|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1598 |
13.3.2025 |
ID-DEĊIŻJONI Nru S12
tas-16 ta’ Ottubru 2024
dwar ir-rimborż tal-kura tas-saħħa b’rabta mat-trasferiment tal-pazjenti lejn Stat Membru ieħor fil-każ ta’ ammonti kbar ta’ vittmi wara diżastri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim bejn il-KE u l-Iżvizzera)
(C/2025/1598)
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),
Wara li kkunsidrat l-Artikoli 20 u 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar l-ivvjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 26 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,
Billi:
|
(1) |
Meta seħħ diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi fi Stat Membru (bħal pereżempju nirien kbar, inċidenti kimiċi/nukleari, jew pandemiji), li rriżulta fi trasferiment ta’ pazjenti lejn Stat Membru ieħor, mhux dejjem kien ċar liema Stat Membru kien responsabbli li jħallas il-kostijiet tal-kura tas-saħħa u taħt liema bażi legali. |
|
(2) |
Id-diffikultajiet prattiċi jistgħu jirriżultaw mill-fatt li aktar minn żewġ Stati Membri jistgħu jkunu involuti fil-każ ta’ diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi, li jitlob approċċ legali uniformi dwar din il-kwistjoni. |
|
(3) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (b’mod partikolari, fis-sentenza Elchinov tagħha tal-5 ta’ Ottubru 2010 (3)), ir-rekwiżit għal awtorizzazzjoni minn qabel ma jistax jipprevjeni d-dritt għal rimborż fir-rigward tal-kura fl-isptar meta jiġu ssodisfati kundizzjonijiet oħra fl-Istat Membru kompetenti. It-trasferiment ta’ persuni assigurati lejn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti, sabiex jirċievu kura tas-saħħa urġenti u vitali wara diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi, jenħtieġ li għalhekk jiġi interpretat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
|
(4) |
Jekk l-Istat Membru fejn seħħ diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi ma jkollux il-kapaċità li jipprovdi l-kura tas-saħħa urġenti u vitali lill-persuni midruba/morda, il-ħtieġa li dawn jiġu ttrasferiti lejn Stat Membru ieħor turi li l-kura tas-saħħa kkonċernata ma setgħetx tingħata f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli, kif meħtieġ mill-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
|
(5) |
Fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ diżastri b’ammonti kbar ta’ vittmi, spiss ikun ikkumplikat ħafna li jkun hemm konformità mat-temporalità prevista fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u li tintalab awtorizzazzjoni minn qabel biex wieħed jirċievi kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor. |
|
(6) |
Id-deċiżjoni li l-pazjenti jiġu ttrasferiti lejn Stat Membru ieħor wara diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi hija r-riżultat ta’ valutazzjoni medika, li ssir minn fornitur tal-kura tas-saħħa fl-Istat Membru fejn seħħ id-diżastru. Peress li jkun ikkumplikat ħafna li tingħata ħarsa ġenerali eżawrjenti ta’ dak li jista’ jikkostitwixxi diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi, jenħtieġ li f’dan ir-rigward jiġi ppreferut approċċ ta’ każ b’każ. |
|
(7) |
Fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ diżastri b’ammonti kbar ta’ vittmi, it-trasport lejn l-Istat Membru tal-kura u lura (fejn il-pazjent ġie ttrasferit minħabba li l-kura tas-saħħa urġenti u vitali ma kinitx disponibbli “f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli”), huwa inerenti għall-kura nnifisha. L-Istat Membru kompetenti, anke jekk ma jipprovdix għar-rimborż tal-kostijiet tal-ivvjaġġar u tas-soġġorn, jista’ jiddeċiedi b’mod eċċezzjonali li jkopri dawn il-kostijiet. |
|
(8) |
Fil-każ ta’ trasport ta’ pazjenti lejn Stat Membru ieħor fil-każ ta’ diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza (ERCC) jipprovdi servizz 24/7 li jista’ jikkoordina u jikkofinanzja t-trasport mediku meħtieġ. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jitolbu tali assistenza, l-ERCC jattiva l-Mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili f’konformità mal-proċeduri standard tiegħu (4). |
|
(9) |
Il-linji gwida dwar is-segwitu u/jew il-kontinwazzjoni tal-kura wara li l-pazjenti jiġu ttrasferiti lura f’pajjiżhom, fl-Istat Membru ta’ residenza jew fl-Istat Membru kompetenti (eż. skambju ta’ rapporti mediċi, rikonoxximent ta’ preskrizzjonijiet, eċċ.), jistgħu jiffaċilitaw il-ġestjoni ta’ każijiet bħal dawn bejn l-Istati Membri kollha involuti. Filwaqt li taġixxi f’konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
|
1. |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli għar-rimborż tal-kura tas-saħħa fil-każ ta’ trasferiment tal-pazjenti lejn Stat Membru ieħor fil-każ ta’ ammonti kbar ta’ vittmi wara diżastri. |
|
2. |
Il-benefiċċji in natura mogħtija lil persuni midruba/morda assigurati fi Stat Membru u ttrasferiti lejn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti jew l-Istat Membru ta’ residenza (fejn hija/huwa jkunu rreġistrati permezz ta’ dokument S1 jew SED S072), wara diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi, jaqgħu taħt l-Artikoli 20 u 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
|
3. |
Fil-każ ta’ diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi, l-Istat Membru kompetenti għandu joħroġ awtorizzazzjoni S2 a posteriori skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, sabiex il-kostijiet tal-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru tal-kura (fejn il-pazjent jiġi ttrasferit, iżda ma jkunx assigurat jew irreġistrat permezz ta’ dokument S1 jew SED S072) ikunu koperti mill-Istat Membru kompetenti. |
|
4. |
Jekk ikun seħħ diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi fl-Istat Membru ta’ residenza (fejn il-pazjent ikun irreġistrat permezz ta’ dokument S1 jew SED S072) u l-pazjent jiġi ttrasferit lejn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru kompetenti, l-Istat Membru ta’ residenza għandu joħroġ awtorizzazzjoni S2 a posteriori skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, sabiex il-kostijiet tal-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru tal-kura (fejn il-pazjent jiġi ttrasferit, iżda ma jkunx assigurat jew irreġistrat permezz ta’ dokument S1 jew SED S072) ikunu koperti mill-Istat Membru kompetenti, filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 20(4) u 27(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
|
5. |
Awtorizzazzjoni S2 maħruġa a posteriori f’konformità mal-paragrafi 3 jew 4 għandu jkun fiha indikazzjoni ċara li għandha x’taqsam mal-kura tas-saħħa urġenti u vitali għal pazjent ittrasferit lejn Stat Membru ieħor b’rabta ma’ diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi. |
|
6. |
L-Istati Membri għandhom jiffavorixxu valutazzjoni ta’ każ b’każ filwaqt li jiddeċiedu jekk każ jikkostitwixxix diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi jew le.
Lista mhux eżawrjenti tas-sitwazzjonijiet li jistgħu jitqiesu bħala “diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi” tinsab fl-Anness ta’ dan id-dokument. |
|
7. |
Skont l-Artikolu 26(8) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti tipprevedi r-rimborż tal-kostijiet tal-ivvjaġġar u tas-soġġorn li huma inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, il-kostijiet tat-trasport lejn l-Istat Membru tal-kura u lura (inkluż mill-Istat Membru tal-kura lejn l-Istat Membru ta’ residenza), fil-każ ta’ trasferiment tal-pazjenti wara diżastru b’ammont kbir ta’ vittmi, għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kompetenti li ħareġ id-dokument S2 (jew li f’ismu d-dokument S2 inħareġ mill-Istat Membru ta’ residenza skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009).
Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Istat Membru kompetenti jista’ madankollu jiddeċiedi li jirrimborża l-kostijiet tat-trasport, u kostijiet relatati oħra, anke jekk dan ma jkunx previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu. |
|
8. |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera. |
|
9. |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tkun applikabbli mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha. |
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Ildikó Pákozdi
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
(3) Kawża C-173/09, Elchinov, sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2010.
(4) https://civil-protection-humanitarian-aid.ec.europa.eu/what/civil-protection/eu-civil-protection-mechanism_en.
ANNESS
Eżempji mhux eżawrjenti ta’ diżastri b’ammonti kbar ta’ vittmi:
|
— |
nar kbir |
|
— |
aċċidenti kbar tat-trasport (tal-ajru, tat-triq jew tal-baħar) |
|
— |
inċident kimiku |
|
— |
inċident nukleari |
|
— |
pandemija |
|
— |
terremot |
|
— |
għargħar |
|
— |
ibbumbardjar bil-bombi |
|
— |
valangi |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1598/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)