4.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/721

tad-29 ta’ April 2021

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Netherlandiż,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ korpi reġjonali u lokali li jew għandhom mandat elettorali ta ‘awtorità reġjonali jew lokali jew huma politikament responsabbli lejn assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1383 (3), li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Robertus Cornelis Leonardus (Robert) STRIJK, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sa Ilse ZAAL, attwalment membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, li hija rappreżentanta ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta (Gedeputeerde van de provincie Noord-Holland), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(5)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sa Ilse ZAAL bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(6)

Il-Gvern Netherlandiż ippropona lis-Sur Robertus Cornelis Leonardus (Robert) STRIJK, li huwa rappreżentant ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta (Gedeputeerde van de provincie Utrecht), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

—

Is-Sa Ilse ZAAL, rappreżentanta ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta: Provinciale Staten van de provincie Noord-Holland,

u

(b)

bħala membru supplenti:

—

Is-Sur Robertus Cornelis Leonardus (Robert) STRIJK, rappreżentant ta’ korp reġjonali b’responsabbiltà politika lejn assemblea eletta: Provinciale Staten van de provincie Utrecht.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1383 tal-25 ta’ Settembru 2020 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Renju tan-Netherlands, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 320, 2.10.2020, p. 6).