|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1810 |
27.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1810
tal-24 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901 fir-rigward taż-żieda tas-sustanzi ketokonażol, midażolam u sevofluran, u r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 fir-rigward tat-tħassir tas-sustanzi diġossina, dorżolammid, griseofulvina, imiprammina, ketokonażol, fenitoina u tikarċillina
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 115(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/901 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi essenzjali għat-trattament tal-ispeċijiet ekwini, jew li jġibu benefiċċju kliniku miżjud meta mqabbla ma’ alternattivi oħra ta’ trattament li hemm disponibbli għall-ispeċijiet ekwini u li għalihom il-perjodu tal-irtirar għall-ispeċijiet ekwini għandu jkun sitt xhur. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901, sustanza tikkwalifika biss bħala “sustanza essenzjali” meta ma tkun disponibbli l-ebda alternattiva sodisfaċenti ta’ trattament jew dijanjożi ta’ indikazzjoni u meta l-kundizzjoni, jekk ma tiġix trattata, toħloq tbatija bla bżonn lill-annimal. Sustanza tikkwalifika biss bħala “li ġġib benefiċċju kliniku miżjud” meta tipprovdi vantaġġ klinikament rilevanti bbażat fuq effikaċja jew sikurezza mtejba jew kontribut ewlieni għat-trattament jew għad-dijanjożi. Dan jista’ jkun ir-riżultat, fost l-oħrajn, ta’ modi differenti ta’ azzjoni, ta’ profili farmakokinetiċi jew farmakodinamiċi differenti, ta’ tulijiet differenti tat-trattament jew ta’ rotot differenti ta’ amministrazzjoni. |
|
(3) |
Minn kemm ilu li ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901, ħarġet informazzjoni ġdida li tindika li l-griseofulvina, il-ketokonażol, il-midażolam, ir-rifampiċina u s-sevofluran jaf jissodisfaw il-kriterji għas-sustanzi essenzjali jew iġibu benefiċċju kliniku miżjud meta mqabbla ma’ alternattivi oħra ta’ trattament disponibbli għall-ispeċijiet ekwini meta jintużaw għal indikazzjonijiet speċifiċi. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni talbet (3) lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (“l-Aġenzija”) teżamina dik l-informazzjoni u tipprovdi gwida f’konformità mal-Artikolu 141(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2019/6. Fil-gwida riżultanti tagħha (4), l-Aġenzija kkonkludiet li s-sustanzi griseofulvina, ketokonażol, midażolam u sevofluran jistgħu jitqiesu essenzjali jew li jġibu benefiċċju kliniku miżjud meta mqabbla ma’ alternattivi oħra ta’ trattament disponibbli għall-ispeċijiet ekwini meta jintużaw għall-indikazzjonijiet proposti. |
|
(5) |
Bħala parti mit-talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija vvalutat ukoll jekk perjodu tal-irtirar ta’ sitt xhur ikunx biżżejjed fir-rigward tal-annimali ekwini ttrattati bis-sustanzi misjuba essenzjali jew li jġibu benefiċċju kliniku miżjud għall-indikazzjonijiet proposti. L-Aġenzija ma setgħetx teskludi r-riskji assoċjati mal-griseofulvina u mal-ketokonażol meta jintużaw għall-indikazzjonijiet proposti kollha jew għal uħud minnhom, għal kull waħda minn dawk is-sustanzi, anki jekk jiġi osservat perjodu tal-irtirar ta’ sitt xhur. Il-parir xjentifiku (5) tal-Aġenzija, li serva ta’ tagħrif għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901, wasal għal konklużjonijiet simili fir-rigward tad-diġossina, id-dorżolammid, l-imiprammina u l-fenitoina. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2006 (6) jibqa’ japplika sal-21 ta’ Mejju 2027. Biex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza tal-konsumaturi, jixraq jieqaf l-użu ta’ dawk is-sustanzi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1950/2006. |
|
(7) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 (7) irriżerva l-klassi tal-karbossipeniċillini għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bnedmin. Għalhekk, l-użu tas-sustanza tikarċillina fl-annimali mhuwiex permess fl-Unjoni. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 japplika sal-21 ta’ Mejju 2027 u biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet kompetenti, għall-veterinarji, għall-indokraturi tal-annimali u għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati, jixraq li dik is-sustanza titneħħa mil-lista fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1950/2006. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) 2025/901 u r-Regolament (KE) Nru 1950/2006 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq. |
|
(9) |
Biex ikunu evitati r-riskju għas-sikurezza tal-konsumaturi, tiżdied id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali għall-annimali li jipproduċu l-ikel tal-ispeċijiet ekwini, u tkun evitata tbatija inaċċettabbli lil dawk l-annimali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/901 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1950/2006
L-entrati tas-sustanzi diġossina, dorżolammid, griseofulvina, imiprammina, ketokonażol, fenitoina u tikarċillina fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1950/2006 għandhom jitħassru.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/6/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/901 tad-19 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi lista ta’ sustanzi li huma essenzjali għat-trattament tal-ispeċijiet ekwini, jew li jġibu benefiċċju kliniku miżjud meta mqabbla ma’ għażliet oħra ta’ trattament disponibbli għall-ispeċijiet ekwini u li għalihom il-perjodu ta’ stennija għall-ispeċijiet ekwini għandu jkun ta’ sitt xhur, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1950/2006 (ĠU L, 2025/901, 20.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/901/oj).
(3) Ares(2025)10199539; https://link.europa.eu/p4F9hp.
(4) Gwida skont l-Artikolu 141(1)(f) tar-Regolament (UE) 2019/6 dwar prodotti mediċinali veterinarji fir-rigward ta’ ħames sustanzi mhux inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/901 (EMA/CVMP/382370/2025, is-16 ta’ April 2026).
(5) Parir xjentifiku skont l-Artikolu 115(5) tar-Regolament (UE) 2019/6 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi li huma essenzjali għat-trattament tal-ispeċijiet ekwini, jew li jġibu benefiċċju kliniku miżjud meta mqabbla ma’ għażliet oħra ta’ trattament disponibbli għall-ispeċijiet ekwini u li għalihom il-perjodu ta’ stennija għall-ispeċijiet ekwini għandu jkun ta’ sitt xhur (EMA/CVMP/159047/2023, it-18 ta’ Lulju 2024).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1950/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi, skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Komunità relatat mal-prodotti mediċinali veterinarji, lista ta’ sustanzi essenzjali għall-kura tal-ekwidi u ta’ sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud (ĠU L 367, 22.12.2006, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1950/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1255 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jiddeżinja l-antimikrobiċi jew il-gruppi ta’ antimikrobiċi riżervati għat-trattament ta’ ċerti infezzjonijiet fil-bniedem, f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 20.7.2022, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1255/oj).
ANNESS
Gruppi ta’ sustanzi
I. Anestetiċi
|
Sustanza attiva (1) |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Ossibuprokainaa |
Anesteżija topika lokali għall-użu fl-għajnejn |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Esperjenza klinika estensiva |
|
Prilokainab |
Anesteżija topika lokali qabel injezzjoni intravenuża jew kateterizzazzjoni |
Lidokaina |
Fi preparati speċifiċi (taħlita ewtettika ta’ anestetiċi lokali), għal applikazzjoni topika fuq il-ġilda; tista’ tintuża biex tiffaċilita l-injezzjoni intravenuża jew il-kateterizzazzjoni |
|
Sevofluranb |
Induzzjoni tal-anesteżija fil-moħor. |
Isofluran |
Aktar adattat għall-induzzjoni tal-maskri bħala inqas punġenti mill-alternattiva |
|
(1) Is-sustanzi attivi identifikati b’“a” huma sustanzi essenzjali. Is-sustanzi identifikati b’“b” huma sustanzi li jġibu benefiċċju kliniku miżjud. |
|||
II. Analġeżiċi
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Bromfenakb |
Trattament tal-uveite u tal-infjammazzjoni okulari |
Mediċini antinfjammatorji nonsterojdali (NSAIDs) sistemiċi (eż. flunissin); ketorolak topiku (okulari) |
NSAIDs topiċi jistgħu jnaqqsu l-iskumdità għall-pazjenti, inaqqsu l-infjammazzjoni wara operazzjoni, jipprevjenu l-mijożi, u jtejbu l-akutezza tal-vista fl-ewwel mumenti wara operazzjoni |
|
Fentanilb |
Approċċ multimodali għal kundizzjonijiet li jikkawżaw uġigħ akut minn moderat sa sever |
Butorfanol, morfina |
Tipproduċi analġeżija aħjar minn ċerti oppjojdi oħra u tista’ tintuża għal kundizzjonijiet li jikkawżaw uġigħ qawwi; valur rikonoxxut għall-użu f’approċċi multimodali |
|
Ketorolakb |
Trattament tal-uġigħ u l-infjammazzjoni fl-għajnejn |
Terapija bl-NSAIDs sistemiċi (eż. flunissin) |
Ifformulata għal applikazzjoni lokali |
|
Metokarbamolb |
Bħala parti mill-protokolli ta’ trattament fi spażmi tal-muskoli li jikkawżaw uġigħ sever jew f’kundizzjonijiet ta’ infjammazzjoni severa fil-muskoli |
NSAIDs sistemiċi (eż. flunissin) |
Rilassament qawwi tal-muskoli skeletriċi; azzjoni speċifika fuq l-internewruni tas-sinsla tad-dahar biex jitnaqqsu l-ispażmi akuti tal-muskoli skeletriċi mingħajr alterazzjoni konkomitanti fit-ton muskolari |
|
Morfinab |
Analġeżija |
Butorfanol, fentanil |
Aktar qawwija minn analġeżiċi oħra |
|
Aċetonur tat-triamċinolonb |
Trattament ta’ infjammazzjoni tal-ġogi |
Metilprednisolon |
Inqas effetti ta’ ħsara fuq il-metaboliżmu tal-qarquċa |
III. Antimikrobiċi
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
I. Antibijotiċi |
|||
|
Amikaċinab |
Trattament tas-sepsi fiż-żwiemel u fil-moħor |
Ġentamiċina, ċeftijofur |
Profil ta’ sikurezza aħjar fl-annimal fil-mira |
|
Ażitromiċinab |
Trattament ta’ infezzjonijiet tar-Rhodococcus equi suxxettibbli għall-ażitromiċina |
Klaritromiċina, eritromiċina, gamitromiċina, tulatromiċina, dossiċiklina |
Benefiċċju kliniku miżjud f’każijiet ta’ infezzjonijiet tar-Rhodococcus equi fil-moħor li jistgħu jissolvew b’monoterapija jew flimkien mad-dossiċiklina |
|
Klaritromiċinab |
Trattament ta’ infezzjonijiet ar-Rhodococcus equi suxxettibbli għall-klaritromiċina |
Ażitromiċina, eritromiċina, gamitromiċina, tulatromiċina, dossiċiklina |
Aktar attiva kontra r-Rhodococcus equi in vitro mill-eritromiċina jew l-ażitromiċina; tikseb konċentrazzjonijiet akbar fil-fluwidu tal-inforra epiteljali pulmonari u fil-makrofagi alveolari meta mqabbla mal-eritromiċina jew mal-ażitromiċina, għalkemm in-nofs ħajja hu iqsar |
|
Aċidu fusidikub |
Trattament topiku tal-infezzjonijiet fl-għajnejn ikkawżati minn batterji gram-pożittivi suxxettibbli għall-aċidu fusidiku |
Oflossaċina, mossiflossaċina |
Spettru wiesa’ għat-trattament tal-infezzjonijiet gram-pożittivi; għażla primarja f’ulċeri korneali superfiċjali u mhux ikkumplikati u f’konġuntivite akuta fiż-żwiemel |
|
Mossiflossaċinab |
Trattament topiku tal-infezzjonijiet esterni fl-għajnejn ikkawżati minn cocci gram-pożittivi u minn batterji gram-negattivi, atipiċi u anaerobiċi, bħall-Pseudomonas aeruginosa suxxettibbli għall-mossiflossaċina |
Oflossaċina |
Profil farmakokinetiku vantaġġjuż; l-ispettru tal-attività jinkludi koċċi gram-pożittivi u batterji anaerobiċi li jistgħu jkunu reżistenti għal kinoloni oħra |
|
Oflossaċinab |
Trattament tal-infezzjonijiet esterni fl-għajnejn ikkawżati minn mikroorganiżmi gram-pożittivi u gram-negattivi suxxettibbli għall-oflossaċina |
Mossiflossaċina |
Esperjenza klinika; tippenetra l-kornea kollha sal-qafas anterjuri tal-għajn |
|
Polimiksina Bb |
Trattament tal-keratite batterika, użu topiku |
Oflossaċina, mossiflossaċina |
Alternattiva effettiva għat-trattamenti sistemiċi; mekkaniżmu ta’ azzjoni differenti għal alternattivi topiċi oħra |
|
II. Antifungali |
|||
|
Amfoteriċina Ba |
Trattament tal-pulmonite fungali, użu sistemiku |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Trattament tal-għażla |
|
Ketokonażolb |
Terapija aġġuntiva fil-kura ta’ mikożi tal-borża mnaddfa, użu topiku |
Enilkonażol |
Inqas irritanti meta mqabbla mal-alternattiva; ifformulata għal applikazzjoni lokali |
|
Mikonażolb |
Trattament ta’ infezzjoni fungali tal-għajn |
Natamiċina, nistatina, vorikonażol |
Spettru wiesa’ ta’ attività; inqas irritanti meta mqabbla ma’ antifungali topiċi oħra |
|
Nistatinab |
Trattament ta’ infezzjonijiet fungali u kandidjażi tal-għajn u tal-apparat ġenitali |
Mikonażol |
Trattament tal-għażla għall-kandidjażi |
|
Vorikonażolb |
Trattament tal-keratite fungali, użu topiku |
Mikonażol |
Spettru wiesa’ ta’ attività |
|
III. Antivirali |
|||
|
Aċiklovirb |
Trattament tal-każijiet ta’ infezzjoni tal-virus tal-erpete ekwina assoċjati ma’ kumplikazzjonijiet, użu topiku biss |
Ganċiklovir |
Trattament tal-għażla għall-ulċeri okulari meta tkun suspettata l-implikazzjoni ta’ patoġenu virali |
|
Ganċiklovirb |
Trattament tal-każijiet ta’ infezzjoni tal-virus tal-erpete ekwina assoċjati ma’ kumplikazzjonijiet, użu topiku |
Aċiklovir, valaċiklovir |
Ħemel ta’ evidenza għat-trattament ta’ tipi differenti ta’ virus li jikkawżaw infezzjonijiet erpetiċi |
|
Valaċiklovirb |
Trattament tal-każijiet ta’ infezzjonijiet tal-virus tal-erpete ekwina, użu orali |
Aċiklovir |
Profil farmakokinetiku aħjar u rotta differenti ta’ amministrazzjoni |
IV. Sustanzi għad-disturbi respiratorji
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Ambrossolb |
Stimulazzjoni ta’ aġent tensjoattiv f’moħor prematuri |
Sterojdi, bromeżina, dembreżina, trasferiment ta’ aġent tensjoattiv minn donatur f’saħħtu |
Għażla klinika ppreferuta għall-moħor prematuri |
|
Flutikażonb |
Kontroll ta’ mard pulmonari allerġiku, inkluż każijiet ħfief sa moderati ta’ ażma ekwina u sottotipi permezz tal-inalazzjoni |
Beklometażon |
L-inalazzjoni twassal għal inqas soppressjoni adrenokortikali, ritorn għan-normal aktar malajr wara tmiem it-terapija u inqas effetti sekondarji sistemiċi meta mqabbla mat-terapija kortikosterojde sistemika minħabba l-assorbiment sistemiku limitat tagħha; indikat b’mod speċjali għall-kontroll ta’ ażma ħafifa sa moderata u ta’ ażma severa rifrattarja kif ukoll għal terapija ta’ manutenzjoni fit-tul |
|
Bromid tal-ipratropjub |
Bħala bronkdilatur fiż-żwiemel b’ażma ħafifa sa moderata |
Klenbuterol |
Azzjoni antikolinerġika, bħala alternattiva għall-beta-agonisti |
|
Ossimetażolinab |
Trattament tal-edema nażali |
Fenilefrina |
Agonista alfaadrenoċettur bi proprjetajiet vażokostrettivi qawwija u b’effett li jdum jaħdem aktar |
|
Fenilefrinab |
Trattament tal-edema nażali |
Ossimetażolina |
Tnaqqas il-ħtieġa li jiddaħħlu tubi nażali waqt l-irkupru |
V. Sustanzi għall-kardjoloġija
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Amjodaronb |
Trattament sistemiku u orali tal-fibrillazzjoni atrijali u tat-takikardija sopraventrikolari u ventrikolari |
Sulfat/glukonat tal-kinidina, sotalol, verapamil |
Mod differenti ta’ azzjoni: aġent antiaritmiku tal-klassi III |
|
Propafenonb |
Trattament tat-takikardija ventrikolari u tat-takjaritmija ventrikolari |
Sulfat/glukonat tal-kinidina |
Mod differenti ta’ azzjoni: antagonista tal-kanal tas-sodju li jnaqqas l-eċċitabbiltà tal-qalb |
|
Kinaprila |
Trattament tal-insuffiċjenza kardijaka; protezzjoni kardjovaskulari fiż-żwiemel b’fibrillazzjoni atrijali (AF, atrial fibrillation) jew b’rifluss mitrali (MR, mitral regurgitation) |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Mod differenti ta’ azzjoni: inibitur tal-enzima ta’ konverżjoni tal-anġjotensina (ACE, angiotensin-converting-enzyme) |
|
Sulfat/glukonat tal-kinidinab |
Trattament tal-aritmiji |
Amjodaron, sotalol, verapamil |
Trattament tal-għażla għall-fibrillazzjoni atrijali |
|
Sotalolb |
Trattament fit-tul tal-aritmiji |
Amjodaron, sulfat/glukonat tal-kinidina |
Aktar adattati fiż-żwiemel li jeħtieġu terapija antiaritmika fit-tul; eventi inqas avversi meta mqabbla mal-amjodaron |
|
Verapamilb |
Trattament tal-aritmiji sopraventrikolari |
Amjodaron, sulfat/glukonat tal-kinidina, sotalol |
Mod differenti ta’ azzjoni: antagonista tal-kalċju |
VI. Sustanzi għall-proċeduri dijanjostiċi
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Sulfat tal-barjua |
Viżwalizzazzjoni mtejba tal-kanal gastrointestinali waqt l-eżamijiet radjografiċi |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
L-ebda trattament alternattiv sodisfaċenti għal viżwalizzazzjoni aħjar tal-kanal gastrointestinali waqt l-eżamijiet radjografiċi |
|
Fluworoxxinab |
Dijanjożi tal-keratite jew tal-ulċerazzjoni korneali, użu topiku |
Roża bengala |
Għodda dijanjostika tal-għażla meta wara tkun meħtieġa kultura virali |
|
Joeksola |
Aġent ta’ kuntrast għar-radjografija, l-artrografija, il-mjelografija, is-sinografija jew il-fistulografija, u d-dakrjoċistografija tal-kanal saflieni tal-awrina |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Aġent ta’ kuntrast mhux joniku solubbli fl-ilma |
|
Fenilefrinaa |
Dijanjożi tad-diżawtonomija ekwina |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Approċċ dijanjostiku anċillari għall-polinewropatija tad-diżawtonomija ekwina |
|
Roża bengalab |
Dijanjożi tal-keratite jew tal-ulċerazzjoni korneali, użu topiku |
Fluworoxxina |
Għodda dijanjostika tal-għażla għad-dijanjożi tal-keratite/ulċeri tal-għajnejn |
|
Ormonu tar-rilaxx tat-tirotropinaa |
Dijanjożi tad-disfunzjoni tal-pars intermedia tal-glandola pitwitarja |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
L-ebda alternattiva sodisfaċenti għad-dijanjożi tad-disfunzjoni tal-pars intermedja tal-glandola pitwitarja |
VII. Sustanzi għad-disturbi gastrointestinali
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Metokloprammidb |
Trattament tal-ileus wara l-operazzjoni |
Sostituzzjoni tal-fluwidu intravenuż, mediċini kontra l-uġigħ (eż. flunissin), lidokaina |
Prodott mediċinali prokinetiku |
|
Miżoprostolb |
Trattament tal-marda glandolari gastrika u tal-kolite |
Omeprażol, sukralfat |
Superjuri għall-omeprażol għat-trattament tal-marda glandolari gastrika ekwina |
|
Fenilefrinaa |
Trattament tal-intrappolament nefrospleniku |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Valur kliniku fir-riżoluzzjoni tal-intrappolament nefrospleniku; tikkawża kontrazzjoni splenika dipendenti fuq id-doża |
|
Ranitidinab |
Trattament tal-ulċeri gastriċi fin-neonati morda fi stat kritiku, użu intravenuż |
Omeprażol |
Ir-rotta ta’ amministrazzjoni intravenuża ġġib benefiċċju kliniku miżjud fuq medikazzjonijiet orali oħra kontra l-ulċeri |
|
Sukralfatb |
Trattament u prevenzjoni tal-ulċeri gastriċi fiż-żwiemel |
Omeprażol |
Mod differenti ta’ azzjoni meta mqabbla mal-omeprażol (aderenti mal-mukoża), li tipprovdi stabilizzazzjoni tal-leżjonijiet fiżiċi |
VIII. Sustanzi għad-disturbi metaboliċi
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Insulinab |
Bħala għajnuna fit-trattament tal-iperlipidemija li ma tkunx reattiva għat-terapija bil-glukożju jew tal-iperlipidemija severa, din tintuża flimkien mal-glukożju u ma’ terapiji oħra Dijanjożi tad-disturbi metaboliċi (eż. reżistenza għall-insulina assoċjata mas-sindromu metaboliku ekwin jew mad-disfunzjoni tal-pars intermedia tal-glandola pitwitarja) |
L-eparina ta’ piż molekulari baxx tista’ tintuża għal każijiet ta’ iperlipidemija |
L-insulina hija l-għażla klinika ppreferuta |
IX. Sustanzi għad-disturbi muskuloskeletali
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Atrakurjub |
Induzzjoni tal-paraliżi muskolari b’anesteżija ġenerali |
Ċisatrakurju, gwajfeneżina |
Iġġib benefiċċju kliniku miżjud fiż-żwiemel b’anesteżija ġenerali meta jkun meħtieġ aktar rilassament tal-muskoli bħal kirurġiji oftalmiċi, ċerti tiswijiet ortopediċi u meta jkun hemm bżonn jintlaħqu partijiet fil-fond tal-kavità addominali. |
|
Ċisatrakurjub |
Induzzjoni tal-paraliżi muskolari b’anesteżija ġenerali |
Atrakurju, gwajfeneżina |
Iġġib benefiċċju kliniku miżjud fiż-żwiemel b’anesteżija ġenerali meta jkun meħtieġ aktar rilassament tal-muskoli bħal kirurġiji oftalmiċi, ċerti tiswijiet ortopediċi u meta jkun hemm bżonn jintlaħqu partijiet fil-fond tal-kavità addominali. |
|
Sodju tad-dantrolenb |
Prevenzjoni tar-rabdomijoliżi Prevenzjoni tal-ipertermija malinna waqt l-anesteżija |
NSAIDs, fluwidi intravenużi, vitamina E/selenju |
Effikaċi bħala preventiva, billi tinibixxi r-rilaxx tal-kalċju mir-retikulu sarkoplażmiku u b’hekk tikkawża dissoċjazzjoni tal-akkoppjament ta’ eċċitazzjoni u ta’ kontrazzjoni |
|
Edrofonjua |
Reversibbiltà tal-effetti tal-paraliżi muskolari kkawżat mill-atrakurju |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Inibitur tal-kolinesterażi, essenzjali għar-reversibbiltà tal-ibblukkar newromuskolari; l-inqas effetti sekondarji mill-inibituri tal-kolinesterażi fiż-żwiemel |
|
Gwajfeneżinab |
Induzzjoni u manutenzjoni tal-anesteżija ġenerali f’kundizzjonijiet fuq il-post |
Atrakurju, ċisatrakurju |
Indikata b’mod partikolari f’kundizzjonijiet fuq il-post (mhux fi sptar) fejn tista’ tkun meħtieġa anesteżija; l-effetti depressivi kardjopulmonari mnaqqsa jiffaċilitaw anesteżija sikura mingħajr tagħmir ta’ monitoraġġ avvanzat jew ventilazzjoni mekkanika |
X. Sustanzi għad-disfunzjonijiet newroloġiċi
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Diażepama |
Antikonvulsiv għal żmien qasir għat-trattament tal-attakki |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Antikonvulsiv tat-tieni ġenerazzjoni |
|
Midażolama |
Antikonvulsiv għal żmien qasir għat-trattament tal-attakki |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Antikonvulsiv tat-tieni ġenerazzjoni |
XI. Sustanzi għall-oftalmoloġija
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Aċetażolammidb |
Trattament tal-glawkoma, użu orali |
Fenilefrina |
Il-mekkaniżmu tagħha ta’ azzjoni bħala inibitur tal-anidrażi karbonika |
|
Ċiklopentolatb |
Aġent midrijatiku |
Atropina, fenilefrina |
Tinduċi midrijażi sinifikanti mingħajr ma taffettwa l-produzzjoni tad-dmugħ, il-pressjoni intraokulari, il-funzjoni diġestiva (jiġifieri l-motilità tal-kanal alimentari u l-produzzjoni tal-feċi), jew ir-rata tal-qalb |
|
Ċiklosporina Ab |
Trattament tal-mard awtoimmuni tal-għajn |
Sterojdi topiċi |
Effett immunosoppressiv billi tiġi inibita l-proliferazzjoni tal-linfoċita T u titnaqqas l-espressjoni ġenika taċ-ċitokina |
|
Fenilefrinab |
Trattament tal-glawkoma u tal-epifora |
Atropina u tropikammid |
Ma żżidx (jew iżżid xi ftit biss) il-pressjoni intraokulari |
|
Sinefrinab |
Trattament tal-membrani mukużi tal-għajn bħala dekonġestjonant |
Fenilefrina, tetriżolina |
Effett lokali malajr; ittejjeb il-penetrazzjoni tat-terapija lokali, billi tipprovdi effetti sinerġistiċi, pereżempju mat-terapija antimikrobika lokali |
|
Tetriżolinab |
Trattament tal-membrani mukużi tal-għajn bħala dekonġestjonant |
Fenilefrina, sinefrina |
Effett lokali malajr |
|
Timolol maleateb |
Trattament tal-glawkoma, użu topiku |
Aċetażolammid |
Il-mod speċifiku ta’ azzjoni tagħha bħala imblokkatur tar-riċetturi Beta mhux selettiv, jipprevedi għażla terapewtika importanti fit-trattament tal-glawkoma |
|
Aċetonur tat-triamċinolonb |
Trattament tal-uveite rikorrenti f’każijiet li huma rifrattarji għal trattamenti oħra |
Atropina, tropikammid |
Trattament effettiv u b’morbidità baxxa f’każijiet li huma rifrattarji għal trattamenti oħra |
|
Tropikammidb |
Trattament tal-uveite rikorrenti |
Atropina, ċiklopentolat, aċetonur tat-triamċinolon |
Bidu tal-azzjoni mgħaġġel |
XII. Sustanzi għas-sedazzjoni u għall-premedikazzjoni (u antagoniżmu)
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Aċepromażinab |
Għal approċċ multimodali għat-trankwillizzazzjoni u għall-premedikazzjoni flimkien ma’ sedattivi oħra |
Detomidina, romifidina, ksilażina, diażepam |
Il-mod ta’ azzjoni tal-aċepromażina u l-kwalità unika tagħha ta’ sedazzjoni ma jistgħux jiġu prodotti mill-agonisti alfa-2 jew mill-benżodiażepini |
|
Atipameżola |
Reversibbiltà tal-effetti tal-agonisti alfa-2 |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Tneħħi l-effetti sedattivi u analġeżiċi u r-reazzjonijiet kardjovaskulari avversi |
|
Desmedetomidinab |
Sedazzjoni jew anesteżija ġenerali bħala parti minn protokolli ta’ anesteżija intravenuża parzjali jew totali |
Detomidina, romifidina, ksilażina, diażepam |
L-aktar agonista alfa-2 selettiva; nofs ħajja qasir u ridistribuzzjoni malajr, li jiffavorixxu b’mod partikolari l-użu tagħha bħala infużjoni b’rata kontinwa |
|
Diażepamb |
Premedikazzjoni u induzzjoni tal-anesteżija, trankwillizzazzjoni ħafifa b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi |
Aċepromażina, detomidina, romifidina, ksilażina |
Il-mod ta’ azzjoni (fuq ir-riċettur tal-aċidu gamma-aminobutirriku (GABA)) jipprovdi trankwillizzazzjoni unika mingħajr depressjoni kardjorespiratorja li ma tistax tiġi prodotta mill-agonisti alfa-2 (detomidina, romifidina u ksilażina) jew aċepromażina |
|
Midażolamb |
Premedikazzjoni u induzzjoni tal-anesteżija, trankwillizzazzjoni ħafifa b’effetti sekondarji kardjovaskulari u respiratorji minimi |
Aċepromażina, detomidina, romifidina, ksilażina |
Il-mod ta’ azzjoni (fuq ir-riċettur tal-aċidu gamma-aminobutirriku (GABA)) jipprovdi trankwillizzazzjoni unika mingħajr depressjoni kardjorespiratorja li ma tistax tiġi prodotta mill-agonisti alfa-2 (detomidina, romifidina u ksilażina) jew aċepromażina |
|
Flumażenila |
Aġent riversiv intravenuż għall-benżodiażepina waqt l-irkupru minn tekniki ta’ Anesteżija Intravenuża Totali (TIVA) |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Antagonista li tinibixxi b’mod kompetittiv is-sit tal-irbit tal-benżodiażepina fir-riċettur tal-GABA |
|
Naloksona |
Reversibbiltà tal-effetti tal-oppjojdi waqt emerġenzi |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Mhi disponibbli l-ebda alternattiva |
|
Propofolb |
Induzzjoni tal-anesteżija fil-moħor b’amministrazzjoni intravenuża |
Isofluran |
Titjib fl-istabbiltà kardjovaskulari u fil-kwalità tal-irkupru meta mqabbla mal-anesteżija inalatorja fil-moħor |
XIII. Sustanzi għad-disturbi sistemiċi
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Allopurinolb |
Dannu tal-iskemija-riperfużjoni neonatali |
Vitamina E |
Mod differenti ta’ azzjoni fl-inibizzjoni tal-formazzjoni ta’ speċijiet ta’ ossiġenu reattiv (ROS) meta mqabbla mal-vitamina E |
|
Dalteparinab |
Antikoagulant |
Eparina |
Tnaqqis fid-daqs molekulari huwa assoċjat ma’ telf ta’ attività inibitorja tat-trombina, iżda għall-kuntrarju żieda fl-inibizzjoni tal-fattur Xa (FXa) meta mqabbla mal-eparina mhux frazzjonata |
|
Dobutamminab |
Ġestjoni tal-ipotensjoni b’anesteżija ġenerali |
Efedrina |
Mediċina tal-ewwel linja għat-trattament tal-ipotensjoni f’ekwini adulti b’anesteżija ġenerali |
|
Dopaminaa |
Bħala parti minn protokoll ta’ trattament għal dannu/insuffiċjenza akuta tal-kliewi biss |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Instab li dożi baxxi jikkawżaw vażodilatazzjoni fil-kliewi, żieda fil-fluss tad-demm fil-kliewi, u żieda fil-produzzjoni tal-awrina mingħajr effetti kardjovaskulari sistemiċi fi żwiemel konxji u b’saħħithom |
|
Efedrinab |
Trattament tal-ipotensjoni b’anesteżija ġenerali |
Dobutammina |
Tintuża għat-trattament tal-ipotensjoni f’ekwini adulti b’anesteżija ġenerali meta d-dobutammina tkun ineffettiva. Mod differenti ta’ azzjoni għad-dobutammina b’effett aktar dirett fuq il-kontrattilità kardijaka |
|
Ġelatinpolisukkinatb |
Tindirizza l-ipovolemija fit-tul ikkaġunata minn kundizzjonijiet bħal albumina baxxa |
Kristallojdi |
Il-kollojdi huma molekuli akbar meta mqabbla mal-kristallojdi, u b’hekk jibqgħu aktar fl-ispazju intravaskulari. Dan hu vantaġġ biex tissolva l-ipovolemija minn pereżempju ipoalbuminemija |
|
Glikopirrolatb |
Trattament u prevenzjoni tal-bradikardija |
Atropina |
Effett ċentrali minimu; adattata għal żwiemel konxji, qabel u wara l-anesteżija |
|
Noradrenalina / norepinefrinab |
Trattament tax-xokk settiku bikri Appoġġ għall-funzjoni kardjovaskulari f’moħor morda fi stat kritiku |
Dobutammina, dopammina |
Fil-moħor batuti (morda), din hija ġeneralment l-uniku katekolammina effettiva fit-trattament tal-ipotensjoni |
|
Vażopressinab |
Trattament tal-kollass ċirkulatorju fil-moħor u fiż-żwiemel adulti |
Epinefrina, dopammina, dobutammina |
Alternattiva għal meta t-terapiji standard tal-katekolammina bħad-dopammina, id-dobutammina u l-epinefrina ma jkunux effettivi jew ikunu jeħtieġu titjib biex jirrestawraw it-ton vaskulari fi stati ta’ xokk vażodilatorju rifrattarju |
XIV. Sustanzi għat-tumuri
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Imikimoda |
Trattament tas-sarkojdi |
Mhi identifikata l-ebda alternattiva |
Ir-riċerka attwali tissuġġerixxi li s-sarkojdi ekwini aktarx jirriżultaw minn interazzjoni kumplessa li tinkludi disfunzjoni tas-sistema immunitarja ospitanti |
XV. Mixxellanji
|
Sustanza attiva1 |
Indikazzjonijiet |
Identifikazzjoni ta’ alternattivi |
Spjegazzjoni tal-użu / vantaġġi speċifiċi |
|
Ċetiriżinab |
Trattament tal-kundizzjonijiet fejn titqies meħtieġa l-antistamina |
Klorfenammina |
Agonisti inversi tar-riċetturi tal-istamina 1 (H1) tat-tieni ġenerazzjoni huma alternattivi b’inqas effetti sekondarji (sedattivi) fuq is-sistema nervuża ċentrali (CNS) |
|
Domperidonb |
Trattament tal-agalattja/disgalattja fid-dwieb |
Sulpirur |
Il-kapaċità tagħha li tistimula s-sekrezzjoni tal-prolattina f’sitwazzjonijiet ta’ inibizzjoni dopamminerġika |
|
Sulpirurb |
Trattament tal-agalattja/disgalattja fid-dwieb |
Domperidon |
Il-kapaċità tagħha li tistimula s-sekrezzjoni tal-prolattina f’sitwazzjonijiet ta’ inibizzjoni dopamminerġika |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1810/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)