<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-451/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0451</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:635">EU:C:2019:635</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">SENTENZA TAD-<DATE ISO="20190729">29.7.2019</DATE> – Kawża C‑451/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tibor‑Trans</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Kompetenzi speċjali</KEYWORD><KEYWORD>Il-punt 2 tal‑Artikolu 7</KEYWORD><KEYWORD>Materji ta’ delitt jew kważi delitt</KEYWORD><KEYWORD>Post fejn seħħ il-fatt dannuż</KEYWORD><KEYWORD>Post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal kumpens għad-dannu kkawżat minn akkordju ddikjarat li jmur kontra l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal‑Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑451/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Győri Ítélőtábla (il-Qorti tal-Appell Reġjonali ta’ Győr, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20180619">19 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20180710">10 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Tibor-Trans Fuvarozó és Kereskedelmi Kft.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">DAF Trucks NV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. Toader (Relatur), President tal-Awla, A. Rosas u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal DAF Trucks NV, minn M. Boronkay, ügyvéd, kif ukoll minn B. Winters u J. K. de Pree, advocaten,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u Z. Wagner, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u K. Talabér-Ritz kif ukoll minn G. Meessen, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, li l-kawża tiġi deċiża mingħajr ma jsiru konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Tibor-Trans Fuvarozó és Kereskedelmi Kft. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Tibor-Trans<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kumpannija rregolata mid-dritt Ungeriż, u DAF Trucks NV, kumpannija rregolata mid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, dwar azzjoni għad-danni mressqa għall-finijiet tal-kumpens għal dannu allegatament ikkawżat minn ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 15, 16 u 34 tar-Regolament Nru 1215/2012 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(15)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew ta’ awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Barra d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ konnessjoni mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. Dan hu importanti b’mod partikolari fir-rigward ta’ tilwim li jirriżulta minn obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur tal-privatezza u tad-drittijiet relatati mal-personalità, inkluża l-malafama.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni [tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>)] [traduzzjoni mhux uffiċjali], ir-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 44/2001 [tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)] u dan ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 u r-Regolamenti li jissostitwixx[u]ha.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Taħt il-Kapitolu I tar-Regolament Nru 1215/2012, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kamp ta’ Applikazzjoni u Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, l-Artikolu 1(1) ta’ dan tal-aħħar jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali independentament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jinkludi b’mod partikolari t-Taqsima 1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> u t-Taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ġurisdizzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. L-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament, li jinsab fl-imsemmija Sezzjoni 1, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, li jinsab taħt it-Taqsima 2 tal-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament, huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kważi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq jew jista’ jitwettaq;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160719">19 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-Deċiżjoni C(2016) 4673 finali li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39824 – Trakkijiet), li sommarju tagħha ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tas-<DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="108" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, C 108, p. 6</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>deċiżjoni kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkonċernata, il-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ akkordju bejn ħmistax‑il produttur internazzjonali ta’ trakkijiet, fosthom DAF Trucks, fir-rigward ta’ żewġ kategoriji ta’ prodotti, jiġifieri t-trakkijiet li jiżnu bejn 6 u 16‑il tunnellata jew li jiżnu iktar minn 16‑il tunnellata, kemm bħala trakkijiet riġidi kif ukoll trakkijiet tratturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont din id-deċiżjoni, l-akkordju ħa l-forma ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, li seħħ, għal tliet kumpanniji parteċipanti, bejn is-<DATE ISO="19970117">17 ta’ Jannar 1997</DATE> u l-<DATE ISO="20100920">20 ta’ Settembru 2010</DATE> u, għat-tnax‑il kumpannija parteċipanti l-oħra, fosthom DAF Trucks, bejn is-<DATE ISO="19970117">17 ta’ Jannar 1997</DATE> u t-<DATE ISO="20110118">18 ta’ Jannar 2011</DATE>. Il-ksur ikkonsista fil-konklużjoni ta’ arranġamenti kollużivi dwar l-ipprezzar u ż-żidiet fil-prezzijiet gross fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) għat-trakkijiet kif ukoll dwar it-tempiżmu tal-kostijiet relatati mal-introduzzjoni tat-teknoloġiji fil-qasam tal-emissjonijiet għal dawn it-trakkijiet imposti mill-istandards EURO 3 sa 6, u kif dawn il-kostijiet jintirtu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni kkonċernata jirriżulta li, sas-sena 2004, id-diskussjonijiet fuq il-prezzijiet, iż-żieda tagħhom u l-introduzzjoni tal-istandards ġodda ta’ emissjoni kienu jseħħu direttament fis-sede tal-kumpanniji destinatarji ta’ din id-deċiżjoni u li, għall-inqas mix-xahar ta’ Awwissu 2002, saru diskussjonijiet permezz tal-intermedjarju ta’ sussidjarji Ġermaniżi li kienu jirrappurtaw dak li jkun seħħ lis-sede tagħhom f’diversi livelli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ksur tal-Artikolu 101 TFUE kien jestendi għaż-ŻEE kollha u dam mis-<DATE ISO="19970117">17 ta’ Jannar 1997</DATE> sat-<DATE ISO="20110118">18 ta’ Jannar 2011</DATE>. Konsegwentement, hija imponiet multi fuq l-entitajiet parteċipanti kollha, inkluża DAF Trucks, bl-eċċezzjoni ta’ entità li bbenefikat minn immunità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, Tibor-Trans hija kumpannija ta’ trasport nazzjonali u internazzjonali ta’ merkanzija li investiet progressivament, mis-sena 2000 u sas-sena 2008, fix-xiri ta’ trakkijiet ġodda. Bħala utent finali, Tibor-Trans ma setgħetx tixtri direttament mingħand il-produtturi, peress li kienet obbligata tirrikorri għall-konċessjonarji stabbiliti fl-Ungerija. Hija kienet<?PAGE NO="4"?> tibbenefika mill-finanzjament tal-kumpanniji ta’ leasing, stabbiliti wkoll fl-Ungerija, permezz ta’ kuntratti ta’ leasing li jimplika trasferiment definittiv ta’ proprjetà, fejn il-persuna li tagħti b’leasing tapplika għall-prezz miftiehem minn Tibor-Trans żieda li tikkorrispondi għall-ispejjeż tal-leasing u għall-marġni tagħha. Il-proprjetà tat-trakkijiet kienet tiġi ttrasferita lil Tibor-Trans fi tmiem il-kuntratt ta’ leasing wara li din tkun issodisfat l-obbligi li jirriżultaw minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat fil-kawża prinċipali li Tibor-Trans qatt ma xtrat trakkijiet direttament mingħand DAF Trucks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li kumpanniji oħra rregolati mid-dritt Ungeriż għamlu wkoll akkwisti matul il-perijodu kopert mid-deċiżjoni kkonċernata. Fl-<DATE ISO="20070404">4 ta’ April 2007</DATE>, dawn il-kumpanniji ġew assorbiti minn Tibor-Trans li, għaldaqstant, daħlet fid-drittijiet u l-obbligi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, Tibor-Trans adixxiet lill-Győri Törvényszék (il-Qorti ta’ Győr, l-Ungerija) b’azzjoni għad-danni kontra DAF Trucks, ibbażata fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali, peress li d-dannu allegat jirriżulta mill-fatt li hija kienet akkwistat trakkijiet bi prezz distort mill-arranġamenti kollużivi li fihom kienet ipparteċipat DAF Trucks.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Tibor-Trans sostniet li l-qrati Ungeriżi jisiltu l-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħhom sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża prinċipali mill-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, kif interpretat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CDC Hydrogen Peroxide</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:335">EU:C:2015:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li skontha, meta konvenuti stabbiliti fi Stati Membri differenti jiġu invokati quddiem qorti għad-danni minħabba ksur uniku u kontinwu li huma pparteċipaw fih f’diversi Stati Membri f’dati u f’postijiet differenti, peress li dan il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE ġie kkonstatat mill-Kummissjoni, kull waħda mill-allegati vittmi tista’ tadixxi l-qorti tal-post fejn għandha s-sede tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>DAF Trucks tikkontesta l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ungeriżi u tqis li l-partikolaritajiet tal-kawża prinċipali juru li s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CDC Hydrogen Peroxide</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:335">EU:C:2015:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma hijiex rilevanti f’dan il-każ. F’dan ir-rigward, hija ssostni li, minn naħa, il-laqgħat kollużivi seħħew fil-Ġermanja, u dan għandu jwassal għall-ġurisdizzjoni tal-qrati Ġermaniżi u li, min-naħa l-oħra, hija qatt ma kkonkludiet relazzjoni kuntrattwali diretta ma’ Tibor‑Trans, b’mod li hija ma setgħetx raġonevolment tistenna li tiġi mfittxija quddiem il-qrati Ungeriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE>, il-Győri Törvényszék (il-Qorti ta’ Győr) ikkonstatat li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża prinċipali, billi ffavorixxiet, bħala kriterju ta’ konnessjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, il-post li fih seħħ il-fatt li kkawża d-dannu, jiġifieri l-post fejn kienu stabbiliti l-arranġamenti kollużivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Adita b’appell kontra din id-deċiżjoni, il-qorti tar-rinviju għandha dubju dwar il-possibbiltà li tapplika, b’analoġija, fil-kawża prinċipali, fl-assenza ta’ rabta kuntrattwali diretta bejn il-partijiet, ir-raġunament ibbażat fuq is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>CDC Hydrogen Peroxide</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:335">EU:C:2015:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Hija tirreferi wkoll għar-riżervi dwar il-possibbiltà li l-imsemmija sentenza tista’ twassal għall-istabbiliment ta’ regola tal-<HT TYPE="ITALIC">forum actoris</HT> ikkonċepita b’mod wiesa’, li jmur kontra l-għan imfittex mir-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi ebda element li jippermetti li jiġi konkluż li, fil-kawża prinċipali, huwa kkontestat li l-qrati Ungeriżi ma jistgħux jinvokaw il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħhom mill-post tal-avveniment li kkawża d-dannu allegat għaliex ebda wieħed mill-arranġamenti kollużivi li jikkostitwixxu ksur skont l-Artikolu 101 TFUE ma seħħ fl-Ungerija. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, għalhekk, jekk il-qrati Ungeriżi jistgħux, madankollu, jibbażaw il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq il-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu allegat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Győri Ítélőtábla (il-Qorti tal-Appell Reġjonali ta’ Győr, l-Ungerija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Ir-regola ta’ ġurisdizzjoni speċjali fil-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament […] Nru 1215/2012 […] għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru għandha ġurisdizzjoni bħala qorti tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jekk</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ir-rikorrenti [fil-kawża prinċipali] li tallega li ġarrbet dannu għandha is-sede tagħha jew iċ-ċentru tal-attività ekonomika tagħha jew l-interessi patrimonjali tagħha f’dan l-Istat Membru;</P></ITEM><ITEM><P>ir-rikorrenti [fil-kawża prinċipali] tibbaża t-talba tagħha kontra konvenut wieħed (produttur ta’ trakkijiet), li għandu is-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor […] fuq deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata, skont l-Artikolu 101(1) [TFUE], ksur li kien jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ arranġamenti kollużivi fuq l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda fil-prezzijiet grossi tat-trakkijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea, liema deċiżjoni kienet indirizzata lil numru ta’ destinatarji minbarra l-konvenuta [fil-kawża prinċipali];</P></ITEM><ITEM><P>ir-rikorrenti [fil-kawża prinċipali] kisbet esklużivament trakkijiet prodotti minn impriżi oħra involuti fl-akkordju;</P></ITEM><ITEM><P>ma hemm l-ebda informazzjoni li tindika li laqgħa waħda jew iktar li kienu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni seħħew fl-Istat [Membru] tal-qorti adita;</P></ITEM><ITEM><P>ir-rikorrenti [fil-kawża prinċipali] xtrat regolarment – fil-fehma tagħha bi prezz distort – trakkijiet fl-Istat [Membru] tal-qorti adita billi kkonkludiet kuntratti ta’ leasing li jimplikaw trasferiment definittiv ta’ proprjetà ma’ kumpanniji li joperaw fl-istess Stat, iżda, skont kliemha, hija kienet madankollu nnegozjat direttament man-negozjanti tal-karozzi u l-lokatur kienet żiedet il-prezz miftiehem mir-rikorrenti bil-marġni tal-profitt tagħha u bl-ispejjeż tal-leasing, bir-rikorrenti ssir proprjetarja tat-trakkijiet fi tmiem il-kuntratt ta’ leasing, wara li tkun temmet l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-kuntratt?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn ksur skont l-Artikolu 101 TFUE, li jikkonsisti b’mod partikolari f’arranġamenti kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet, jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> il-post fejn il-vittma tallega li sofriet dan id-dannu, anki jekk l-azzjoni hija diretta kontra parteċipant fl-akkordju inkwistjoni li miegħu din il-vittma ma kinitx stabbilixxiet relazzjonijiet kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li hija ġurisprudenza stabbilita li, sa fejn ir-Regolament Nru 1215/2012 iħassar u jissostitwixxi r-Regolament Nru 44/2001 li ssostitwixxa l-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, kif emendata mill-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni, l-interpretazzjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-aħħar strumenti ġuridiċi tapplika wkoll għar-Regolament Nru 1215/2012 meta dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Nothartová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:360">EU:C:2018:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kuhn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:911">EU:C:2018:911</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Gradbeništvo Korana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:162">EU:C:2019:162</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li azzjoni intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, bħall-kawża prinċipali, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kwistjonijiet ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, u tidħol, konsegwentement, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141023">23 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2319">EU:C:2014:2319</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jitfakkar ukoll li, kif ġie repetutament deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ikopri kemm il-post fejn immaterjalizza ruħu d-dannu kif ukoll il-post tal-avveniment li kkawża dan id-dannu, b’mod li l-konvenut ikun jista’ jiġi mħarrek, fuq l-għażla tar-rikorrent, quddiem il-qorti ta’ wieħed jew l-ieħor minn dawn iż-żewġ postijiet (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150128">28 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Kolassa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑375/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:37">EU:C:2015:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Universal Music International Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑12/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:449">EU:C:2016:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:533">EU:C:2018:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ebda element tat-talba għal deċiżjoni preliminari ma jippermetti li jiġi konkluż li huwa kkontestat li l-qrati Ungeriżi ma jistgħux jinvokaw il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħhom sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża prinċipali mill-post tal-avveniment li kkawża d-dannu allegat għaliex l-ebda wieħed mill-arranġamenti kollużivi li jikkostitwixxu ksur skont l-Artikolu 101 TFUE ma seħħ fl-Ungerija. Id-domanda magħmula hija relatata biss mad-determinazzjoni tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu allegat, li jikkonsisti fi spejjeż addizzjonali mħallsa minħabba prezz artifiċjalment għoli, bħal dak tat-trakkijiet li kienu s-suġġett tal-akkordju inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-post tal-materjalizzazzjoni ta’ tali dannu, għandu jiġi osservat li dan jiddependi mill-kwistjoni dwar jekk hemmx dannu inizjali, li jirriżulta direttament mill-avveniment kawżali, li l-post tat-twettiq tiegħu jista’ jiġġustifika l-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, jew jekk hemmx konsegwenzi dannużi ulterjuri li ma jistgħux jiġġustifikaw attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni abbażi ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL‑Lithuanian Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:533">EU:C:2018:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ma għandux jiġi interpretat b’mod estensiv tant li jinkludi kull post li fih jistgħu jinħassu l-konsegwenzi dannużi ta’ fatt li diġà kkawża dannu li effettivament seħħ f’post ieħor. Konsegwentement, hija speċifikat li dan il-kunċett ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-post fejn il-vittma tallega li sofriet dannu patrimonjali li jsegwi dannu inizjali li seħħ u ġġarrab minnha fi Stat ieħor (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:533">EU:C:2018:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, fir-rigward tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, kif emendata bil-konvenzjonijiet suċċessivi dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni, li l-formulazzjoni tiegħu tikkorrispondi għal dik tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, li dannu li huwa biss il-konsegwenza indiretta tad-dannu sostnut inizjalment minn persuni oħra li kienu vittmi diretti tad-dannu li mmaterjalizza ruħu f’post differenti minn dak fejn il-vittma indiretta tkun sussegwentement sostniet id-dannu ma jkunx jista’ jiġġustifika l-ġurisdizzjoni skont din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900111">11 ta’ Jannar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Dumez France u Tracoba</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑220/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:8">EU:C:1990:8</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja u bla ħsara għall-evalwazzjoni tal-fatti li għandha ssir mill-qorti tar-rinviju, id-dannu allegat minn Tibor-Trans jikkonsisti fi spejjeż addizzjonali mħallsa minħabba l-prezzijiet artifiċjalment għolja applikati għat-trakkijiet wara l-arranġamenti ta’ kollużjoni li jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE li kien ħalla l-effetti tiegħu fit-territorju taż-ŻEE kollha bejn is-<?PAGE NO="7"?><DATE ISO="19970117">17 ta’ Jannar 1997</DATE> u t-<DATE ISO="20110118">18 ta’ Jannar 2011</DATE> u li fih kienu pparteċipaw ħmistax‑il produttur internazzjonali ta’ trakkijiet, fosthom DAF Trucks. Mill-imsemmi proċess jirriżulta wkoll li Tibor-Trans ma kinitx tixtri t-trakkijiet direttament mingħand il-parteċipanti fl-akkordju inkwistjoni, peress li dawn kienu inizjalment jinbiegħu lill-konċessjonarji tal-karozzi Ungeriżi li kienu jgħaddu ż-żieda fil-prezzijiet fuq l-utenti finali, bħal Tibor-Trans.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura tad-dannu allegat, għandu jiġi osservat li dan ma jikkostitwixxix sempliċi konsegwenza finanzjarja tad-dannu li seta’ jiġi sostnut mix-xerrejja diretti, bħall-konċessjonarji tal-karozzi Ungeriżi, u li seta’ jikkonsisti f’telf ta’ bejgħ wara ż-żieda fil-prezzijiet. Min-naħa l-oħra, id-dannu allegat fil-kawża prinċipali essenzjalment jirriżulta mill-ispiża żejda mħallsa minħabba l-prezzijiet artifiċjalment għolja u, minħabba f’hekk, jidher li huwa l-konsegwenza immedjata tal-ksur skont l-Artikolu 101 TFUE u għaldaqstant jikkostitwixxi dannu dirett li fuqu tista’ tkun ibbażata, bħala prinċipju, il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dan ikun immaterjalizza ruħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-post tal-materjalizzazzjoni ta’ tali dannu, mid-deċiżjoni kkonċernata jirriżulta li l-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 101 TFUE kien jestendi għaż-ŻEE kollha. Għaldaqstant huwa wassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan dan is-suq li l-Ungerija tagħmel ukoll parti minnu sa mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, meta s-suq affettwat mill-aġir antikompetittiv ikun jinsab fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun allegatament seħħ id-dannu allegat, għandu jiġi kkunsidrat li l-post fejn ikun immaterjalizza ruħu d-dannu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012, huwa f’dan l-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:533">EU:C:2018:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni fil-fatt tissodisfa l-għanijiet ta’ prossimità u ta’ prevedibbiltà tar-regoli tal-ġurisdizzjoni, sa fejn, minn naħa, il-qrati tal-Istat Membru li fih jinsab is-suq affettwat huma fl-aħjar pożizzjoni biex jeżaminaw tali kawżi għad-danni u, min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku li jwettaq aġir antikompetittiv jista’ raġonevolment jistenna li jitressaq quddiem il-qrati tal-post fejn l-aġir tiegħu jkun wettaq distorsjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni b’saħħitha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:533">EU:C:2018:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Hekk kif il-Kummissjoni sostniet fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha u kif tfakkar ukoll fil-punt 41 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>flyLAL-Lithuanian Airlines</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑27/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:533">EU:C:2018:533</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tali determinazzjoni tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu hija wkoll konformi mar-rekwiżiti ta’ koerenza previsti fil-premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>), sa fejn, skont l-Artikolu 6(3)(a) ta’ dan ir-regolament, il-liġi applikabbli fil-każ ta’ kawżi għad-danni b’rabta ma’ att li jirrestrinġi l-kompetizzjoni hija dik tal-pajjiż li fih is-suq huwa affettwat jew jista’ jiġi affettwat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari l-oħra rrilevati mill-qorti tar-rinviju, marbuta mal-fatt li Tibor-Trans aġixxiet kontra waħda biss mill-impriżi involuti fil-ksur inkwistjoni li mingħandha hija ma kinitx forniet ruħha direttament, għandu jiġi osservat, bħalma tagħmel il-Kummissjoni, li ksur uniku u kontinwu tad-dritt tal-kompetizzjoni jinvolvi r-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-awturi tiegħu. Għalhekk, iċ-ċirkustanza li Tibor-Trans aġixxiet quddiem qorti biss kontra wieħed mill-awturi li mingħandu hija ma tfornietx direttament ma hijiex ta’ natura li tikkontesta l-argumenti li jinsabu fil-punti 31 sa 33 ta’ din is-sentenza, f’dak li jirrigwarda r-regola ta’ ġurisdizzjoni prevista fil-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn ksur skont l-Artikolu 101 TFUE, li jikkonsisti b’mod<?PAGE NO="8"?> partikolari f’arranġamenti kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-post tas-suq affettwat minn dan il-ksur, jiġifieri l-post fejn il-prezzijiet tas-suq ġew distorti, li fi ħdanu l-vittma tallega li sofriet dan id-dannu, anki jekk l-azzjoni hija diretta kontra parteċipant fl-akkordju inkwistjoni li miegħu din il-vittma ma kinitx stabbilixxiet relazzjonijiet kuntrattwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r‑rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ kawża għal kumpens għal dannu kkawżat minn ksur skont l-Artikolu 101 TFUE, li jikkonsisti b’mod partikolari f’arranġamenti kollużivi dwar l-iffissar tal‑prezzijiet u ż-żieda fil-prezzijiet gross tat-trakkijiet, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>post fejn seħħ il-fatt dannuż<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jirreferi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-post tas-suq affettwat minn dan il-ksur, jiġifieri l-post fejn il-prezzijiet tas-suq ġew distorti, li fi ħdanu l-vittma tallega li sofriet dan id-dannu, anki jekk l-azzjoni hija diretta kontra parteċipant fl-akkordju inkwistjoni li miegħu din il-vittma ma kinitx stabbilixxiet relazzjonijiet kuntrattwali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>