Official Journal L 166 , 01/07/1980 P. 0087 - 0087
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0055
Greek special edition: Chapter 03 Volume 29 P. 0106
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0055
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0146
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 18 P. 0146
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1698/80 tat-30 ta’ Ġunju 1980 li tissupplimenta r-Regolament (KEE) Nru 797/80 li jaġġusta l-imposta ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet iffissati bil-quddiem fis-settur taz-zokkor IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/74 tad-19 ta’ Diċembru 1974 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1396/78 [2], u partikolarment l-Artikoli 17 (5) u 19 (2) u (4) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 797/80 tal-31 ta’ Marzu 1980 li jaġġusta l-imposta ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet iffissati bil-quddiem fis-settur taz-zokkor [3] jipprovdu għal żieda fir-rifużjonijiet u tnaqqis fl-imposta ta’ l-esportazzjoni fil-każ tal-liċenzi maħruġa qabel l-1 ta’ Lulju 1980 iżda wżati minn dik id-data; Billi, fil-każ ta’ imposta ta’ l-esportazzjoni, l-ammont tagħha jista’ jkun anqas mill-ammont ta’ l-aġġustament in kwistjoni; għalhekk, sabiex ikun evitat kull trattament mhux l-istess bejn l-operaturi, hemm bżonn li l-imsemmi Regolament ikun kumplimentat billi jkun provdut li d-differenza għandha titqies bħala rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li għandha tingħata lill-parti interessata minflok l-imposta ta’ l-esportazzjoni li qed tintalab; Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija taz-Zokkor, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 797/80 għandu jkun emendat kif ġej: 1. Fl-ewwel paragrafu l-frażi "fuq it-talba tal-parti kkonċernata", hija mħassra. 2. Dan li ġej huwa mdaħħal fil-paragrafu 2 bħala t-tielet subparagrafu: "Fejn l-ammont ta’ imposta ta’ l-esportazzjoni huwa anqas mill-ammont ta’ l-aġġustament, id-differenza bejn dawn iż-żewġ ammonti titqies bħala rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li għandha tingħata lill-parti kkonċernata. F’każ bħal dan, l-imposta ta’ l-esportazzjoni ma tkunx pagabbli." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jibda’ jseħħ fl-1 ta’ Lulju 1980. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-iStati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Ġunju 1980. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 359, tal-31.12.1974, p. 1. [2] ĠU L 170, tat-28.3.1978, p. 1. [3] ĠU L 87, ta’ l-1.4.1980, p. 39. --------------------------------------------------