IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 20.5.2026
COM(2026) 256 final
2026/0130(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Belġju
{SWD(2026) 134 final}
2026/0130 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Belġju
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Wara l-preżentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (“RRP”) mill-Belġju fit-30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni pproponiet il-valutazzjoni pożittiva tiegħu lill-Kunsill. Fit-13 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (“id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021”). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 ġiet emendata bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2023, tal-10 ta’ Diċembru 2024, tat-18 ta’ Frar 2025, tal-11 ta’ Marzu 2025, tal-20 ta’ Ġunju 2025, tat-8 ta’ Lulju 2025, u tat-13 ta’ Novembru 2025.
(2)Fl-20 ta’ Marzu 2026, il-Belġju għamel talba motivata lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta biex temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 għar-raġuni li l-RRP parzjalment ma għadux jista’ jinkiseb minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Abbażi ta’ dan, il-Belġju ppreżenta RRP emendat.
Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241
(3)L-emendi tal-RRP ippreżentati mill-Belġju minħabba ċirkostanzi oġġettivi jikkonċernaw 39 miżura.
(4)Il-Belġju spjega li miżura waħda parzjalment ma għadhiex tista’ tinkiseb, minħabba li r-rinnovazzjoni tal-abitazzjonijiet fir-reġjun ta’ Brussell diġà twettqet permezz ta’ prestazzjoni aħjar milli mistennija fil-Mira 5. B’riżultat ta’ dan, l-azzjonijiet inizjalment previsti taħt il-Mira 6 effettivament tlestew u tqiesu taħt il-Mira 5, u b’hekk il-Mira 6 saret żejda. Dan jikkonċerna l-mira 6 ta’ investiment Rinnovazzjoni tal-abitazzjonijiet (I-1A). Abbażi ta’ dan, il-Belġju talab li din il-miżura titneħħa. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
(5)Il-Belġju spjega li miżura waħda ma għadhiex tista’ tinkiseb għalkollox minħabba riskju li taħbat ma’ miżuri oħrajn. Dan jikkonċerna l-mira 71 tal-investiment Pjattaforma reġjonali għall-iskambju tad-data tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali (I-2.10). Abbażi ta’ dan, il-Belġju talab li din il-miżura titneħħa. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
(6)Il-Belġju spjega li ġew emendati disa’ miżuri biex jiġu implimentati alternattivi aħjar sabiex tinkiseb l-ambizzjoni oriġinali tagħhom. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-istadju importanti 52 tal-investiment Diġitalizzazzjoni IPSS/OISZ (I-2.04), id-deskrizzjoni tal-istadju importanti 53 tal-investiment Diġitalizzazzjoni IPSS/OISZ (I-2.04) (is-submiżura 3), id-deskrizzjoni tal-istadju importanti 55b tal-investiment Diġitalizzazzjoni FPS (I-2.05bis), id-deskrizzjoni tal-istadju importanti 65 tal-investiment Diġitalizzazzjoni ta’ ONE (I-2.07), id-deskrizzjoni tal-mira 73 tal-investiment Diġitalizzazzjoni tal-proċessi bejn iċ-ċittadini u n-negozji (I-2.11), id-deskrizzjoni tal-miri 115 u 115b tal-investiment Ekoloġizzazzjoni tal-flotta tal-karozzi tal-linja (I-3G), id-deskrizzjoni tal-mira 152 tal-investiment Żvilupp tal-akkomodazzjoni soċjali u l-akkomodazzjoni għal persuni vulnerabbli (I-4.12), id-deskrizzjoni tal-investiment R&Ż: Minimizzazzjoni tal-iskart matul iż-żarmar (I-5.10) u l-istadju importanti 185 tal-investiment R&Ż: Minimizzazzjoni tal-iskart matul iż-żarmar (I-5.10), id-deskrizzjoni tal-miri 190 u 191 tal-investiment Rilokazzjoni tal-ikel u l-iżvilupp ta’ pjattaformi loġistiċi (I-5.12), id-deskrizzjoni tal-investiment Diġitalizzazzjoni tas-settur tat-turiżmu ta’ Wallonia (I-5.13) u l-mira 192 tal-investiment Diġitalizzazzjoni tas-settur tat-turiżmu ta’ Wallonia (I-5.13). Abbażi ta’ dan, il-Belġju talab li dawk il-miżuri jiġu emendati. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
(7)Il-Belġju spjega li 25 miżura ġew emendati biex jiġu implimentati alternattivi aħjar li jippermettu li jitnaqqas il-piż amministrattiv u tiġi ssimplifikata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, filwaqt li xorta jintlaħqu l-objettivi ta’ dawk il-miżuri. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-investiment Rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali (I-1.02) u l-mira 7 tal-investiment Rinnovazzjoni tal-abitazzjonijiet tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali (I-1.02), id-deskrizzjoni tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini (I-1B), id-deskrizzjoni tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini fir-Reġjun Fjamming (I-1.05) u l-mira 13 tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini fir-Reġjun Fjamming (I-1.05), id-deskrizzjoni tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini — awtoritajiet lokali & sport fir-Reġjun ta’ Wallonia (I-1.07) u l-mira 14bis tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini — awtoritajiet lokali & sport fir-Reġjun ta’ Wallonia (I-1.07), id-deskrizzjoni tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini fir-Reġjun ta’ Brussell Kapitali (I-1.08) u l-mira 14bis tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini fir-Reġjun ta’ Brussell Kapitali (I-1.08), id-deskrizzjoni tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini fil-Komunità Franċiża fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-isport, iż-żgħażagħ u l-kultura (I-1.09) u l-mira 14 tal-investiment Rinnovazzjoni tal-bini fil-Komunità Franċiża fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-isport, iż-żgħażagħ u l-kultura (I-1.09), id-deskrizzjoni tal-istadju importanti 20 tal-investiment Katina tal-valur industrijali għat-tranżizzjoni tal-idroġenu tal-Istat Federali (I-1.15), id-deskrizzjoni tal-miri 37 u 39 tal-investiment Bijodiversità u adattament għat-tibdil fil-klima fir-Reġjun tal-Wallonia (I-1.22), id-deskrizzjoni tal-mira 252 tal-investiment Programm għar-Restawr tan-Natura Marittima (I-1.25), id-deskrizzjoni tal-investiment Ċibersigurtà: Reġistru ta’ interċettazzjoni NTSU/CTIF (I-2.03) u l-istadju importanti 50 Ċibersigurtà: Reġistru ta’ interċettazzjoni NTSU/CTIF (I-2.03), id-deskrizzjoni tal-investiment Diġitalizzazzjoni FPS (I-2.05) u l-istadji importanti 55, 58, u 60 tal-investiment Diġitalizzazzjoni FPS (I-2.05), id-deskrizzjoni tal-istadju importanti 69 tal-investiment Diġitalizzazzjoni tal-Gvern Fjamming (I-2.09), id-deskrizzjoni tal-investiment Żvilupp ta’ istitut tal-IA sabiex din it-teknoloġija tintuża biex jintlaħqu l-isfidi tas-soċjetà (I-2.14) u l-mira 83 tal-investiment Żvilupp tal-investiment ta’ istitut tal-IA sabiex din it-teknoloġija tintuża biex jintlaħqu l-isfidi tas-soċjetà (I-2.14), id-deskrizzjoni tal-mira 100 tal-investiment Intejbu t-trasport pubbliku f’Wallonia (I-3B), id-deskrizzjoni tal-investiment Ħżin, analiżi u viżwalizzazzjoni tad-data dwar il-mobbiltà fuq pjattaforma diġitali (I-3D) u l-mira 108 tal-investiment Ħżin, analiżi u viżwalizzazzjoni tad-data dwar il-mobbiltà fuq pjattaforma diġitali (I-3D), id-deskrizzjoni tar-riforma Tisħiħ tal-qafas Fjamming għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-vetturi (R-3.07), id-deskrizzjoni tal-investiment Ferrovija — network effiċjenti tal-Istat Federali (I-3.10), id-deskrizzjoni tar-riforma Atti legali biex jitnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u l-assenteiżmu u jiġu indirizzati l-esklużjonijiet permanenti (R-4.03) u l-istadju importanti 129 tar-riforma Atti legali biex jitnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u l-assenteiżmu u jiġu indirizzati l-esklużjonijiet permanenti (R-4.03), id-deskrizzjoni tar-riforma Tmiem il-karriera u l-pensjonijiet tal-Istat Federali (R-4.07), id-deskrizzjoni tal-investiment Kampus tal-Bijoteknoloġija tal-UE tar-Reġjun ta’ Wallonia (I-5.02) u l-istadju importanti 161 tal-investiment Kampus tal-Bijoteknoloġija tal-UE tar-Reġjun ta’ Wallonia (I-5.02), id-deskrizzjoni tal-miri 160 u 163 tal-investiment Titjib tal-infrastruttura ta’ taħriġ avvanzat (I-5.03), id-deskrizzjoni tal-investiment Tagħlim diġitali tul il-ħajja (I-5.07) u d-deskrizzjoni tal-mira 171 tal-investiment Tagħlim diġitali tul il-ħajja (I-5.07), id-deskrizzjoni tal-investiment R&Ż: Minimizzazzjoni tal-iskart tal-Istat Federali matul iż-żarmar (I-5.10) u l-istadju importanti 185 tal-investiment R&Ż: Minimizzazzjoni tal-iskart tal-Istat Federali matul iż-żarmar (I-5.10), id-deskrizzjoni tar-riforma Reviżjoni tal-kodiċi dwar l-arja, il-klima u l-enerġija — BCR (R-7.01) u l-istadju importanti 211 tar-riforma Reviżjoni tal-kodiċi dwar l-arja, il-klima u l-enerġija — BCR (R-7.01), u l-istadju importanti 220 tal-investiment “Pjattaforma ta’ riċerka għat-tranżizzjoni tal-enerġija” tal-Komunità Franċiża (I-7.11). Abbażi ta’ dan, il-Belġju talab li dawk il-miżuri jiġu emendati. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
(8)Il-Belġju spjega li miżura waħda ġiet emendata minħabba diffikultajiet tekniċi mhux previsti. Minħabba problemi fis-suq tax-xogħol u domanda għolja għas-servizzi tas-sottokuntratturi biex jinstallaw networks tal-fibra, il-kuntrattur ma setax jimmobilizza għadd suffiċjenti ta’ ħaddiema biex ilestu x-xogħlijiet fil-ħin. Dan jikkonċerna d-deskrizzjoni tal-mira 84 tal-investiment Titjib tal-konnettività ta’ 35 park tan-negozju f’Wallonia (I-2.15). Abbażi ta’ dan, il-Belġju talab li l-miżura tiġi emendata. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
(9)Wara t-tneħħija tal-mira 71 tal-investiment Pjattaforma reġjonali għall-iskambju tad-data tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali (I-2.10) u l-mira 6 tal-investiment Rinnovazzjoni tal-abitazzjonijiet (I-1A) f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-Belġju talab li jitnaqqas il-livell tal-implimentazzjoni tagħhom. Dan it-tnaqqis huwa kkumpensat miż-żieda fil-livell ta’ implimentazzjoni ta’ żewġ miżuri. Dan jikkonċerna l-mira 261 Skema mtejba ta’ sussidju tal-enerġija tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali (I-7.01) u l-mira 262 Rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali (I-1.02). Abbażi ta’ dan, il-Belġju talab li jiżdied il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ dawn iż-żewġ miżuri. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
Distribuzzjoni tal-istadji importanti u l-miri
(10)Id-distribuzzjoni tal-istadji importanti u l-miri f’pagamenti parzjali jenħtieġ li tiġi emendata biex tqis l-emendi tal-RRP u l-iskeda ta’ żmien indikattiva ppreżentata mill-Belġju.
Korrezzjonijiet ta’ żbalji klerikali
(11)Ġew identifikati 14-il żball klerikali fit-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021, li jaffettwaw 7 stadji importanti, 5 miri u 15-il miżura li jaqgħu taħt 9 komponenti. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata biex tikkoreġi dawn l-iżbalji klerikali, li ma jirriflettux il-kontenut tal-RRP ippreżentat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 2021, kif miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Belġju. Dawk l-iżbalji klerikali huma relatati mad-deskrizzjoni tal-istadju importanti 26 tal-investiment Katina tal-valur industrijali għat-tranżizzjoni tal-idroġenu (I-1.17) taħt il-komponent 1.2, id-deskrizzjoni tal-mira 40 tal-investiment Deframmentazzjoni ekoloġika (I-1.23) taħt il-komponent 1.3, id-deskrizzjoni tal-mira 43 tal-investiment Patt Blu (I-1.24) taħt il-komponent 1.3, id-deskrizzjoni tal-miżura li ġejja Stazzjonijiet tal-iċċarġjar (I-3F) taħt il-komponent 3.3, id-deskrizzjoni tal-istadju importanti 106 u l-mira 107 tal-investiment Kanal Albert u Trilogiport (I-3.11) taħt il-komponent 3.2, id-deskrizzjoni tal-istadju importanti 139 tar-riforma Strateġija ta’ rikwalifikazzjoni (R-4.05) taħt il-komponent 4.1, id-deskrizzjoni tal-mira 166 Strateġija għat-tnedija mill-ġdid tas-suq tax-xogħol iffukata fuq l-effiċjenza u l-ottimizzazzjoni tal-politiki ta’ attivazzjoni u taħriġ (I-5.05) taħt il-komponent 5.1, id-deskrizzjoni tal-miżura li ġejja Injezzjoni tal-ekwità fil-Participatiemaatschappij Vlaanderen (PMV) biex jiġu appoġġati kumpaniji attivi fil-qasam tal-bijoteknoloġija (I-5.19) taħt il-komponent 5.2, id-deskrizzjoni tal-istadji importanti 257 u 258 tal-investiment Injezzjoni ta’ kapital fid-Difiża tal-SFPIM tal-Istat Federali (I-5.20) taħt il-komponent 5.2, id-deskrizzjoni tal-istadju importanti 259 tal-investiment Miżura fuq skala akbar: Injezzjoni ta’ kapital fid-Difiża tal-SFPIM tal-Istat Federali (I-5.21) taħt il-komponent 5.2, id-deskrizzjoni tal-miżura li ġejja Rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali – WAL (I-7.04) taħt il-komponent 7.1, id-deskrizzjoni tal-mira 216 ta’ investiment Miżuri enerġetiċi-klimatiċi f’bini pubbliku – Stat Federali (I-7.05) taħt il-komponent 7.1, u d-deskrizzjoni tal-istadju importanti 234 tal-investiment Ottimizzazzjoni tad-distribuzzjoni tal-enerġija (I-7.17) taħt il-komponent 7.3. Dawn il-korrezzjonijiet ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati.
Valutazzjoni tal-Kummissjoni
(12)Il-Kummissjoni vvalutat l-RRP emendat skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241.
(13)Il-Kummissjoni tqis li l-emendi mressqa mill-Belġju ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 rigward ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP mal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241, il-punti (a), (b), (c), (d), (da), (db), (g), (h), (i), (j) u (k).
Kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika inkluża l-bijodiversità
(14)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (e), u mal-kriterju 2.5 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jwasslu għal ammont li jirrappreżenta 45,60 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat u 70,32 % tal-kostijiet stmati totali tal-miżuri fil-kapitolu REPowerEU kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/241. F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2021-2030.
(15)Il-miżuri fl-RRP emendat ikomplu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tranżizzjoni ekoloġika. Il-kontribuzzjoni ekoloġika tal-RRP emendat żdiedet minn 45,41 % għal 45,60 % meta mqabbla mal-valutazzjoni emendata tat-13 ta’ Novembru 2025.
(16)Iż-żieda kienet ir-riżultat taż-żieda fil-livell ta’ ambizzjoni ta’ żewġ miżuri, proprju l-investiment I-1.02 Rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali u l-investiment I-7.01 “Skema mtejba ta’ sussidju għall-enerġija” tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali.
Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni diġitali
(17)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (f) u mal-kriterju 2.6 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP emendat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (klassifikazzjoni А) għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jwasslu għal ammont li jirrappreżenta 26,96 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP emendat ikkalkolat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.
(18)Il-miżuri fl-RRP emendat ikomplu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tranżizzjoni diġitali. Il-kontribuzzjoni diġitali tal-RRP emendat naqset minn 27,47 % għal 26,96 % meta mqabbla mal-valutazzjoni emendata tat-13 ta’ Novembru 2025.
(19)It-tnaqqis kien ir-riżultat tal-livell imnaqqas ta’ ambizzjoni ta’ miżura waħda, proprju l-investiment I-2.10 tal-Pjattaforma Reġjonali għall-Iskambju tad-Data.
Valutazzjoni pożittiva
(20)Wara l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-RRP emendat, bis-sejba li l-RRP jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) u mal-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat, l-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u l-ammont disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat.
Kontribuzzjoni finanzjarja
(21)Il-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat tal-Belġju jammontaw għal EUR 5 265 406 908. Peress li l-ammont tal-kost totali stmat tal-RRP emendat huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għall-Belġju, il-kontribuzzjoni finanzjarja ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u mal-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 21a(6) tar-Regolament (UE) 2021/241, li hija allokata għall-RRP emendat tal-Belġju jenħtieġ li tkun ugwali għal EUR 5 033 950 235. Għaldaqstant, il-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-Belġju tibqa’ l-istess.
Self
(22)L-appoġġ b’self li sar disponibbli għall-Belġju li jammonta għal EUR 230 100 000 jibqa’ l-istess.
(23)Għalhekk id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jiġi sostitwit kompletament.
(24)Din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura marbuta mal-għoti ta’ fondi tal-Unjoni skont kwalunkwe programm tal-Unjoni ħlief għall-Faċilità jew għal proċeduri relatati ma’ distorsjonijiet tal-operazzjoni tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP
Il-valutazzjoni tal-RRP emendat għall-Belġju abbażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata.
Artikolu 2
Emendi
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Belġju hija emendata kif ġej:
l-Anness huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President