52008PC0217

Proposta ghal regolament tal-Kunsill li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej /* KUMM/2008/0217 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.4.2008

KUMM(2008) 217 finali

Proposta ghal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Motivi u għanijiet tal-proposta

Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal (l-Istatut), l-adattamenti intermedji tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal jiġu deċiżi, skond l-informazzjoni pprovduta mill-Eurostat, fil-każ ta’ varjazzjoni sinifikanti fl-għoli tal-ħajja bejn Ġunju u Diċembru, filwaqt li titqies il-previżjoni ta’ l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ akkwist matul il-perjodu ta’ referenza annwali attwali.

Jekk ikun meħtieġ, il-proposta tal-Kummissjoni tiġi mgħoddija lill-Kunsill sa mhux aktar tard mit-tieni nofs ta' April.

- Sfond ġenerali

Skond l-Artikolu 6 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-adattamenti jiġu deċiżi għal-lokalitajiet kollha (inkluż Brussell) jekk il-livell minimu ta’ sensittività jintlaħaq fi Brussell. Jekk dak il-livell minimu ta’ sensittività ma jintlaħaqx, għandhom isiru adattamenti biss għal dawk il-lokalitajiet fejn il-livell minimu jinqabeż.

Skond l-Artikolu 7 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont ta’ adattament għandu jkun l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell immultiplikat, fejn xieraq, bin-nofs tal-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku jekk dan ikun negattiv.

L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku nazzjonali ta’ l-amministrazzjonijiet ċentrali ta’ l-Istati Membri. L-Eurostat ikkalkula dan l-indikatur fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) ta’ l-Anness XI.

L-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell ikejjel l-andament ta’ l-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani.

Il-koeffiċjenti korrettivi huma ugwali għall-proporzjon bejn il-parità ekonomika relevanti u r-rata tal-kambju korrispondenti msemmija fl-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal, u jekk il-limitu ta’ l-adattament ma jintlaħaqx għal Brussell, dan jiġi mmultiplikat bil-valur ta’ l-adattament.

Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u l-lokalitajiet l-oħra kkonċernati. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika.

Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-kapaċità ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn l-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil ma’ l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Din il-proposta tiżdied mal-proposta ppreżentata kull sena biex jiġu adattati r-remunerazzjojnijiet u l-pensjonijiet.

- Koerenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni

Mhux applikabbli.

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu

L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti ta’ l-impjegati skond il-proċeduri fis-seħħ.

Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati

Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati.

- Ġbir u użu ta' għarfien espert

Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern.

- Valutazzjoni ta’ l-impatt

- Il-proposta għandha l-għan li tadatta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

- Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra.

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA

- Sinteżi ta' l-azzjoni proposta

Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-azzjoni proposta għandha l-għan li tadatta r-remunerazzjonijiet fil-lokalitajiet fejn kien hemm varjazzjoni sinifikanti fl-għoli tal-ħajja.

L-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja għal Brussell, imkejjel bl-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell, għall-perjodu minn Ġunju sa Diċembru tas-sena ta’ qabel, huwa 1.5%.

L-iżvilupp fl-għoli tal-ħajja barra l-Belġju u l-Lussemburgu matul il-perjodu ta’ referenza jitkejjel bl-indiċi impliċiti kkalkolati mill-Eurostat. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell jiġi immultiplikat bil-varjazzjoni mill-parità ekonomika.

Il-limitu ta’ sensittività huwa l-perċentwali li jikkorrispondi għal 7% għall-perjodu ta’ tnax-il xahar (3.5% għall-perjodu ta’ sitt xhur).

L-indiċi impliċitu li japplika għar-remunerazzjonijiet jaqbeż il-limitu minimu fil-pajjiżi jew lokalitajiet li ġejjin:

- il-Bulgarija 6,5%

- l-Estonja 5.6%.

- il-Latvja 5,9%

- il-Litwanja 9,1%

- ir-Rumanija 3,8%.

L-indiċi impliċitu li japplika għall-pensjonijiet jaqbeż il-limitu minimu fil-pajjiżi jew lokalitajiet li ġejjin:

- il-Bulgarija 6.3%

- l-Estonja 4.5%.

- il-Latvja 5.4%

- il-Litwanja 6.0%

- ir-Rumanija 3.9%.

L-adattament intermedju huwa l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell immultiplikat, jekk ikun il-każ, bin-nofs tal-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku jekk dan ikun negattiv.

Il-previżjoni ta’ l-indikatur speċifiku huwa - 1.1%, u b’hekk l-ammont ta’ l-adattament intermedju huwa 1.0%.

Il-koeffiċjenti korrettivi huma ugwali għall-proporzjon bejn il-parità ekonomika kkonċernata u r-rata tal-kambju immultiplikat bl-ammont intermedju ta’ l-adattament, jekk il-limitu ta’ l-adattament ma jintlaħaqx għal Brussell.

Dawn il-koeffiċjenti jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar. Madankollu, għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 6.3%, jidħlu fis-seħħ fis-16 ta’ Novembru. Għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 12.6%, jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru.

B’riżultat ta’ dan, b’effett mis- 16 ta’ Novembru 2007 , il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li jabqżu l-limitu huma:

- il-Bulgarija 69.7

- il-Litwanja 77.4.

B’riżultat ta’ dan, b’effett mill- 1 ta’ Jannar 2008 , il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li jabqżu l-limitu huma:

- l-Estonja 83.6

- il-Latvja 83,6

- ir-Rumanija 78,8.

Bħala riżultat, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għat-trasferimenti minn uffiċjali jew impjegati oħra għal dawk il-pajjiżi jew lokalitajiet li jaqbżu l-limitu huma:

- il-Bulgarija 61.4

- l-Estonja 80.8

- Il-Latvja 78.8

- il-Litwanja 71.5

- ir-Rumanija 72.9.

Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 20(1) ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal il-koeffiċjent korrettiv minimu applikabbli għall-pensjonijiet huwa 100. Għalhekk, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijiet ma jinbidlux.

- Bażi legali

Il-bażi ġuridika hija r-Regolamenti tal-Persunal u b’mod partikolari l-Anness XI tagħhom.

- Prinċipju ta' sussidjarjetà

Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

- Prinċipju ta' proporzjonalità

Il-proposta hi konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

- L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill.

- Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ adattament stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal.

- Għażla ta’ strumenti

L-Att(i) propost(i): ir-Regolament.

Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin:

- l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi Regolament tal-Kunsill.

IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT

L-impatt ta’ l-adattament tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju anness miegħu.

Proposta ghal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65(2) u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, kif ukoll l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20, l-Artikoli 64 u l-Artikolu 92 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ impjegati oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Kien hemm żieda sinjifikanti fl-għoli tal-ħajja fl-Estonja matul il-perjodu bejn Ġunju u Diċembru u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra għandhom għalhekk jiġu aġġustati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mis-16 ta’ Novembru 2007, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra fil-pajjiżi u l-lokalitajiet imsemmija hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

- il-Bulgarija 69.7

- il-Litwanja 77.4.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2008, il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għar-remunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra fil-pajjiżi u l-lokalitajiet imsemmija hawn taħt, huma stabbiliti kif ġej:

- L-Estonja 83.6

- il-Latvja 83,6

- ir-Rumanija 78,8.

Artikolu 3

B'effett mill-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea , il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 17(3) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għal trasferimenti minn uffiċjali u impjegati oħra għandhom ikunu kif ġej:

- il-Bulgarija 61.4

- l-Estonja 80.8

- il-Latvja 78.8

- il-Litwanja 71.5

- ir-Rumanija 72.9.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) li jadatta l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

2. QAFAS ABM / ABB

Il-Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernati u assoċjati ma' l-Attività/Attivitajiet:

L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati.

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-Linji Baġitarji (linji operattivi u linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi:

In-nefqa: XX.01.01.01 Kummissjoni u Kapitolu 11 Istituzzjonijiet oħra.

Dħul: 400 - Dħul mit-taxxa fuq is-salarji, il-pagi u l-allowances ta’ l-uffiċjali, ħaddiema oħra u persuni li jirċievu pensjoni, 404 – Dħul mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-membri ta’ l-istituzzjonijiet, uffiċjali u impjegati oħra b’impjieg attiv, 410 – Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

3.2. Tul ta' żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Indefinit

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja tal-baġit: | Tip ta’ nefqa: | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | L-intestatura tal-perspettiva finanzjarja |

XX.01.01.01 u Kapitolu 11 | Nefqa mhux obbligatorja | Nefqa mhux diff[2] | LE | LE | LE | Nru [5] |

4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Rikapitulazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet ta’ l-impenn (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta' nefqa | Nru tas-sezzjoni | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Spiża operattiva[3] |

Approprjazzjonijiet għall-impenn (AI) | 8.1. | a |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlas (AĦ) | b |

Nefqa amministrattiva fl-ambitu ta' l-ammont ta' referenza[4] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NMD) | 8.2.4. | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenn | a+c |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlas | b+c |

Nefqa amministrattiva li mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[5] |

Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (NMD) | 8.2.5. | d | 0,207 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | Mhux disponibbli |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NMD) | 8.2.6. | e |

Total indikattiv ta’ l-ispiża finanzjarja ta’ l-intervent |

TOTAL AI, inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0,207 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | Mhux disponibbli |

TOTAL AĦ, inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0,207 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | 0,192 | Mhux disponibbli |

Dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta' hawn taħt (jistgħu jiġu miżjuda aktar linji jekk ikunu previsti aktar organizzazzjonijiet għall-forniment tal-kofinanzjament):

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

L-organizzazzjoni tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

CA TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Il-kompatibbiltà ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[6] (jiġifieri, strument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Effett finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

X Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

miljuni ta' EUR (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Implimentazzjoni meħtieġa fi żmien qasir jew għal tul ta’ żmien

Obbligu Statutorju.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment mill-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Mhux applikabbli.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM

Mhux applikabbli.

5.4. Modalitajiet ta' implimentazzjoni (indikattivi)

( Tmexxija Ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni: PMO

( indirettament b'delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi Terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Mhux applikabbli.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Mhux applikabbli.

6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni interim/ex-post (it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza għall-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Evalwazzjoni fl-aħħar tar-raba’ sena minn Lulju 2004.

7. miżuri kontra l-frodi

Mhux applikabbli.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenn f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew impjegati temporanji [9] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Persunal iffinanzjat[10] mill-Art. XX 01 02 |

Persunal ieħor[11] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

8.2.3. L-oriġini tar-riżorsi umani (statutorji)

( Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li ser ikun mibdul jew estiż

( Karigi allokati minn qabel fil-qafas ta' l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n

( Karigi li se jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/PDB li jmiss

( Karigi li se jerġgħu jingħataw billi jintużaw ir-riżorsi eżistenti fl-ambitu tas-servizz ikkonċernat (trasferimenti interni)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsiti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza ( XX 01 04/05 - Infiq fuq immaniġġjar amministrattiv )

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit: (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Total ta’ għajnuna Teknika u amministrattiva |

8.2.5. Nefqa finanzjarja fuq riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u aġenti temporanji (XX 01 01) |

Persunal iffinanzjat bis-saħħa ta' l-Artikolu XX 01 02 (awżiljari, END, aġenti b'kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

Kalkolu - Persunal iffinanzjat skond l-Art. XX 01 02 |

8.2.6. Nefqiet oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[13] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Infiq Totali Ieħor ta' natura Ġestjonarja (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Infiq Amministrattiv totali għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

[1] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).

[2] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati minn issa ’l quddiem imsejħa NMD.

[3] Spejjeż li ma jaqgħux taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[4] Nefqa skond l-Artikolu xx 01 04 tat-Titlu xx.

[5] Nefqa skond il-Kapitlu 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[6] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[7] Għandhom jiġu miżjuda, jekk ikun il-każ, kolonni supplementari, jekk l-azzjoni tkun se ddum aktar minn 6 snin.

[8] Kif deskritt fil-parti 5.3.

[9] Li l-ispiża tiegħu MHIJIEX koperta mill-ammont ta' riferiment.

[10] Li l-ispiża tiegħu MHIJIEX koperta mill-ammont ta' riferiment.

[11] Li l-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta' riferiment.

[12] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i konċernata/i.

[13] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li jagħmel parti minnu.