|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5369 |
3.10.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.12134 — SOFON / STEML / MRO JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5369)
1.
Fit-18 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sofon Industries Company, ikkontrollata minn Saudi Arabian Oil Company (“Sofon”, l-Arabja Sawdija) |
|
— |
ST Engineering Marine Ltd, ikkontrollata minn Temasek Holdings (Private) Limited (“STEML”, Singapore) |
Sofon u STEML jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ MRO JV kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Sofon hija attiva fl-industrija tad-difiża navali u tal-baħar tal-Arabja Sawdija, |
|
— |
STEML hija attiva fid-disinn, fil-kostruzzjoni, fit-tiswija u fil-konverżjoni ta’ bastimenti navali u kummerċjali. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża MRO JV se jkunu l-forniment ta’ servizzi ta’ manutenzjoni, tiswija u tiġdid ta’ bastimenti kummerċjali fit-tarzni ta’ Dammam u Jeddah fl-Arabja Sawdija.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12134 — SOFON / STEML / MRO JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5369/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)