil-kundizzjonijiet normali tal-użu, jew li l-effett terapewtiku tal-prodott mediċinali [kien] nieqes jew ma [kienx] issostanzjat biżżejjed mill-applikant, jew li l-kompożizzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-prodott mediċinali ma [kinitx] kif ġie ddikjarat. L-awtorizzazzjoni kienet ukoll miċħuda jekk id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni ppreżentati insostenn tal-applikazzjoni [ma kinux] konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><?PAGE NO="I-7123"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tal-istess direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Ir-regolamentazzjoni maħsuba minn din id-direttiva għandha tiġi applikata b’mod progressiv għall-prodotti mediċinali li jkunu ngħataw [ATS] bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet preċedenti, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(2) u (3) tat-tieni Direttiva [tal-Kunsill] 75/319/KEE[, tal-<DATE ISO="19750520">20 ta’ Mejju 1975</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-prodotti mediċinali speċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="147" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="1975">ĠU L 147, p. 13</REF.DOC.OJ>)].<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 75/319</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 39(2) tad-Direttiva 75/319 jirriżulta li t-terminu mogħti lill-Istati Membri sabiex japplikaw b’mod progressiv id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva għall-prodotti mediċinali li tqegħdu fis-suq skont dispożizzjonijiet preċedenti skada fil-<DATE ISO="19900521">21 ta’ Mejju 1990</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 39(3) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, sal-<DATE ISO="19780521">21 ta’ Mejju 1978</DATE>, in-numru ta’ prodotti mediċinali li jaqgħu taħt dan l-Artikolu 39(2) u, kull sena suċċessiva, in-numru ta’ dawn il-prodotti mediċinali li fir-rigward tagħhom l-ATS imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 65/65 tkun għadha ma nħarġitx.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-Ġermanja, skont l-Artikolu 3 tal-Anness 7 tal-liġi li tirriforma l-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Gesetz zur Neuordnung des Arzneimittelrechts<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, tal-<DATE ISO="19760824">24 ta’ Awwissu 1976</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>liġi Ġermaniża tal-1976<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), li ttrasponiet id-Direttiva 65/65, il-prodotti diġà mqiegħda fis-suq f’dan l-Istat Membru u li kienu għandhom preżenti f’dan is-suq fl-<DATE ISO="19780101">1 ta’ Jannar 1978</DATE>, data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, kienu awtomatikament ingħataw awtorizzazzjoni li tippermetti li dawn ikomplu<?PAGE NO="I-7124"?> jiġu kkummerċjalizzati, mingħajr ebda investigazzjoni oħra, bil-kundizzjoni li dawn ikunu ġew innotifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-Awstrija, fiż-żmien tal-fatti tal-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali fis-seħħ kienet ir-regolament tal-1947 dwar il-prodotti mediċinali speċjali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Spezialitätenordnung<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>). Dan ma kienx konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 65/65.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-galantamina kienet mibjugħa bħala prodott mediċinali f’diversi pajjiżi Ewropej għal iktar minn erbgħin sena. Fl-Ewropa ċentrali din kienet użata fit-terapija ta’ mard newromuskolari.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Matul is-sena 1963, inħarġet ATS fl-Awstrija, skont ir-regolament tal-1947 dwar il-prodotti mediċinali speċjali, fir-rigward tal-galantamina, sabiex din tiġi użata bħala prodott mediċinali għat-trattament tal-poljomelite, bit-trade mark <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Nivalin<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Nivalin<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-Ġermanja, il-galantamina kienet diġa kkummerċjalizzata fis-snin sittin taħt l-istess trade mark. Skont il-liġi Ġermaniża tal-1976, din setgħet tkompli tiġi kkummerċjalizzata fis-suq Ġermaniż bħala prodott meqjus li huwa awtorizzat bħala prodott mediċinali bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>teorika<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP><?PAGE NO="I-7125"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19870116">16 ta’ Jannar 1987</DATE>, Synaptech ippreżentat quddiem l-Uffiċċju Ewropew tal-privattivi, applikazzjoni għal privattiva bażika li tkopri l-galantamina, b’ġustifikazzjoni ta’ użu tagħha għat-trattament tal-marda ta’ Alzheimer.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Matul is-sena 1997, Janssen-Cilag reġa’ beda d-distribuzzjoni tan-Nivalin fl-Awstrija u ppreżenta fl-Isvizzera, fl-1999, applikazzjoni għal ATS li tkopri l-galantamina, użata f’prodott mediċinali intiż għat-trattament tal-marda ta’ Alzheimer, bit-trade mark Reminyl (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Reminyl<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>). Wara investigazzjoni mwettqa skont id-Direttiva 65/65, fl-<DATE ISO="20000301">1 ta’ Marzu 2000</DATE> inħarġet awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Reminyl.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Settembru 2000, inħarġet ATS fir-Renju Unit fir-rigward tar-Reminyl.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-awtorizzazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>teorika<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> Ġermaniża, li minnha kien ibbenefika n-Nivalin wara dħul fis-seħħ, fl-<DATE ISO="19780101">1 ta’ Jannar 1978</DATE>, tal-liġi Ġermaniża tal-1976, u l-ATS Awstrijaka maħruġa matul is-sena 1963 li tkopri l-istess prodott mediċinali ġew irtirati rispettivament fit-tieni nofs tas-sena 2000 u matul is-sena 2001.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Synaptech ressqet applikazzjoni, fir-Renju Unit, quddiem l-Uffiċċju tal-privattivi, għal ĊPS li jkopri l-galantamina billi rreferiet għall-ATS Svediża bħala l-ewwel ATS ta’ dan il-prodott bħala prodott mediċinali fil-Komunità. Iċ-ĊPS mitlub inħareġ taħt din l-ATS għal perijodu massimu ta’ ħames snin li kien jiskadi f’Jannar 2012, u l-privattiva bażika relatata mal-galantamina kienet tiskadi fis-<DATE ISO="20070116">16 ta’ Jannar 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Billi kienet tqis li d-data ta’ skadenza ta’ dan iċ-ĊPS ma kinitx ġiet ikkalkolata korrettament mill-Uffiċċju tal-privattivi, li kien ibbaża ruħu fuq l-ATS Svediża, Generics ressqet quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (Patents Court) talba għal rettifika taħt l-Artikolu 34 tal-liġi dwar il-privattivi tal-1977 (Patents Act 1977). Peress li din it-talba ġiet miċħuda, Generics appellat quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7126"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, Generics ammettiet quddiem l-imsemmija qorti li l-ATS Ġermaniża u dik Awstrijaka qatt ma kienu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 65/65 u li l-ewwel ATS, konformi ma’ din id-direttiva, li tkopri l-galantamina hija l-ATS Svediża.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Billi kellha dubji dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ewwel ATS fil-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> imsemmi fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1768/92, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-[Regolament Nru 1768/92], l-espressjoni ‛l-ewwel [ATS] fil-Komunità’ hija l-ewwel [ATS] fil-Komunità li nħarġet skont id-Direttiva [65/65] (attwalment issostitwita mid-Direttiva 2001/83/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)]), jew hija biżżejjed kwalunkwe awtorizzazzjoni li tippermetti li l-prodott jitqiegħed fis-suq fil-Komunità jew fiż-[Żona Ekonomika Ewropea]?</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, għal-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament [Nru 1768/922], l-‛[ATS] fil-Komunità’ għandha tkun inħarġet skont id-Direttiva [65/65] (attwalment issostitwita mid-Direttiva 2001/83/KE), awtorizzazzjoni li nħarġet fl-1963 fl-Awstrija skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ f’dak iż-żmien (li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet mitluba mid-Direttiva [65/65]), li qatt ma ġiet emendata sabiex tikkonforma [ma’ din id-direttiva] u li fl-aħħar ġiet irtirata fl-2001, għandha titqies, għal dan il-għan, bħala awtorizzazzjoni maħruġa skont [din id-direttiva]?<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7127"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinvji tistaqsi, essenzjalment, liema hija l-ewwel ATS fil-Komunità, skont l-Artikoli 13(1) u 19 tar-Regolament Nru 1768/92 sabiex jiġi ddeterminat it-tul taċ-ĊPS maħruġ fir-rigward tal-galantamina.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li r-risposta għal dawn id-domandi hija rilevanti biss fil-każ li l-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u jista’, għaldaqstant, ikun is-suġġett ta’ ĊPS.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, hemm lok li qabel kollox jiġi eżaminat jekk prodott, bħall-galantamina inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1768/92, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan il-kamp ta’ applikazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tat-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, Synthon (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-195/09" PAGE.ECR="I-7011" YEAR="2011">C-195/09, Ġabra p. I-7011</REF.DOC.ECR>, punt 51), li l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1768/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li ta’ lok għal din is-sentenza, li kien tqiegħed fis-suq fil-Komunità, bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, qabel ma kien kiseb ATS konformi mad-Direttiva 65/65, u, b’mod partikolari mingħajr ma kien suġġett għal evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja tiegħu, ma kienx jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u għaldaqstant ma setax ikun is-suġġett ta’ ĊPS.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, f’din il-kawża, fil-mument li fih ġiet imressqa l-applikazzjoni għal ĊPS, il-galantamina kienet diġà tqegħdet fis-suq fil-Komunità, bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem qabel ma kisbet ATS konformi mad-Direttiva 65/65, u, b’mod partikolari, mingħajr ma kienet suġġetta għal evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7128"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li prodott bħall-galantamina huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1768/92, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dan tal-aħħar, u li dan ma jistax ikun is-suġġett ta’ ĊPS. Għaldaqstant, l-Artikoli 13 u 19 ta’ dan ir-regolament, invokati mill-qorti tar-rinviju, ma japplikawx għal tali prodott. Għaldaqstant, ma hemmx lok li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu interpretati.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tqiegħed fis-suq fil-Komunità, bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, qabel ma kien kiseb ATS konformi mad-Direttiva 65/65, u, b’mod partikolari mingħajr ma kien suġġett għal evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja tiegħu, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1768/92, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, u ma jistax ikun is-suġġett ta’ ĊPS.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tqiegħed fis-suq fil-Komunità Ewropea, bħala prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem, qabel ma kien kiseb awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-<DATE ISO="19650126">26 ta’ Jannar 1965</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti<?PAGE NO="I-7129"?> u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-prodotti mediċinali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 89/341/KE, tat-<DATE ISO="19890503">3 ta’ Mejju 1989</DATE>, u, b’mod partikolari, mingħajr ma kien suġġett għal evalwazzjoni tas-sigurtà u tal-effikaċja tiegħu, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE>, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali, kif emendat bl-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, kif iddefinit fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, kif emendat, u ma jistax ikun is-suġġett ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>